Illum previous editions

ILLUM 29 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1405697

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 29 TA' AWWISSU 2021 Carmel Bonnici Il-film mużikali - The Phantom of the Opera (1) Xogħol klassiku li sab ruħu bosta drabi fuq il-liżar taċ- ċinema u anki fuq il-palk huwa The Phantom Of The Opera (il-Fantażma tat-Teatru tal-Opera). Dan ix-xogħol drammatiku kitbu l-awtur Franċiż Gaston Louis Alfred Leroux fl-1910, bl-isem La Fantome de l'Opera. Gaston Leroux twieled nhar is-6 ta' Mejju 1868 fil-belt kapitali Franċiża u miet ta' 58 sena biss f 'Nizza, Franza nhar il-15 ta' April 1927. Kien mar l-iskola fir-reġjun tan-Normandija, pero' studja l-liġi f 'Pariġi u ggradwa fl-1889. Malajr wiret miljuni ta' franki u għex ħajja xxellerata sakemm sab ruħu fallut. Fl- 1890 beda jaħdem mal-gazzetta L'Echo De Paris bħala ġurnalist ta' dak li jseħħ fil-qorti u kien ukoll kritiku tal-palk. L-aqwa xogħol fil-ġurnaliżmu tiegħu wasal meta beda jaħdem bħala korrispondent internazzjonali għall-gazzetta Le Matin (l-Għodwa) ta' Pariġi. Fl-1905 kien preżenti meta kiteb dwar ir-Rivoluzzjoni Russa. Kien ukoll preżenti f 'każ ta' investigazzjoni u kiteb fit- tul dwar dak li qabel kien it- teatru tal-opera f 'Pariġi fejn taħt l-art kien hemm ċella bil- priġunieri. Fl-1907 dlonk telaq il-ġurnaliżmu u beda xogħol ta' awtur ta'kotba fittizji. Kien fl-1919 meta ma' Arthur Bernede ffurmaw il- kumpanija tal-films, Societe' des Cineneramas biex jippubblikaw novelli u jaħdmuhom f 'films. L-ewwel li ma kiteb kienet l-istorja tal-misterju jisimha Le Mystere De La Chambre Jaune (1908) – Il-Misterju tal- Kamra s-Safra, bil-protagonist ikun detective dilettant. Infatti, l-kontribuzzjoni li Leroux ta lid-detective fittizju Franċiż hi kkonsidrata simili għal dawk li ħolqu lil Sir Arthur Canon Doyle (Sherlock Holmes) fir- Renju Unit u ta' Edgar Allan Poe fl-Istati Uniti. L-aktar xogħol famuż ta' dan l-awtur The Phantom Of The Opera, ġie ppubblikat bħala serje fl-1909 u l-1910 u bħala ktieb fl-1910 li ġie maqlub bl- Ingliż fl-1911. Fl-1910, Gaston Leroux ħa t-titlu ta' Chevalier de la Legion d'Honneur. Din il-ħrafa melodrammatika ta' Leroux dwar kompożitur irrabjat, b'wiċċ sfigurat li jiġġerra fil-mini tad-drenaġġ ta' taħt it-teatru tal-opera ta' Pariġi u li jaħtaf kantanta żagħżugħa u sbejħa biex iħarriġha fil-mużika u kant operatiku, ġiet iffilmjata diversi drabi. Fl-1925, Rupert Julian idderieġa versjoni muta b'Lon Chaney u Mary Philbin, li kien fiha sekwenza bil- proċess ta' żewġ kuluri; fl-1943 Arthur Rubin kien id-direttur tal-Phantom Of The Opera bil- protagonisti jkunu Claude Rains u Susanna Foster. Il-kumpanija Ingliża Hammer Films, magħrufa għall-films tal- biża', ħarġu versjoni b'Herbert Lom u Heather Sears diretta minn Terence Fisher. Robert Englund, aktar magħruf bħala Freddie il-qattiel makabru li jidher u joqtol fil-ħolm fis- sensiela tal-biża' u twerwir, A Nightmare on Elm Street, ħadem din il-parti prinċipali fl-1989 taħt id-direzzjoni ta' Dwight H. Little f 'verżjoni ambjentata f 'Londra. Dario Argento, direttur Taljan abbinat ma' films brutali tal-biża' b'kuluri vividi, fl-1998 ħa t-tmun ta' dan ix-xogħol u tah laqta' oriġinali. Hawn, Julian Sands fil-parti ewlenija, la kien sfigurat u lanqas liebes maskra, pero' trabba fis-sotterran mill-ġrieden. Brian De Palma ħa t-tmun ta' film bil-mużika rock, Phantom Of Paradise fl-1977 u anki kien hemm żewġ produzzjonijiet għat-TV, wieħed fl-1983 bl- atturi Maximilian Schell u Jane Seymour u fl-1990 proġett dirett minn Tony Richardson minn skript ta' Arthur Kopit li fih ħadmu Charles Dance u Teri Polo. Wasalt issa għax-xogħol ta' Andrew Lloyd Webber li kellu l-premier tiegħu fuq il-palk fl- 1986 u li tant għamel suċċess. Lloyd Webber kiteb il-mużika u Charles Hart u Richard Stilgoe kitbu l-liriċi. Fuq il-palk ta' Broadway The Phantom Of The opera fetaħ fl-1988, sentejn wara l-West End ta' Londra. Fl-1986, dan ix-xogħol mużikali rebaħ l-Olivier Award u fl-1988 it-Tony Award għall-aqwa attur, Michael Crawford fil-parti prinċipali. Fl-istorja ta' Broadway, kienet l-aktar wirja b'marġni wiesa', li damet tintwera u sal-11 ta' Frar 2012 iċċelebrat l-10,000 darba li baqgħet issir. Fil-West End ta' Londra kienet it-tieni waħda li l-aktar damet tintwera wara Les Miserables u t-tielet wirja fuq kollox wara The Mousetrap ta' Agatha Christie. B'kollox, mad-dinja kollha dan ix-xoghol klassiku daħħal aktar minn ħames biljun dollaru. Fuq Broadway, fi New York biss qala' madwar $845 miljun. Phantom kien l-aktar divertiment ta' suċċess li għamel profitt sakemm għaddih The Lion King. Aktar minn 130 miljun ruħ raw din ix-show ġo 145 belt madwar 27 pajjiż u sikwit terġa' tkun irxuxtata f 'Londra u New York. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 August 2021