Illum previous editions

ILLUM 29 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1405697

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 29 TA' AWWISSU 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 EDITUR: ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt B iex inwieġbu din il-mistoqsija li qed tifforma t-titlu ta' dan l-editor- jal jeħtieġ l-ewwel nett nistaqsu: X'nimu bih ħabs? U x'inhu l-iskop tiegħu? L-iskop tiegħu huwa li persuna tidħol hemm u toħroġ agħar? L-iskop huwa li ssir vendetta u vendikazzjoni? Huwa minn ewl id-dinja li kull min huwa muġugħ, kull min huwa mweġġa' - kull min insterqitlu d-dar, jew sawtulu lil bintu, jew saħansitra qatlulu lil xi ħadd fil-familja jkollu sens ta' rabja u xewqa li l-persuna li inġurjatha tant, tingħata piena ħarxa u tbati. Ħadd ma għandu jnaqqas u wisq inqas jinsa dan. L-ewwel vittmi huma dawk li għaddew minn passjoni u minn problemi, dawk li tilfu ħajjithom, dawk li waqgħu f 'dipressjoni kbira wara li daħlu d-dar u sabu li serqulhom kollox, dawk li għaddew minn trawma ta' swat u vjolenza, dawk il-ġenituri li raw lil uliedhom jilgħabu bejn ħajja u mewt wara overdose, dawk il- vulnerabbli li daħku bihom, li użawhom u l-lista tkompli! Mela ebda diskussjoni dwar il-ħabs ma tista' telimina lill-vittma. Inkella tkun diskussjoni fażulla! Imma, skużi, biex nipproteġu lill-vittma ma għandniex noħolqu vittma oħra. Biex nirranġaw inġustizzja ma jistax ikun li nagħmlu inġustizzja oħra - għax minflok insolvu l-problema nkunu qed noħolqu oħra. Staqsu lilkhom infuskhom: Issa jekk persuna tispiċċa l-ħabs fuq serq u nagħmlulha ħajjitha infern, noħorġuha mill-ħabs u ħadd ma jimpjegaha u tiġi trattata qisha persuna bil-pesta, x'inkunu solvejna? Xejn. Anzi. Inkunu ħloqna t-tieni vittma - l-ewwel hija l-vittma li nsterqet, u t-tieni hija l-priġunier li wara li qatta' snin l-Ħabs ħareġ u sab tistennieh soċjetà li ma tridx taf bih, li għaliha hu żejjed, tajjeb għar-rimi, sab nies li jħarsu lejh biss b'sens ta' preġudizzju u superjorità! U allura dan x'futur għandu? Speċjalment jekk dan ma għandux familja b'saħħitha u forsi familja bil-mezzi li se tgħinu - psikoloġikament u finanzjarjament? L-uniku futur huwa li jerġa jaqa' f 'xi vizzju u jerġa' jisraq! U jerġa jidħol il-Ħabs! U b'hekk tkun inħolqot it- tielet vittma! Ma jistax ikun nibqgħu niddiksutu l-ħabs - daqslikieku qed niddiskutu l-abort - jiġifieri kulħadd iwerżaq u jgħajjat u ma jridx jisma' lin-naħa l-oħra! Ma nistgħux npoġġu rasna fir-ramel. B'madwar 70% f 'reċidiviżmu s-sistema qegħda taħdem? Dik il-mistoqsija. U intuli nibqgħu għaddejjin bl-istess kantaliena, "għax fi żmien il-PN..." u "għax meta Beppe kienu Ministru...". Jekk ma sar xejn u jekk kien hemm ħabs mifqugħ bid-droga u jekk vera ma kienx hemm dixxiplina u jekk "il- ħabs kien jitmexxa mill-bullies" taħt Gvern Nazzjonalista - dan huwa ħażin u kundannabbli! U ta' dan il-ħażin il-PN għadu qed iħallas prezz sal-lum! Imma issa ejja nħarsu 'l quddiem! Issa ejja naraw verament x'hemm bżonn isir biex ħadd ma jkollu għalfejn jerġa' jitlef ħajtu! Biex nipprevjenu kemm nifilħu mid- disperazzjoni mhux inżiduha! Huwa sew li priġunier jitħalla mingħajr fann f 'din is-sħana toqtol? Huwa sew li jintefgħu ġo ċelel fejn jiġi allegat li hemm il-ġrieden jiġru? Dan ħadd mhu qed jgħid li l-ħabs ikun lukanda ta' ħames stilel! U dan l-editorjal ma jaqbilx lanqas ma kunċetti ta' ħabs, fejn tidħol u toħroġ xħin trid u lanqas li mmorru oltrè u ħafna libertajiet u kumditajiet eseġerati! Imma li bniedem ikun trattat ta' bniedem, qed nitolbu wisq? Li persuna ma tiġix trattata ta' annimal qed nitlobu wisq? Li tgħix f 'dinjità, qed nitolbu wisq? Issa ilhom ħerġin stejjer u jsiru akkużi lejn it-tmexxija tal-ħabs. Ilhom isiru akkużi ta' tmexxija dittatorjali, militari u vjolenti! Quddiem dawn l-istejjer il-ħabs jeħtieġ ikun aktar trasparenti u iktar miuħ għall- midja, mhux inqas. Hemm bosta li jfaħħru wkoll lid-Direttur preżenti u jgħidu li dan għamel biċċa xogħol tajba għax qata' d-droga mill-ħabs. U tajjeb! U ħaqqu prosit ta' dan. Pero' issa importanti nimu illi li "qtajna d-droga mill-ħabs" kienet stage wieħed fi vjaġġ lejn destinazzjoni, mhux id-destinazzjoni innifisha! X'jgħodd li ma naqtgħux il-bżonn tad-droga minn xi ħadd li huwa vvizzjat għaliha? Min hu vvizzjat għad-droga u mar jisraq biex jixtriha, għajnuna għandu bżonn biex dak il-bżonn ma jibqax ma hemm. Qed isir dan? Qed tingħata din l-għajnuna? Jew vera qed joħorġu mill-ħabs u l-ewwel stop tagħhom ikun għand id-dealer? Ħafna drabi ma nindunawx, pero' l-mod kif nitrattaw lil min żbalja jirrifletti ħafna fuq is-soċjetà nnifisha! U x'jirrifletti dan kollu? Juri li għadna lura milli nimu li ċerti problemi jeħtieġu l-għajnuna u rijabilitazzjoni - mhux id-dixxiplina militari u kattiva! Għadna nemmnu li jekk nivvendikaw ruħna ma' dawk li żbaljaw, dawn se jitgħallmu, minkejja li quddiem wiċċna stess qed naraw li dan mhux il-każ għall-maġġoranza! Wasal iż-żmien li verament nevalwaw is- sistema sħiħa tal-ħabs u għaliex din mhux tħalli r-riżultati mixtieqa u x'se nagħmlu biex ikollna sistema verament rijabilitattiva li tnaqqas b'mod drastiku l-persentaġġ għoli ta' riċediviżmu! F'paġni 8 u 9 nagħtu ħarsa lejn it mid-diversi proposti li saru minn Peppi Azzopardi u Andrew Azzopardi. Dan l-editorjal ma jaqbilx ma' kull waħda minn din il-proposta, imma għall-inqas bdejna ximkien! Għallinqas quddiem sistema li falliet - għax 70% riċedivi huwa falliment - hemm min irid ibiddel l-affarijiet! X'ħabs irridu?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 August 2021