Illum previous editions

ILLUM 29 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1405697

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 analiżi IL-ĦADD 29 TA' AWWISSU 2021 • illum Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. Kienu l-akbar imma ma baqgħux. Fuq ix-xellug, mal-ħaddiem Il-gazzetta ILLUM - f'artiklu maqsum fi tnejn - jagħti ħarsa lejn il-movimenti politiċi li magħhom ipoġġu l-MEPs Maltin. X'jemmnu? X'inhuma l-prioritajiet tagħhom? Fuq xhiex ħadmu fl-aħħar snin? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ħafna drabi nisimgħu tant dwar il- Parlament Ewropew u dak li qed jagħmlu l-MEPs Maltin fih - imma qajla ninteressaw biżżejjed ruħna - probabbilment għax huwa istituzzjoni xi it 'il bogħod minn Malta - dwar il- partiti li fihom jinsabu l-MEPs tagħna u li fl-aħħar mill-aħħar jiddettaw ħafna mill-aġenda tal-Parlament. Huwa f 'dan il-kuntest li wieħed irid jgħaddi ġudizzju wkoll dwar id-direzzjoni li fiha sejjer il- Parlament u allura l-MEPs tagħna. Biex tiem aħjar min huma l-partiti u x'qed joffru u xi jħossu li huma l-prioritajiet tal-Ewropa, tiegħek u tagħhom il-gazzetta ILLUM bniet profil qasir permezz ta' it ideat u prioritajiet li għandhom l-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi - li fih hemm l-erba' MEPs Laburisti u (il- Ħadd li ġej), il-Partit Popolari Ewropew - li fih hemm iż-żewġ MEPs Nazzjonalisti. X'inhi l-istorja ta' dan il-partit? Wara t-Tieni Gwerra Dinjija il-Grupp tas- Soċjalisti kien fuq quddiem fil-kundanna tan-nazzjonaliżmu u l-estremiżmu. Dan il-grupp li parti minnu hemm il-Partit Laburista Malti - twaqqaf fid-29 ta' Ġunju 1953, biex huwa t-tieni l-eqdem partit fil- Parlament Ewropew wara l-Alleanza tal- Liberali u Demokratiċi fl-Ewropa (ALDE). Il-Grupp li bħalissa huwa t-tieni l-akbar fil-Parlament Ewropew beda meta l-Parlament ma kienx kif nafuh illum u minflok kien jissejjaħ l-Assemblea Ewropea għall-Faħam u l-Azzar sakemm imbagħad inħoloq l-Parlament kif nafuh illum. Fl-1974 inħolqot il-Konfederazzjoni tal- Partiti Soċjalisti tal-Komunità Ewropea li mbagħad saret il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej (PSE) fl-1992. Il-grupp tas-Soċjalisti dejjem kien l-aktar partit li kiseb siġġijiet fl-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew sal-1999. Fil-fatt dan il-partit kiseb 124 siġġu fl-elezzjoni tal- 1979, 166 fl-1984, 198 fl-1989 u 214 fl-1994. Dan ir-riżultat imbagħad inqaleb fl-1999 meta l-Partit Popolari Ewropew kiseb 295 vot u l-PSE 232. Is-Soċjalisti baqgħu t-tieni l-akbar grupp Ewropew sa minn dakinhar, bl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew tirriżulta f '154 MEP għal dan il-partit, fosthom l-erba' MEPs Laburisti Maltin: Alfred Sant, Cyrus Engerer (minflok Miriam Dalli), Alex Agius Saliba u Josianne Cutajar. L-isem tal-partit illum huwa: L-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi tal-Parlament Ewropew. Is-Soċjalisti, il-ħaddiem u x-xogħol! "Immaġina Ewropa fejn in-nies kollha jaqilgħu Living Wage, jaffordjaw housing diċenti u ebda tifel jew tifla ma jitrabbew fil-faqar." Hekk jgħid is-sit ta' dan il-partit fil- parti li titratta l-prioritajiet. Fil-fatt dan is-sit - www.socialistsanddemocrats. eu - jisħaq illi l-prioritajiet ewlenin tal- partit huma: Drittijiet soċjali jsiru realtà, garanzija ta' Living Wage għall-Ewropej kollha, protezzjoni ta' ħaddiema onlajn jew offline, id-difiża tad-drittijiet taż-żgħażagħ u finalment li ħadd ma jibqa' lura. F'dawn il-prioritajiet il-partit jagħti ħarsa lejn il-Covid-19 u l-fatt li din qed tagħmel il-ħajjiet tal-ħaddiema iktar diffiċli. "Wasal iż-żmien biex indawwru l-kliem ta' ringrazzjament għall-eroj tal-Covid-19 f 'pagi diċenti...għandna bżonn strateġija għal pagi minimi nazzjonali u Living Wage garantita għall-Ewropej kollha," jisħaq l-istess partit. Filwaqt li dan il-partit jesiġi li kull ħaddiem jitħaddem bid-dmirijiet u drittijiet tiegħu, jsemmu l-ħaddiema tal- pjattaforma u anke l-bżonn li kull ħaddiem ikollu d-dritt ta' skonessjoni - leġiżlazzjoni li inċidentalment tressqet 'il quddiem mill- MEP Alex Agius Saliba. Il-partit ifakkar li l-iskema tal-Youth Guarantee li kienet mexxiet 'il quddiem wara l-kriżi finanzjarja u ekonomika ta' it snin ilu, kienet waslet biex 10 miljun persuna jsibu ix-xogħol. Is-Soċjalisti u l-Bidla fil-Klima! Dwar il-bidla fil-klima, li bħalissa qed niddiskutu tant madwar id-dinja inkluż hawn Malta, is-Soċjalisti qed jisħqu li għandha titressaq Liġi Ewropea għall- Klima li kull stat Membru jkun marbut li jimxi magħha u li jkollha tragward sabiex sal-2050 jkun hemm żero emmissjonijiet netti ta' gassijiet serra. Is-Soċjalisti jridu li ssir riforma fil- Politika Komuni tal-Agrikoltura u anke f 'dik tas-sajd - biex dawn ikunu kompatibbli mal-ambizzjonijiet ambjentali u tal-klima. Fil-fatt din ir-riforma diġà sar ħafna xogħol fuqha f 'Ġunju li għadda - xi ħaġa li s-Soċjalisti laqgħu b'entużjażmu. Is-Soċjalisti u l-Covid-19! Il-Grupp politiku tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi ppreżentaw pożizzjoni dwar il-vaċċin f 'Lulju ta' din is-sena. "L-iżbaji tal-passat ma jistgħux jiġu ripetuti ... irridu nassiguraw li hemm l-ugwaljanza u li ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni fejn hemm il-vaċċinazzjoni." Huma jfakkru li l-carers u l-ħaddiema nisa huma l-aktar nies esposti għall-virus u allura l-ħaddiema frontline jeħtieġ dejjem ikollhom aċċess għall-vaċċin. Il-Partit Soċjalista jisħaq li hemm bżonn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 August 2021