Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1407668
11 analiżi illum • IL-ĦADD 05 TA' SETTEMBRU 2021 tal-Edukazzjoni. X'Futur? Katherine Ecclestone, Dennis Hayes u oħrajn waslet biex iddakkar politiċi, bħal Nick Gibb u Michael Gove fl-Ingilterra, li f 'ċiklu elettorali ippruvaw idawru r-rotta pedagoġika u kurrikulari f 'pajjiżhom għal esperjenza li tisħaq fuq l-akkumulazzjoni tal-għerf 'ta' sustanza' u r-ritorn għal dak li huwa bażiku – qari, kitba u matematika. U hawn Malta, kif naħsbuha? F'Malta, dan id-dibattitu huwa limitat għal żoni privati jew professjonali, u it li xejn għandna diskussjoni pubblika fuq is-suġġett. Meta saret, ħafna drabi l-argumenti kienu mibnija fuq intwizzjoni, bi it li xejn xjenza aħħarija u bi premessi dubjużi. Kif juri wkoll Claxton, ir-riżultat ta' dawn it-tip ta' diskussjonijiet huwa l-ħolqien u l-perpetwazzjoni ta' diversi miti li dejjem se jsibu min jiddefendihom u jimbutthom. Fost il-miti universali mbuttati mit-tradizzjonalisti, u li l-eku tagħhom jinstema' f 'pajjiżna, insibu li: it-tagħlim fit-tfulija bikrija għandu minn kmieni jieħu bixra formali, għax tfal żvantaġġjati m'għandhomx ħin x'jaħlu fil-logħob u fl-esperimentazzjoni; il- ħsieb kritiku għandu jibda tard fil-vjaġġ edukattiv tal-istudenti, għax huwa marbut mal-maturità; meta ngħidu lit-tfal biex jipparteċipaw fil-produzzjoni tal-għerf inkunu qegħdin naljenawhom minn għerf ta' sustanza li l-għalliema biss jistgħu jagħtu; l-istudenti ma jistgħux jaħsbu jekk ma jkunux għadhom akkumulaw ħafna għerf; hemm mod wieħed tajjeb kif l-għalliema jgħallmu, il-mod dirett u frontali; tagħlim tajjeb jinvolvi ħafna repetizzjoni, assessjar kontinwu, eżami fl-aħħar u ttestjar tal-memorja; il-fatt li ħafna studenti għandhom aċċess għall-internet m'għandux jinfluwenza t-tagħlim fil-klassi; l-għerf huwa fatti, u l-akkumulazzjoni tal-għerf huwa sinjal ta' intelliġenza; it-tqassim tal-għerf f 'suġġetti huwa sagrosant; is-suġġetti għandhom jinżammu separati minn xulxin; it- tagħlim inter- jew multi-dixxiplinarju jwassal għas-superfiċjalità; mhuwiex possibbli li ngħallmu lit-tfal jaħsbu; mhuwiex possibbli li niffurmaw il-karattru epistemiku, jiġifieri niffurmaw l-attitudni lejn it-tagħlim; l-għerf skolastiku u l-għerf estern għall-iskola huma differenti minn xulxin; il-ġenetika hija l-unika determinant tas-suċċess akkademiku; mhux kulħadd huwa tajjeb għall-iskola, hawn min hu tajjeb b'idejh; is-suġġetti applikati qegħdin hemm bħala alternattiva għal min mhuwiex akkademiku; u l-inklużjoni ta' kulħadd fl-istess klassi u l-pedagoġija differenzjata jaħdmu kontra l-interessi edukattivi tat-tfal. 'It-tagħlim dirett tal-għalliema jimblokka ħafna opportunitajiet' M'hemmx dubju li b'ħajja daqshekk kumplessa, l-istudenti jridu jkunu jafu ħafna affarijiet. X'iridu jkunu jafu fl- ewwel kwart tas-seklu wieħed u għoxrin huwa suġġett kumpless, u m'hemmx tweġibiet faċli. Fl-attentat biex inwieġbu dawn l-mistoqsijiet diffiċli, irridu nżommu f 'moħħna li l-istudenti jitgħallmu b'diversi modi. Jitgħallmu billi jesperjenzaw, jesperimentaw, jiddubitaw, jinterrogaw, josservaw, jikkonċentraw, jipprattikaw, joħolqu, jilagħbu, isusu wara storja, jistaqsu, jiskavaw il-passat u jitgħallmu minnu, jimmaġinaw, joħolmu, janalizzaw, jivvalutaw, jiżnu, jiġġudikaw, jaħsbu b'mod loġiku, jippruvaw u jerġgħu jippruvaw, iħażżu, jistudjaw, jiddjalogaw, jaħdmu għalenija, jużaw il-memorja, jibnu, jikklassifikaw, u jorganizzaw. Fi kliem ieħor, esperjenza kurrikulari mibnija fuq id-depożitu ta' għerf pre-determinat, idettat minn sillabi mburġati bil-kontenut, in-norma edukattiva Maltija, ma taqdix il- firxa ta' possibilitajiet ta' aċċess u ko- produzzjoni tal-għerf. It-tagħlim dirett tal-għalliema, f 'ġirja waħda biex jitlaħħaq is-sillabu f 'perjodu skolastiku qasir, jimblokka ħafna opportunitajiet li jgħinu lill-istudenti jsiru aġenti attivi fil-proċess tat-tagħlim u, possibilment, produtturi tal-għerf tul ħajjithom. L-għajta 'm'għandniex ħin', għajta komuni li nisma' fis-swali tat-taħriġ kontinwu tal-għalliema, hija l-għajta ta' sistema edukattiva li qatgħet qalbha li tiġġedded u tidħol f 'seklu li se jkompli jwaddbilna sfidi li m'aħniex lesti għalihom. Filwaqt li d-diskussjoni dwar il-futur tal-edukazzjoni f 'Malta jidher li għadha għaddejja fi stadju ta' xi kumitat, għal dawk li jimpurthom mill-preżent, tajjeb niftakru li aktar milli fatti, jeżistu kategoriji ta' għerf li s-sistema edukattiva trid timubutthom ħafna aktar mill-għerf statiku. Irridu nitilqu mill-premessa li l-istudenti għandhom ġibda naturali għat-tagħlim, u nammettu li ħafna drabi l-iskola toqtol il-kurżità u l-ħeġġa għat- tagħlim. Irridu wkoll naċċettaw il-fatt li biex ngħattu xturna, għandna t-tendenza li nippatoloġizzaw lill-istudenti li jazzardaw jisfidaw l-aspettativi dubjużi tagħna; niżolawhom, nikkastigawhom, ngħidu li mhumiex tajbin għall-iskola, intuhom esperjenzi kurrikulari inferjuri, nippruvaw nippreparawhom għal xogħol prekarju mis-sekondarja, u noħolqu kategoriji ġodda biex niddeskrivuhom. Meta konna ħsibna li Malta daħlet fil-familja tal-pajjiżi b'edukazzjoni inklużiva, illum ninsabu minn tal- aħħar fil-klassifika tal-edukazzjoni ekwa, b'reġim edukattiv li b'mod mill- aktar kontradittorju, u dejjem f 'isem il-ġustizzja soċjali, jibqa' jifred lit-tfal f 'kategoriji u rotot differenti. Irridu wkoll naċċettaw il-fatt li biex ngħattu xturna, għandna t-tendenza li nippatoloġizzaw lill-istudenti li jazzardaw jisfidaw l-aspettativi dubjużi tagħna; niżolawhom, nikkastigawhom, ngħidu li mhumiex tajbin għall-iskola