Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1407668
20 opinjoni IL-ĦADD 05 TA' SETTEMBRU 2021 • illum Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD PLPN : Parrini tar-rgħiba I l-pjani lokali huma sebgħa. Il-Pjan Lokali dwar il-Bajja ta' Marsaxlokk kien approvat fl-1995, madwar sentejn wara li twaqqfet l-Awtorità tal-Ippjanar. Kellhom jgħaddu seba' snin oħra biex ġie approvat pjan lokali ieħor, din id-darba dak għall-Port il-Kbir. Il-bqija kienu approvati f 'daqqa bl-għaġġla fis-sajf tal-2006. Fl-2006 ukoll kien ippubblikat u approvat mill-Parlament dokument ieħor dwar ċaqlieq tal-linja tal-iżvilupp, intitolat "Rationalisation of Development Zone Boundaries". Kull wieħed minn dawn it-tmien dokumenti huwa wild il-PN fil-Gvern. Il- konsiderazzjonijiet ambjentali fihom huma nieqsa bil-kbir. B'mod partikulari, d-dokument li ċaqlaq il-linja tal-żvilupp ġie approvat mill-Parlament b'għaġġla kbira u bħala riżultat ta' hekk żewġ miljun metru kwadru ta' art li kienu barra miż-żona ta' żvilupp (ODZ) f 'daqqa waħda saru tajbin għall-iżvilupp. Mill-Oppożizzjoni l-Partit Laburista fil-Parlament ivvota kontra dan iċ-ċaqlieq tal-linja tal-iżvilupp, imma, wara, meta tela' fil-Gvern ġie jaqa' u jqum minn dan kollu. Dan minħabba li l-oppożizzjoni għall-proposti kienet waħda partiġġjana, mhux minħabba xi viżjoni alternattiva. Il-pjani lokali jeħtieġu reviżjoni immedjata. Id- dokument li jistabilixxi kif kellha tiċċaqlaq il-linja tal-iżvilupp għandu jitħassar u safejn hu possibli dik l-art kollha (ż-żewġ miljun metru kwadru) terġa' issir art ODZ – barra miż-żona tal- iżvilupp. Fost it-tibdil meħtieġ hemm tnaqqis ġenerali fl-għoli permissibli tal-bini, liema għoli, f 'ħafna każi qed ittellef lill-komunità residenzjali mid-dritt ta' aċċess għax-xemx. Dan qed inaqqas u jostakola l-potenzjal tagħna bħala pajjiż fil-ġenerazzjoni ta' enerġija rinovabbli. Dan kollu kien injorat mill-pjani lokali. Hemm bosta materji oħra fl- erba' rkejjen tal-pajjiż li jeħtieġu li jkunu eżaminati mill-ġdid. Kif spjegajt f 'artiklu preċedenti l-pjani lokali ma jagħtux każ tal- impatti kumulattivi tal-iżvilupp li huma stess jipproponu. Din hi materja bażika li teħtieġ attenzjoni kbira għax għandha impatt sostanzjali fuq il-kwalità tal-ħajja tagħna. Sfortunatament il-pjani lokali it li xejn jagħtu każ tal-kwalità tal-ħajja. Jiffokaw fuq is-sodisfazzjon tar-rgħiba. Għandu jkun hemm kumpens jekk art li illum tista' tkun żviluppata terġa' lura fl-ODZ bħala art mhiex tajba għall- iżvilupp? Xi ġimgħat ilu l-Ministru Aaron Farrugia responsabbli għall-Ippjanar u l-Ambjent kien qal li kellu l-parir favur id-dritt ta' kumpens. Konvenjentement l-Onorevoli Ministru injora l-fatt li l-Qorti Kostituzzjonali f 'Malta kif ukoll il-Qorti Ewropeja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem diġà kellhom każ bħal dan fejn kien hemm talba għal kumpens. Il- Qorti Kostituzzjonali irriutat it- talba u l-Qorti fi Strasburgu ma kkunsidratx t-talba f 'deċiżjoni fis- 27 September 2011 li fiha iddiskutiet il-parametri legali applikabbli. Il-każ huwa dwar il-kumpanija Maltija Trimeg Limited u jikkonċerna 10,891 metru kwadru ta' art li kienu fil-limiti tal-iżvilupp fl-1989 kif stabilit mill-iskemi temporanji tal- iżvilupp ta' dakinnhar. Imma fl-1996 din l-art ġiet skedata għal skop ta' konservazzjoni f 'kuntest tal-protezzjoni tal- widien. Fil-Qrati Maltin il- kumpanija Maltija kienet qalet illi li kieku ħarġu l-permessi ta' żvilupp l-art kien ikollha valur ta' €11-il miljun. B'daqqa ta' pinna imma, dan naqas għal €230,000. Trimeg Limited kienet xtrat din l-art b'€140,000. Il- Qorti Kostituzzjonali f 'Malta ma aċċettatx dawn l-argumenti. Il-Qorti fi Strasburgu ma bidlet xejn minn dak li qalet il-Qorti Maltija. Dan hu każ wieħed biss. Il-ħsieb ġenerali iżda hu li apprezzament tal-ħarsien ambjentali qed jaqbad art fost in- nies illum li huma iktar sensittivi minn qatt qabel dwar dan. Ħadd m'għandu jistenna kumpens għat-tibdil li jkun meħtieġ. Din hi ġlieda kontinwa mar- rgħiba u l-ispekulazzjoni. Nafu li fil-passat, u għal żmien twil, ir-rgħiba kienet minn fuq. Ir-rgħiba fl-ippjanar għall-użu tal-art kellha żewġ parrini: il-PN u l-PL. Fl-Oppożizzjoni jopponu u fil-Gvern jirrumblaw minn fuq kulħadd. Kemm il-PN kif ukoll il-PL ma jistgħux jindirizzaw din il-mandra fl-ippjanar għall-użu tal-art għax huma parti mill- problema: il-PLPN ħolquha, kabbruha u iddefendewha. Il-PN beda l-froġa u l-Labour sostniha. Hu meħtieġ li nibdew paġna ġdida. Il-linja tal-iżvilupp trid titreġġa' lura u l-pjani lokali jeħtieġu tibdil mill-qiegħ. Aħna l-Ħodor biss nistgħu nagħmluh dan, għax aħna m'aħna fil-but ta' ħadd. L-oħrajn, bil-provi wrew tul is-snin li bejn ir-rgħiba u l-kwalità tal-ħajja dejjem isostnu r-rgħiba!