Illum previous editions

Illum 05 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1407668

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 05 TA' SETTEMBRU 2021 Qalb tajba N ormalment, il-politiċi meta jindirizzaw xi folla, jibdew id-diskors tagħhom billi jikkwotaw xi ħassieb ewlieni, bħal pereżemp- ju Platun jew Sokrate jew inkel- la xi mexxej politiku rispettat bħalma kienu Churchill, Obama jew FDR. L-eks President tal-Kolumbja, Juan Manuel Santos Calderon li anke rebaħ il-Premju Nobel għall-Paċi, għażel li f 'diskors li għamel f 'Università quddiem l-akkademiċi, ġenituri u student jikkwota serje fuq Netflix u bena diskors sħiħ fuq din is-serje. Id-diskors kien b'saħħtu ħafna u hi ħasra li aħna l-Ewropej donna niffokaw biss fuq x'jgħidu esponenti Ewropej jew Amerikani u ninjoraw il-bqija tad-dinja. Dak li qal Santos lill-istudenti tal-Universita' ta' l-Andes japplika għall-popli kollha tad-dinja. Santos jiaħ id-diskors tiegħu billi jirreferi għall-produzzjoni ta' Netflix li jisimha Sense8. Din il-produzzjoni hi miktuba, fost oħrajn, mill-aħwa Wachowski li kienu tawna ġmiel ta' serje bl-isem ta' e Matrix. F'e Matrix, l-aħwa Wachowski rriflettew b'mod b'saħħtu ħafna fuq l-eżistenza tad-dinja reali. F'Sense8 l-aħwa Wachowski jistudjaw b'mod eċċezzjonali d-don ta' l-empatija, dik il-ħaġa li ġġib in-nies flimkien daqslikieku huma ħaġa waħda. Din is-serje tippreżentalna razza ġdida ta' nies, il-Homo Sensorium, li jgħixu mal-bqija tal- umanita', il-Homo Sapiens. Dawn il-Homo Sensorium għandhom don partikolari u speċjali ħafna: dak tal-empatija, l-abbilita' li jagħmlu konnessjoni diretta mal- emozzjonijiet, il-ferħ u d-dwejjaq ta' oħrajn bħalhom u jħossuhom daqs li kieku dawn l-emozzjonijiet huma tagħhom. U għalhekk naraw tmien karattri ġejjin mid-dinja kollha li jiskopru (ħafna drabi bi trial and error) li huma parti minn familja partikolari li ssalva biss jekk jingħaqdu u kulħadd jikkontribwixxi t-talenti tiegħu anke jekk kultant huma talenti li aħna nqisuhom bħala "ordinarji". U għalhekk insibu pulizjott minn Chicago, DJ mill-Iżlanda li tgħix f 'Londra, hacker transgender li jgħix f 'San Francisco, xufier ta' vann f 'Nairobi, attur gay fil-Messiku, ħalliel f 'Berlin, xjenzata f 'Bombay u esperta fl-arti marzjali f 'Seoul. Kull wieħed hu differenti ħafna mill-ieħor u d-diversità, anke fejn tidħol l-orjentazzjoni sesswali, hija kbira. Dawn it-tmien karattri, kif jispjega Santos, jimu li kulħadd – sija min hu Homo Sapiens jew dawn il-Homo Senorium – għandhom jersqu flimkien. Li aħna l-bnedmin ħaġa waħda. U kif jgħid Santos, hu ghalhekk li bħalma jiġrilhom il-karattri tas-serje, meta xi ħadd minnhom iweġġa', kulħadd iweġġa' xi it, meta xi ħadd minnhom jiżfen jew ikanta, kulħadd jingħaqad f 'dak s-sentiment ta' ferħ, meta xi ħadd minnhom isofri, kulħadd isofri, meta xi ħadd minnhom iħobb, kulħadd isir parti minn dik l-imħabba. Hemm ħafna modi kif issejjaħ din il-ħaġa. Hemm min isejħilha empatija. Hemm min isejjaħ din il-ħaġa kompassjoni. U fil-verita' l-empatija u l-kompassjoni hi nieqsa ħafna fid-dinja tal-lum fejn dawn il-valuri jitqiesu bħala dgħjufija minn ħafna. L-aħħar generazzjonijiet urewna li meta jsir l-oppost, jiġifieri flok empatija jkun hemm antipatija u meta flok kompassjoni jkun hemm il-mibegħda, jkun hemm konsegwenzi xejn sbieħ. Dan l-oppost għandu ħafna ismijiet: fanatiċiżmu, estremiżmu, nazzjonaliżmu eżaġerat, razziżmu – issejjaħlu kif issejjaħlu l-effett ikun dak ta' velenu li jifga' fejn suppost hemm l-ossiġnu tal-ħajja. Santos jemmen li fil-fundament ta' dawn l-affarijiet kollha hemm fattur wieħed: il-biża'. Il-biża' minn dak li hu differenti. Il-biża' minn dak li ma nafux x'inhu. Il-biża' minn dak li ma jistgħux jimu. U tassew il-biża' – flimkien mal-imħabba – huma probabbilment l-iktar żewġ forzi qawwija fl-istorja tal-bniedem. Jien kburi li fil-ħidma politika tiegħi tajt kontribut biex inħoloq moviment li indirizza bil-qawwa kollha numru ta' realtajiet li kienu qed jikkawżaw il-firda sforz il-biża'. Ejja nieħdu l-ezempju tal-persuni LGBTIQ. Rajna kambjament stroardinarju minn kif konna nħarsu lejn persuni LGBTIQ meta kont tifel jien għal issa, it ġenerazzjonijiet wara. Fadal ħafna x'isir. Bl-istess mod irridu nkomplu noħolqu kambjament biex inwarrbu l-biża' minn dak li ma nafux, jew ma nimux lejn nies oħrajn li mad-daqqa t'għajn huma differenti. Irridu nwarrbu l-mibegħda u minflok niżirgħu l-empatija u l-kompassjoni. Għaliex meta tirrifletti u meta taħseb tirrealizza li hemm ħafna iktar x'jgħaqqadna ma' ħaddieħor li jidher differenti minni milli x'joomni minnu jew minnha. 'Il-moderazzjoni u l-empatija jagħmlu ħafna aktar ġid mill- politika tal-mibgħeda' L-estremiżmu, hu x'inhu, qatt m'hemm postu u jnaffar u jtellef u jdejjaq in-nies li jiġu bbumbardjati bih. Fil-ħajja politika hu faċli mmens li taqa' fin-nassa tal-estremiżmu u flok tgħid li hu mistenni minnek tlissen il-kliem li jogħġob il-miġemgħa. Biss iż-żmien dejjem għallimna li hi t-triq tal-buon sens, tal-moderazzjoni, tal-empatija u l-kompassjoni li tagħmel l-iktar ġid. Jien konvint li l-poplu Malti, fil- fond ta' qalbu u fil-ħsus ta' moħħu jagħlaq il-bieb fuq l-estremiżmu u jħaddan il-moderazzjoni. Il-qalb tajba hi t-triq 'il quddiem fil-mixja politika ta' dan il-pajjiz sabiħ tagħna. Ħafna jitkellmu dwar Jacinda Ardern u s-suċċess politiku tagħha. "e Express Tribune" iddeskriviet is-sigriet ta' żewġ forzi wara dak li qed tagħmel Ardern: l-ewwelnett il-ħidma "old-fashioned" u ma taqta' xejn biex tibni konnessjonijiet kbar ħafna mal-kostitwenti tagħha u t-tieninett li toħloq sistema politika li tinċentiva l-partiti li jaħdmu flimkien. "Dawn," jgħidilna l-Express Tribune, "flimkien mal-attenzjoni u l-empatija tagħha mas- sentimenti tan-nazzjon, wasslu biex inħoloq stil ta' tmexxija li ħafna jsejħulu l-politika tal-qalb tajba (politics of kindness)." F'pajjiżna għad hawn f 'xi sezzjonijiet tal-poplu min għandu sterjotip parikolari ta' politiku li twassalhom jikkonkludu li t-tjubija hija difett fil-politika. Għad hawn min għandu sterjotip li politiku tajjeb hu dak "b'saħħtu", li "jgħaddi minn fuq l-avversarju politiku" u li "fil-Parlament joħroġ għall-avversarju b'ilsienu". Jien nemmen li l-maġġoranza tal-elettorat ilha li kissret dak l-isterjotip u warrbitu. Bħalma ilha li warrbet l-isterjotip li politiku ta' suċċess bilfors irid ikun Avukat jew Tabib jew Perit ta' 50 jew 60 sena. Il-politika tal-futur hi bla dubju ta' xejn il-politika tal- qalb tajba. Li nużaw l-empatija, li nużaw il-kompassjoni. Li waqt li nsaħħu rabta b'saħħitha daqs il-konkrit mal-eletturi tagħna, nimu li l-weġgħa ta' kull wieħed minnha hi l-weġgħa it jew wisq tagħna wkoll u l-ferħ ta' kull wieħed u waħda minnha hu l-ferħ it jew wisq tagħna wkoll. Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici Dan l-oppost għandu ħafna ismijiet: fanatiċiżmu, estremiżmu, nazzjonaliżmu eżaġerat, razziżmu – issejjaħlu kif issejjaħlu l-effett ikun dak ta' velenu li jifga' fejn suppost hemm l-ossiġnu tal-ħajja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 05 September 2021