Illum previous editions

Illum 05 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1407668

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 05 TA' SETTEMBRU 2021 • illum Justin Schembri huwa Kandidat tal-Partit Nazzjonalista fuq it-8 u l-1 Distrett Justin Schembri L-Għoli tal-Ħajja: Realtà jew stħajjil partiġġjan M atul dawn l-aħħar ġimgħat tkellim- na ħafna dwar l-għoli tal-ħajja, u bħal kull ħaġa oħra diskussa f 'pajjiżna, issib lil min jaqbel u lil min ma jaqbilx anke jekk ma jkollux bażi għar-raġuni tiegħu. Dan għaliex, sfortunatament, anke fuq kwistjoni li taffettwa lil kulħadd b'mod dirett – jew indirett – ħafna mill-argumenti jkunu motivati mill-partiġġ- janiżmu politiku minflok mill-fatti. Għalhekk, mingħajr ma nasal għall-konklużjoniji- et jiena stess, irrid hawnhekk inġib numru ta' fatti li jidde- terminaw li l-ħajja qiegħda, effettivament, togħla, nammet- tuha jew le. Il-ġimgħa li għaddiet, meta mistoqsi dwar din il-kwistjoni inkwetanti tal-għoli tal- ħajja u x'soluzzjoni għandu għaliha, l-Onorevoli Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana staqsa lura lill-ġurnalisti x'soluzzjonijiet għandhom huma, turija li quddiem din il- qagħda, il-Gvern ma għandux soluzzjoni, ħlief li jressaq baġit bla taxxi fl-aħħar tas-sena u jintaxxa u jżid it-taxxi matul is-sena bħalma għamel sa minn meta ġiet introdotta l-idea ta' baġit "bla" taxxi. Lil hinn minn dan l-argument li wkoll jista' jidher bħala spunt ispirat mill-politika partiġġjana, fi Frar tal-2020, it-Times of Malta kkwotat il-magażin popolari CEOWorld li skont statistika miġbura minn fost 50 pajjiż, l-għixien diċenti f 'Malta huwa ogħla mill-Gran Brittanja, l-Italja u l-Ġermanja. Imma jekk inħarsu lokalment, insibu studju li jagħti stampa aktar ċara tas-sitwazzjoni fir-rigward, liema studju jagħti wkoll numru konsiderevoli ta' soluzzjonijiet kif pajjiżna jista' jegħleb il-problema tal-għoli tal- ħajja. Qed nagħmel referenza għall-istudju 'The Minimum Essential Budget for a Decent Living' (Frar 2021) tal-Caritas li jiffoka primarjament fuq il- ħtieġa finanzjarja biex il-familji Maltin jgħixu ħajja diċenti. Hawnhekk huwa importanti li nagħmlu differenza bejn "ħajja" u "ħajja diċenti", b'din tal- aħħar tinkludi wkoll xi forma ta' divertiment jew vaganza. B'dan ir-rapport, il-Caritas tirrakkomanda r-reviżjoni tal-COLA, il-mekkaniżmu li permezz tiegħu tingħata ż-żieda għall-għoli tal-ħajja f 'kull baġit. Din l-istess rakkomandazzjoni, saret ukoll din il-ġimgħa mill- Imsieħba Soċjali. Dan l-istudju tana stampa reali u aktar minn hekk fattwali, tad-diffikultajiet tal-familji Maltin. Fil-fatt, dan ir-rapport jissuġġerixxi li familja ta' erbgħa – żewġ adulti u żewġt itfal – għandha bżonn minimu ta' €25,000 fis-sena biex tgħaddi, single-parent b'żewġt itfal teħtieġ €21,974 u koppja anzjana trid €17,900. Dawn il- kalkoli, li minnhom bejn 41% u 51% jmorru għall-ikel, jinkludu wkoll l-użu tat-teknoloġija li llum hija neċessità. Dan kollu rridu narawh fid-dawl li l-paga minima f 'Malta ma taqbiżx it-€800, ħafna impjegati ma għadhomx jitħallsu tas-sahra imma jitħallsu b'rata 'part-time' waqt li l-pensjoni tibda minn medja ta' €162 fil-ġimgħa għal kull persuna. Fid-dawl ta' dawn in-numri, il-YMCA qiegħda wkoll tipproponi li l-paga minima tiżdied għal €1,000 fix-xahar, dan inkonsiderazzjoni tal- kirjiet li qegħdin inaqqru persentaġġi sostanzjali mill-pagi tal-familji l-aktar vulnerabbli u li jeħtieġu s-soluzzjonijiet minn min qiegħed imexxi l-pajjiż. Fl-istess waqt, wieħed irid jirrikonoxxi wkoll iż-żidiet fil-pensjonijiet u servizzi soċjali oħrajn li ġew introdotti matul dawn l-aħħar snin u dan huwa pożittiv anke jekk xorta waħda mhux biżżejjed. Madankollu, irridu nagħtu l-opportunitajiet lin- nies sabiex jinqalgħu mill- problema aktar milli nġibuhom dipendenti fuq sistema soċjali li tagħtihom il-ħuta għall- ikel kuljum flok tgħallimhom jistadu għal-lum u għal għada u jsiru indipendenti. Dan jidher ukoll b'mod indirett fit-twissija lill-Gvern li qed tagħmel l-Assoċjazzjoni ta' min Iħaddem b'referenza għall-impjiegi mal-Gvern li qed jingħataw b'modi sfaċċati biex jintrebħu l-voti qabel l-elezzjoni ġenerali u li minħabba f 'hekk qed jitnaqqar is-settur privat li jrid jew ma jridx ikollu jimpjega lill-barranin. Indirettament, dan qiegħed ikompli jagħfas fuq il-problema tal-għoli tal-ħajja għaliex il-barranin f 'pajjiżna qed ikomplu jżommu l-pagi baxxi b'mod ġenerali, dan minkejja kull wegħda tal-Partit Laburista li l-prekarjat se jkun eradikat. Għalhekk, din hija morsa maħluqa mill-Gvern li qed tkompli toħnoq lill- familji Maltin u fl-istess waqt tikkontribwixxi għall-għoli tal-ħajja. Dawn huma l-fatti, bħalma huwa fatt li fil-baġit li għadda ż-żieda għall-għoli tal-ħajja kienet fost l-anqas li qatt ingħatat f 'dawn l-aħħar tmien snin, ċejċa ta' €1.75. L-istess huwa fatt li l-Gvern seraq minn fuq dahar il-familji Maltin u Għawdxin 'il fuq minn €50 miljun f 'kontijiet tad-dawl u l-ilma maħduma b'mekkaniżmu qarrieq. Huwa fatt li fil-baġit li għadda ż-żieda għall-għoli tal-ħajja kienet fost l-anqas li qatt ingħatat f'dawn l-aħħar tmien snin, ċejċa ta' €1.75

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 05 September 2021