Illum previous editions

Illum 05 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1407668

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 05 TA' SETTEMBRU 2021 aħbarijiet F'Awwissu li għadda ġew madwar 200,000 turist ... żieda ta' 85,500 mis-sena l-oħra ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata li matul ix-xahar ta' Awwissu ġew pajjiżna madwar 200,000 turist, ċifra li s-sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu illi hija "mhux ħażin fiċ- ċirkostanzi, għalkemm ferm 'il bogħod minn Awwissu normali." L-aktar turisti li ġew f 'pajjiżna matul dan ix-xahar - hekk sinonimu mat-turiżmu - kienu Franċiżi, Taljani u Ingliżi - tlett iswieq tradizzjonalment b'saħħithom f 'dan is-settur. Is- sorsi li tkellmu mal-gazzetta ILLUM sostnew li madwar 200,000 turist huwa tajjeb fir- realtà tal-fatt li Malta obbligat lil kull turist li dieħel fil-pajjiż ikollu ċertifikat tal-vaċċin, xi ħaġa li fil- fatt wasslet għal numru kbir ta' kanċellamenti u posponimenti, speċjalment ta' ġenituri li xtaqu jiġu fuq vaganza f 'Malta bit-tfal. Dan seħħ wara illi clusters differenti ta' studenti tal-Ingliż wasslu għal żieda qawwija fin- numru ta' każi ta' Covid-19, b'mijiet kbar kostretti joqgħodu f 'lukandi ta' kwarantina u eventwalment jittieħdu lura pajjiżhom b'titjiriet imħallsin mill-Gvern Malti. Dawn iż-żidiet wasslu għal rabja fost il-poplu Malti u Għawdxi hekk kif dawn il- clusters ġew wara ġimgħat ta każi baxxi ħafna, b'pajjiżna jkun diġà laħaq il-quċċata tal-lista ta' pajjiżi f 'dak li jirrigwarda vaċċinazzjoni. Iktar minn hekk kienet ikkritikata skema li permezz tagħha numru ta' studenti ħadu €300 mal-vaganza tagħhom hawn, bil-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo f 'intervista ma' din il-gazzetta jgħid li kienu biss 1,200 student li ħadu dawn il- flus, minn 18,000 student li ġew pajjiżna. Meta mqabbel mal-2020, l-ewwel sena tal-pandemija u li matulha Awwissu kien magħluq għal xi attivitajiet (fosthom barijiet), matul ix-xahar li għadda ġew 85,542 iktar turist, hekk kif matul Awwissu 2020 kienu ġew Malta 114,458 turist. Minkejja dan, meta mqabbel mal-2019 - sena rekord fit-turiżmu u l-aħħar sena ta' "normalità" - f 'Awwissu li għadda ġew 139,000 turist inqas hekk kif matul Awwissu 2019 kienu ġew Malta b'kollox 338,758 turist. Nhar il-Ħadd li għadda l-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u r-Ristoranti (MHRA) Andrew Agius Muscat ukoll innota kif il-lukandi qed ikampaw u mhumiex vojta, għalkemm sostna li t-triq għan- normalità fis-settur għadha ħafna 'l bogħod. Huwa ingħaqad ma' diversi oħrajn li tkellmu mal-gazetta ILLUM fit-tħassib dwar in- nuqqas ta' ħaddiema f 'dan is- settur, hekk kif bosta barranin telqu minn Malta u ħallew vojt f 'din l-industrija. Huwa qal illi jekk irridu aktar turisti, dan ikun ifisser aktar bżonn ta' ħaddiema.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 05 September 2021