Illum previous editions

Illum 05 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1407668

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 05 TA' SETTEMBRU 2021 • illum Il-Kumitat tal-Impjiegi tal-Parlament Ewropew japprova żewġ proġetti favur r-Right to Disconnect B'digriet tat-28 ta' Ġunju, 2021, mogħti mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili, din il-Qorti ordnat il-pubblikazzjoni tal-estratt li jidher hawn taħt biex iservi ta' notifiki skont l-artiklu 187(3) tal-Kodiċi tal-Proċedura u Organiz- zazzjoni Ċivili (Kap. 12). B'rikors preżentat fil-Qorti Ċivili, Prim'Awla, fit-30 ta' Marzu, 2021, minn APS Bank plc ġja APS Bank Ltd (C2192), Subbasta bin-numru 17/21 fl-ismijiet APS Bank plc ġja APS Bank Ltd vs Daniel Aloisio qed jintalab il-bejgħ bl-irkant ta': L-appartament internament immarkat bin-numru tnejn (2) li jinsab fl-elevated ground floor level, fuq in-naħa tal-lemin meta wieħed iħares lejn il-kumpless ta' bini li minnu jifforma parti l-appartament mit-triq. L-apparta- ment hu sovrapost għal sular ta' garaxxijiet u sottopost għal żewġ appartamenti. Inkluż ma' dan l-appartament hemm il-bitħa li tinsab fuq in-naħa ta' wara tal-appartament flimkien mal-bitħa interna, liema appartament u btieħi huma delinjati fuq pjanta annessa ma' kuntratt fl-atti tan-Nutar Rachel Busuttil tat-tletin ta' Jannar tas-sena elfejn u sitta (30/01/2006). Dan il-kumpless ta' bini hu mmarkat bin-numru uffiċjali sebgħa u disgħin (97) ġja bla numru uffiċjali iżda hu magħruf bl-isem 'Chamonix', fi Triq it-Torri, Birkirkara, Malta. L-appartament hu liberu u frank bid-drittijiet u ġustijiet kollha tiegħu. L-ap- partament jikkonfina mill-Grigal mal-imsemmija triq, mill-Majjistral ma' beni ta' Carmelo Muscat u mil-Lvant mar-rimanenti kumpless proprjetà ta' Jakro Developments Limited jew l-aventi kawża minnha. Inkluż ukoll mal-appartament hemm sehem indiviż tal-partijiet komuni fl-imsemmi kumpless ta' bini, liema partijiet komu- ni jikkomprendu fl-entrata, entratura, taraġ ta' barra li jwasslu għall-entratura prinċipali, taraġ interni sal-bejt (però eskluż il-bejt), indani, li u li xas u xas. Il-bejt m'għandux jitqies bħala parti komuni, iżda sid l-appar- tament għandu dritt limitat ta' użu tal-bejt għall-iskop indikat fil-kuntratt tal-akkwist relattiv fl-atti tan-Nutar Rachel Busuttil datat wieħed u għoxrin ta' Mejju tas-sena elfejn u erbatax (21/05/2014). L-appartament għandu d-dritt ta' użu in perpetwu u mhux interrott tal-passaġġi komuni fuq il-bejt għall-iskop indikat fl-istess kuntratt tal-akkwist. Dan l-appartament hu suġġett għat-tgawdija ta' drittijiet attivi u hu suġġett għas-servitujiet passivi li jirriżultaw mil-pożizzjoni relattiv tal-appartament fil-kumpless, inklużi li s-sistema tad-drenaġġ u tal-ilma tax-xita jkunu komuni. Lock up garage fis-semi basement level immarkat bin-numru mhux uffiċjali ħamsa (5) formanti parti minn livell ta' garaxxijiet li hu sottopost għal blokk immarkat bin-numru uffiċjali sebgħa u disgħin (97) ġja bla numru uffiċjali iżda hu magħruf bl-isem 'Chamonix', fi Triq it-Torri, Birkirkara, konfinanti l-garaxx mill-Grigal mad- drive in komuni u mix-Xlokk u mill-Majjistral ma' proprjetà ta' Jakro Developments Limited jew l-aventi kawża minnha, liberu u frank bid-drittijiet u l-ġustijiet kollha tiegħu. Dan il-garaxx hu delinjat bir-roża fuq pjanta annessa ma' kuntratt fl-atti tan-Nutar Rachel Busuttil tal-ħamsa ta' Ġunju tas-sena elfejn u sitta (05/06/2006). Dan il-garaxx hu aċċessibbli minn drive in u rampa komuni li jiżbokkaw fi Triq it-Torri, Birkirkara. Inkluż ukoll mal-garaxx hemm sehem indiviż tal-partijiet komuni fl-imsemmi livell ta' garaxxijiet, liema partijiet komuni jikkomprendu r-rampa u d-drive in komuni, li u li xas u xas. Il-garaxx hu suġġett għat-tgawdija ta' drittijiet attivi u hu suġġett għas-servitujiet passivi li jirriżultaw mill-pożizzjoni relattiva tal-garaxx fil-kumpless. Hemm drain wieħed għaddej minn mas-saqaf tal-garaxx. Il-blokk kollu jikkonfina mill-Ggrigal mal-imsemmija triq, mill-Majjistral ma' beni ta' Carmelo Muscat u mill- Lvant ma' proprjetà ta' Giuseppe Borg jew irjieħ oħra verjuri. Il-kumpless jikkonsisti f 'kumpless ta' garaxxijiet fis-semi basement level, tliet sulari sovraposti b'żewġ appartamenti fuq kull sular u sular ieħor b'ħames wash- rooms. Dan il-kumpless ġie żviluppat fuq is-sit li qabel kienet okkupata mit-terraced house, bl-arja relattiva tagħha u bl-art ta' taħta, liema terraced house kienet bla numru uffiċjali iżda kienet iġġib l-isem 'Saint Helena', fi Triq it-Torri, Birkirkara. L-imsemmija proprjetà tappartjeni lil Daniel Aloisio (KI 353976M) Reġistru tal-Qrati Superjuri, illum it-Tnejn, 16 ta' Awwissu, 2021 MARVIC FARRUGIA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali Dak li kien ħadem fuqu l-MEP Malti Alex Agius Saliba mill-bidu ta' din is-sena qiegħed iħalli l-frott, hekk kif il-Kumitat tal-Impjiegi tal-Parlament Ewropew approvaw żewġ proġetti favur id-Dritt ta' Skonnessjoni u t-Telework MARIANNA CALLEJA F'vot kritiku fil-Kumitat tal-Impjiegi tal-Parlament Ewropew, l-MPE Alex Agius Saliba kiseb l-approvazzjoni fuq żewġ proġetti Ewropej li se jwittu t-triq għal Direttiva Ewropea dwar id-Dritt ta' Skonnessjoni u t-Telework. "In-nies spiss jissottovalutaw ir-rwol politiku importanti li għandu l-baġit tal-Unjoni Ewropea fl-ippjanar jew l-implimentazzjoni ta' inizjattivi tal-Unjoni u politiki futuri. Is-sena d-dieħla, irrid li l-Unjoni tiddedika l-flus għal xi inizjattivi ewlenin għaċ- ċittadini u l-ħaddiema tagħha, bħad-Dritt ta' skonnessjoni u Telework, kif ukoll biex jissaħħaħ ir-rwol tas-sħab soċjali fil-mitigazzjoni tal- impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi tal-COVID-19 u fl- implimentazzjoni tal-iskema ta' garanzija għaż-żgħażagħ u t-tfal," qal Agius Saliba. Huwa qal li l-baġit tal-Unjoni Ewropea huwa opportunità biex il-kliem jissarraf f 'azzjoni u jiġi żgurat li l-inizjattivi ta' politika, il-prijoritajiet u l-proġetti ta' riċerka tal-Unjoni Ewropea jkollhom finanzjament xieraq u jkunu jistgħu jimmaterjalizzaw. Fil-kapaċità tiegħu bħala x-shadow rapporteur tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Kumitat tal-Impjiegi, il- MPE Agius Saliba ppropona żewġ proġetti kbar biex tinġabar evidenza fuq skala kbira li jġibu lill-Unjoni pass eqreb lejn Direttiva Ewropea dwar id-Dritt ta' Skonnessjoni u inizjattiva leġiżlattiva dwar it-Telework. Wara l-votazzjoni, il- MPE Agius Saliba esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall- fatt li l-maġġoranza tal-gruppi politiċi appoġġaw il-proposti tiegħu li ser jagħtu l-opportunità li jimmaterjalizzaw dawn il- proġetti importanti. "Ninsab kuntenta li l-biċċa l-kbira tal-gruppi politiċi kienu konsistenti u appoġġjaw l-implimentazzjoni tad-Dritt ta' Skonnettjar u l-proġetti Telework u appoġġaw il- finanzjament tal-imsieħba soċjali. Il-Parlament Ewropew għandu jkompli jagħmel pressjoni fuq dawk l-inizjattivi u l-prijoritajiet adottati f 'rapporti preċedenti u jimmaterjalizzahom bi flus speċifiċi ddedikati fil-baġit tal- Unjoni Ewropea," qal il-MPE Agius Saliba. Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 05 September 2021