Illum previous editions

Illum 05 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1407668

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 IL-ĦADD 05 TA' SETTEMBRU 2021 • illum opinjoni Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazaret Dun Anġ Seychell In-nanna tiegħu; Dorothy Day K ATE HENNESSY, din is-sena għamlet interv- ista lit-TABLET fuq in-nanna tagħha Doro- thy Day, mara ta' fibra qawwija, li għamlet żmien ma temmen b'xejn imma resqet lejn il-Knisja Kattolika u llum fit-triq li tkun iddikjarata qaddisa awtentika, b'deċiżjoni tal-Isqfijiet Amerikani. Kate Hennessy fl-intervista tagħha fir-rivista THE TABLET, tistqar li nannitha darba għamlet abort u darba'oħra kienet se tagħmel suwiċidju. Iżda tissokta tgħid li nannitha xorta waħda kienet awtentikament qaddisa. Iżda xorta waħda Kate Hennessy stgħaġbet meta l-Isqfijiet Kattoliċi Amerikani, li kienu jafu sew lil Dorothy Day, iddeċidew unanimament li jiftħu l-kawża ta' qdusija ta' nannitha. Dorothy Day bdiet ħajjitha ma temmen b'xejn. Imma inzerta li meta kienet għadha fl-ewwel snin ta' żogħżitha, il-familja tagħha fl-Amerika marret toqgħod qrib familja li fiha kien hemm ħafna fidi Kattolika. Hija tixhed li diversi drabi kienet tmur tikkomunika ma' waħda mit-tfal tal-ġara biex jibnu ħbiberija ġenwina. Kemm-il darba Dorothy kienet tmur tħabbat il-bieb tal-ġara u kienet issibha qedtitlob, ħaġa li ma kinitx parti mill-ħajja tal-familja tagħha. Dorothy kienet tħossha milquta minn omm il-ħabiba tagħha. Kienet taf li din kienet tmur regolarment il-knisja ta' St Joseph u ġietha l-kurżita żżur din il-knisja biex toqgħod tosserva x'jagħmlu n-nies li jmorru fiha. Kienet toqgħod fl-aħħar bank u minn hemm setgħet tosserva lil kulħadd. Spiċċat biex laqqgħuha mal- qassis inkarigat u talbitu informazzjoni dwar il-Knisja Kattolika. Spiċċat tieħu kors tal- kateketika u tgħammdet f 'dik il-knisja. Ġibda lejn il-fqarDorothy kellha ġibda oħra. Kienet tinteressa ruħha fil-fqar. U darba sabet jistenniha raġel Franċiż li bħala kien interessat fin-nies foqra. Kien jismu Peter Maurin. Kien telaq minn Franza u mar joqgħod fi New York fejn sema' bid-djar li kienet qed twaqqaf Dorothy u fihom tilqa' lill-fqar f 'din il-belt kbira ta' l-Amerika. Peter safa impressjonat bil-ħidma soċjali ta' Dorothy. L-ideat tiegħu laqtu lil Dorothy u hu ħajjarha tibda gazzetta li fiha tinfluwenza soċjalment lill-Kattoliċi Amerikani. It- tnejn li huma bdew joħorġu gazzetta kull xahar u fiha kienu jiġbdu l-attenzjoni tal-Kattoliċi Amerikani dwar il-faqar li saru jafu bih fl-ibliet ewlenin ta' l-Amerika. Din il-gazzetta bdiet tinbieh b'ċenteżmu. Jien għadni sal-lum nirċeviha bil-prezz ta' ċenteżmu u għadu jkun fiha siltiet mill- kitbiet ta' Peter Maurin u Dorothy Day. Kienet tinbiegħ bl-idejn u bil-posta u għamlet żmien kienet toħroġ bil-mijiet ta' eluf ta kopji. Kate tistqarr li għandha għalfejn tkun ġeneruża dwar nannitha u tistqar li mhux veru li Dorothy ittraskurat lil mommha fit-trobbija tagħha għax kienet mhedija bid-djar ta' ospitalità li waqqfet f 'diversi bliet Amerikani. Xorta kienet issib il-ħin meħtieġ biex trabbi lil Tamara, omm Kate. Omm Kate hija speċjalizzata fil- biedja u għalhekk hi tippreferi li taħdem fil-ġnien għax lejn dik is-sejħa hija mitfugħa. Illum Tamara ma għadhiex ħajja u fl-aħħar ġimgħat tagħha kienet tużas-siġġu tar-roti. Kate kitbet ktieb fuq nannitha Dorothy, jismu THE WORLD WILL BE SAVED BY BEAUTY – An Intimate Portrait of my Grand mother. Nannitha Dororthy kienet tagħmilha ċara kif taħsibha: "inti tkun taf liema hi l- vokazzjoni tiegħek mill-hena li ġġiblek".

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 05 September 2021