Illum previous editions

Illum 05 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1407668

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

D an hu t-tieni sajf mhux bħall-oħrajn. L-attiv- itajiet kienu limitati ħafna. Il-laqgħat man- nies f 'ammonti konsiderevoli kienu inezisteni. L-attivitajiet tal-massa l-istess. Is-sajf Malti normalment joffrilna oppor- tunita' biex niltaqgħu f 'festi, attivitajiet kulturali u artistiċi, kunċerti, spettakli u tant attivi- tajiet oħra. Bla tiġijiet tas-soltu u parties bħall-preċetti u grizma jew magħmudijiet. Madankollu l-kuntatt personali u alternat- tivi oħra permezz tal-mezzi teknoloġiċi xorta stajna nżom- muhom f 'mizura differenti. Il-kuntatt man-nies hu impor- tanti għal kull min qiegħed fil-politika. Nixtieq naqsam miegħek ftit ħsbijiet li ltqajt magħhom din il-ġimgħa fil-laqgħat u l-kuntatt man-nies. … għand il-bdiewa l-Imġarr Mort għand familja ta' bdiewa l-Imġarr. Inkwetati fuq diversi fronti, imma daqstant ieħor determinati li jkomplu bix-xogħol tagħhom minkejja l-isfidi li għaddejjin minnhom. Irrakkontawli kif qabel l-għelieqi kienu jintirtu mingħand ġenerazzjoni għall- oħra imma l-ebda ġenerazzjoni ma kienet tinkwieta li mhux se jkun hemm min jaħdem ir- raba' tagħhom warajhom. Illum is-sitwazzjoni hi differenti. L-ulied fil-familji huma anqas milli kienu qabel, u hemm min ifittex xogħol ieħor lil hinn mill-għelieqi. It-teknoloġija tista' tiffaċilità x-xogħol ta' strapazz tal-bdiewa u għalhekk irridu nkomplu naħdmu biex il-bdiewa u r-raħħala jgawdu mill-akbar għajnuniet li toffri l-Unjoni Ewropea. Qaluli kif tul il-pandemija anki huma jqisu li kienu frontliners. Minkejja l-biżà tal-pandemija, partikolarment fil-bidu tagħha, huma baqgħu jaħdmu l-għelieqi u jipprovdu l-prodott Malti, frisk, bnin u f 'ħin qasir biex jasal fid-djar Maltin u Għawdxin. Naturalment ħassew id-daqqa ta' restoranti u lukandi magħluqin, tan-nuqqas ta' turisti imma xorta baqgħu jirsistu quddiem l-inċertezza. Dan hu settur reżiljenti. Żgħir imma kbir fid-determinazzjoni. Settur li jistinka bil-kbir. Il- laqgħa ma' dawn il-bdiewa xtaqtha li ma tispiċċa qatt. Punt ieħor li semmewli hi l-bidla fil-klima. Din qed ikollha effett. Il-prodott ta' llum hu differenti minn dak ta' 30 sena ilu. U dak ta' għaxar snin oħra se jkun differenti minn ta' llum. Il-bidla fil-klima mhix sfida għall- bdiewa biss imma hi sfida għal kulħadd. Irridu li kulħadd jagħti s-sehem tiegħu għaliex inkella s-sogri se jkunu kbar u l-ħsara irreparabbli. L-arloġġ diffiċli li jiddawwar lura, imma nistgħu nwaqqfu r-rankatura. Nieħdu din l-opporunita' biex nappella lilek u lill-qarrejja biex infittxu u nagħtu appoġġ lill-prodott Malti. Xemx u xita lill-bdiewa, raħħala u sajjieda Maltin dejjem sibnihom. Jiddependi minnha biex insostnuhom bl-għazla li nagħmlu fix-xirja tagħna. …. għand l-artisti l-Imqabba Din il-ġimgħa ltqajt ma' numru ta' artisti. Żort wirja tal-arti fl-Imqabba. Post li jilqgħek. U li jistiednek biex timraħ f 'orizzonti ġodda b'dak li jkun hemm għall-wiri. Ambjent differenti mis-soltu. U wirja f 'post mhux tas- soltu. Il-preżenza kulturali u artistika, b'wirjiet hu tajjeb li jinfirxu f 'lokalitajiet differenti. L-inizjattivi li jittieħdu minn nies bħal Antoine Farrugia fl-Imqabba b'dawn il-wirjiet tal- arti hi ta' min ifaħħarha. Bħal Antoine hemm ukoll sidien ta' ristoranti li jew jagħzlu li jkollhom b'mod permanenti xogħlijiet tal-arti jew inkella jagħtu ċans lill-artisti li jesponu x-xogħlijiet tagħhom għal zmien temporanju. B'hekk tinħoloq komunikazzjoni bejn l-arti u min qiegħed jaraha fil-lokalijiet tagħna. Tkellimna dwar kif l-Unjoni Ewropea tista' tkun ta' appoġġ f 'dawn l-inizjattivi biex l-arti tkun aktar fil-qalba fil-komunitajiet tagħna u aċċessibbli għal kulħadd. F'dan is-sens għandhom ukoll rwol il-Kunsilli Lokali li jippromwovu aktar l-arti u l-kultura. B'hekk tikber l-kuxjenza kulturali tagħna li sservi wkoll biex aktar studenti jikkonsidraw u jagħzlu li javvanzaw fl-istudji tagħhom billi jirriċerkaw dwar l-arti u aspetti differenti tal-kultura u l-identita' tagħna. …. Mal-ġenituri f 'Għawdex Kont għand koppja f 'Għawdex. Fejn ikun hemm it-tfal ħafna drabi d-diskors jaqa' fuq it-tfal għaliex it-tfal huma l-mimmi tal-ġenituri, u n-nanniet. Tkellimna dwar l-edukazzjoni tat-tfal u kif illum it-tfal għandhom aċċess bla limitu għall-informazzjoni. Ħaġa tajba. U hekk għandu jkun imma dan iġib miegħu sfidi għall-istudenti. U dawn l-isfidi jridu jiġu indirizzati mis- sistema edukattiva. Hu inutli li tipprova ġġiegħel lill-istudenti jistudjaw bl-amment. Illum hu aktar importanti li l-istudenti jiksbu ħiliet ġodda fil-media literacy. Iridu jkunu kapaci li jagħrfu bejn informazzjoni vera u li jistgħu jistrieħu fuqha u informazzjoni li tkun falza. Jeħtieġ li l-istudenti jkunu kapaċi jaħsbu b'mod kritiku, fis-sens li jkollhom il-kapaċità li jagħmlu analizi, evalwazzjoni, jiddentifikaw bias jew pregudizzji, li mill- informazzjoni li jkollhom ikunu kapaċi li jagħmlu aktar mistoqsijiet u jfittxu tweġibiet, li jaraw jekk it-tweġiba hix qed taħbi xi informazzjoni oħra, li jagħrfu fejn ikun hemm manipulazzjoni jew skorrettezza. It-tfal sa minn ċkunithom irridu li jkunu ħassieba, dan dejjem skont l-eta' tagħhom. Din għandha tkun il- mira tas-sistema edukattiva. … mal-ġurnalisti Nesprimi solidarjetà mal- ġurnalisti li qed jisfaw vittmi ta' kampanji ta' dizinformazzjoni fosthom bi spoofs u qlajjiet. Qed naraw fabbrikazzjoni u manipulazzjoni li qed issir biex tnawwar lill-ġurnalisti u l-ġurnalizmu. Ebda tfixkil ma' għandu jaqta' qalb il- ġurnalisti li huma pilastru essenzjali f 'demokrazija. Kont għall-intervista f 'NET FM. Is-sentimenti li esprimew il-ġurnalisti zgur li jirriflettu dak li jħossu gurnalisti fi newsrooms differenti. Ma kienx sentiment ta' rabja imma ta' weggħa. Grazzi lill-ġurnalisti li qed ikunu ta' servizz fi zminijiet iebsa. Politika man-nies 23 opinjoni illum • IL-ĦADD 05 TA' SETTEMBRU 2021 Roberta Metsola Roberta Metsola hija il-Viċi President tal-Parlament Ewropew Qed naraw fabbrikazzjoni u manipulazzjoni li qed issir biex tnawwar lill-ġurnalisti u l-ġurnalizmu. Ebda tfixkil ma' għandu jaqta' qalb il-ġurnalisti li huma pilastru essenzjali f'demokrazija Metsola tiltaqa' ma' Nik Keter fl-esebizzjoni tagħha fl-Imqabba.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 05 September 2021