Illum previous editions

ILLUM 17 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1419851

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

L-Ippjanar u l-Kostruzzjoni L-ebda taxxa tal-boll jew taxxa fuq il-qligħ kapitali fuq il-bejgħ ta' proprjetajiet mibnija għal aktar minn għoxrin sena u vakanti għal aktar minn seba' snin, proprjetajiet f'UCAs jew proprjetajiet ġodda li għandhom karatteristiċi tradizzjonali Maltin fuq l-ewwel €750,000 tal-prezz tal-proprjetà. First-time buyers li jixtru proprjetajiet mibnija għal aktar minn għoxrin sena u vakanti għal aktar minn seba' snin, proprjetajiet f'UCAs jew proprjetajiet godda li għandhom karatteristiċi tradizzjonali Maltin jiksbu għotja ta' €15,000. Titla' għal €30,000 jekk il-proprjetà tinsab f'Għawdex. Dawk li jixtru jew li diġà għandhom proprjetajiet mibnija għal aktar minn għoxrin sena u vakanti għal aktar minn seba' snin, proprjetajiet f'UCAs jew proprjetajiet ġodda li għandhom karatteristiċi tradizzjonali Maltin jistgħu jirċievu għotja tal-VAT sa €54,000 għall-ewwel €300,000 fuq spejjeż relatati mar-restawr u rfinar tal-proprjetajiet tagħhom. Estensjoni tal-iskemi dwar it-tnaqqis tat-taxxa tal-boll għal first-time buyers, second-time buyers u x-xiri ta' proprjetajiet f'Għawdex. Ippjanar Intelliġenti: Politika ġdida dwar l-Estetika mill-Awtorità tal-Ippjanar. L-Awtorità tal-Ippjanar applikat ukoll għall-finanzjament tal-UE fuq l-Iskema ta' Restawr ta' wirt mibni. Aktar infurzar u regolamentazzjoni permezz tal-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni ġdida, isir l-ewwel Kodiċi tal-Bini u jiġi assigurat li qed jiġi segwit bl-aktar mod professjonali permezz tal-Construction Project Manager, isir liċenzjar għal kuntratturi tal-bini li jista' jkun ċertifikat ta' kwalità għal min jaħdem tajjeb u aktar inċentivi għal riforma. L-Ambjent, L-immaniġġjar tal-iskart u Tibdil fil-Klima Żoni ħodor ġodda fl-urban f'Ħaż-Żabbar, Ħal Qormi, il-Ħamrun, u l-Mosta. San Anton se jiġi rinovat. Diversi proġetti ta' tħaddir fl-urban: Liċeo San Ġorġ Preca, Romeo Romano, Spencer u l-Ġnien tal-Belvedere. Studji dwar spazji pedonali ħodor ġodda f'Santa Venera u l-Furjana. L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u Ambjent Malta se jkomplu jaħdmu fuq Pjanijiet ta' Ġestjoni fuq siti tan-Natura 2000; jintensifikaw ix-xogħlijiet fuq Kemmuna, il-Magħluq ta' Marsaskala, il-Victoria Lines u l-Għadira s-Safra. Se jitwaqqaf bord ta' monitoraġġ biex jivvaluta l-aderenza mal-Istrateġija għall-Iżvilupp b'Karbonju Baxx. Investiment ta' €200 miljun biex neqilbu l-iskart f'enerġija. Introduzzjoni taċ-Ċentru għall-Użu mill-Ġdid u aktar esplorazzjoni fuq Ċentru tat-Tiswija. Malta budget.gov.mt f r e e p h o n e 8 0 0 7 2 2 0 7 ambjent GVERN TA' MALTA MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 October 2021