Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1419851
06 analiżi IL-ĦADD 17 TA' OTTUBRU 2021 • illum ELEZZJONI F'NOVEMBRU, MARZU JEW MEJJU/ĠUNJU... IMMA ABELA X'JAQBILLU? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Minkejja li l-Prim Ministru kellu raġun meta qal li ż-żmien li fiha ġejja l-elezzjoni mhijiex "fuq fomm kulħadd", fir-realtà hija fuq fomm ħafna nies inkluż ħafna nies fil- Partit Laburista stess li għandhom xi kariga jew inkella li jagħtu s-sehem tagħhom fl- elezzjonijiet - inkluż canvassers, counting agents u diversi oħrajn. Iktar kemm jgħaddi ż-żmien iktar l-għażla qed tidher ċara: Novembru li ġej, Marzu tas- sena d-dieħla jew inkella saħansitra Mejju jew Ġunju tal-2022. F'din l-analiżi l-gazzetta ILLUM se tagħti ħarsa qasira lejn il-kunsiderazzjonijiet li jista' jkun għadu qed jevalwa l-Prim Ministru sabiex jasal għad-deċiżjoni tiegħu, li fl-aħħar mill-aħħar tibqa' prerogattiva tiegħu. Novembru - Il-magni inxtegħlu! Raġuni għalfejn Abela jaf qed jikkunsidra elezzjoni f 'Novembru jew inkella li jsejjaħha f 'Jannar, biex issir fi Frar/Marzu huwa l-fatt li xi it jew wisq il-magni tal-partiti nxtegħlu, ħafna billboards twaħħlu mill-PN u anke mill-Gvern (li forsi mbagħad jintużaw mill- PL) u l-kelma qed tiġri, fost ħafna mill- għeruq u fost il-poplu wkoll. Min jgħid is-27 ta' Novembru u min jgħid l-20 - bit-tħabbira tiġi din il-ġimgħa jew kmieni d-dieħla. Għalkemm l-elezzjonijiet illum ma għadhomx dak li kienu snin ilu, u għalkemm illum waqt kampanja elettorali l-ħajja tibqa' għaddejja xi it jew wisq normali (ħlief għall-ġurnalisti u l-politiċi) daqslikieku mhu jiġri xejn kbir, xorta l-element tal-inċertezza jibqa'. L-ewwel li jħossu din l-inċertezza huma n-negozji hekk kif bidla fil-Gvern taf iġġib bidla fid-direzzjoni ekonomika u finanzjarja tal-pajjiż. Issa x-xniegħa qed tiġri u ngħiduha kif inhi l-PM mhux eżattament qed jgħin billi ma jweġibx għal mistoqsijiet dwar jekk il-Baġit hux se jkun approvat jew le. Din l-inċertezza tista' ttul biss għal it aktar, għaliex inċertezza li tiġġebbed ma tagħmilx ġid għan-negozju, speċjalment wara pandemija li rat eluf ta' negozji jieħdu daqqa liema bħalha. Iktar kemm din l-inċertezza tittawwal ikbar ikun id-dannu fuq in-negozju u iktar jibqa' jinħass li l-pajjiż huwa "mdendel" jistenna elezzjoni ġejja. Dan jagħmel elezzjoni f 'Mejju jew Ġunju tas-sena d-dieħla, xi ħaġa ħafna inqas possibbli u it li xejn attraenti għal dawk li jridu ċ-ċertezza fil-pajjiż, mhux l-inqas in-negozji. Ma jiffaċċjax ċerta mozzjonijiet jew rivelazzjonijiet li jpoġġuh f'pożizzjoni antipatka! Abela għandu mozzjoni qed tistennieh u Ministru mdendel, li jidher ċar illi qed jittituba biex dwarhom għal raġunijiet politiċi ovvji. Fl-ewwel sena Abela ma ddejjaq xejn ikeċċi lil Konrad Mizzi b'mod xejn ċerimonjuż mill-Partit Laburista, filwaqt li warrab mill-partit u l-Gvern diversi nies oħrajn li fuqhom kien hemm akkużi, dellijiet jew inkella kritika ħarxa fosthom - u kif mistenni - Keith Schembri, talab lil Chris Cardona jirrżenja minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u minn Ministru, neħħa lil Neville jiddeċiedi Gafa' mill-Uffiċċju tal- Prim Ministru, neħħa lil Justyne Caruana minn Ministru minħabba l-qrubja tal-eks żewġha Silvio Valletta ma' Yorgen Fenech (u reġa' poġġieha xhur wara) u neħħa wkoll lil Rosianne Cutajar mill-inkarigu li kellha bħala Segretarju Parlamentari tal-Ugwaljanza wara akkużi illi rċeviet u ma ddikjaratx qligħ minn senserija ta' proprjetà li kienet se tinbigħ, lil Yorgen Fenech fl-Imdina. Minkejja li l-perċezzjoni pożittiva fost sezzjoni tal-poplu hija li Abela - kuntrarjament għal Joseph Muscat - jiddeċiedi u ma jiddejjaqx ineħħi lin-nies, huwa fatt ukoll li dan kollu qed jaħraq xi it ta' pontijiet mhux ħażin bejn Abela u dawk in-nies ta' madwaru li wara kollox hu għandu bżonn biex jibqa' jiggverna. Issa Abela għandu mozzjoni ta' sfiduċja fil-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis. Din il-mozzjoni jekk tiġi mressqa se tfisser uġigħ ta' ras kbira għall-Gvern u oppportunità tajba għall-Oppożizzjoni biex din tagħfas fuq il-messaġġ tagħha li Abela huwa "kontinwità tal-korruzzjoni ta' Muscat." Jekk il-Partit Laburista jagħti daharu lil Zammit Lewis joħloq iktar animożità fost il-partitarji, speċjalment dawk tat-Tmien Distrett fejn diġà mhux se jkun kandidat Chris Cardona, li mhux xi sigriet illi kien popolari f 'Birkirkara. Se joħloq ukoll iktar animożita lejh minn persuna li jaf jerġa' jkun elett fl-elezzjoni ġenerali, li allura tfisser illi jkollu Deputat diżilluż u rrabjat għalih fil- Grupp Parlamentari tal-Leġiżlatura li jmiss! Minn naħa l-oħra jekk il-Partit Laburista jappoġġja lil Zammit Lewis, se jkun qed jiaħ lilu nnifsu għall-kritika qawwija mill- Oppożizzjoni u Repubblika li qed jappoġġja lil xi ħadd li kien "qrib ta' Yorgen". Dan jaf jagħti it impetu u skop tant meħtieġ lill- Oppożizzjoni li qed tidher pjuttost dgħajfa qabel elezzjoni ġenerali. L-elezzjoni fil-qrib. Meta ssir se jiddependi fuq meta l-Prim Ministru - li hija l-prerogattiva tiegħu li jsejjaħha - iħoss li jaqbel l-aktar lilu u lill-Partit Laburista. L-aktar li qed jissemmew b'persistenza huma Novembru u Marzu li ġej, imma hemm ukoll possibilità ta' elezzjoni f'Mejju jew Ġunju. Abela x'jaqbillu?