Illum previous editions

ILLUM 17 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1419851

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' OTTUBRU 2021 • illum 'Mort nagħti żigarella roża lil waħda MARIANNA CALLEJA Issa li wasal Ottubru, nisimgħu aktar bih, il-kanċer tas-sider. Marda li la tista ssolviha b'maskra u b'wisq inqas tfejjaqha permezz ta' vaċċin. Għalxejn naħarbu mill-informazzjoni u nżommu ruħna injoranti fuq is-suġġett sabiex mingħalina nrażżnu l-biża'. Għaldaqstant il-gazzetta ILLUM tifhem ukoll li mhux kulħadd lest jaqra l-informazzjoni maħkuma minn verità li tweġġa. Kien għalhekk li l-gazzetta iltaqgħet ma' persuna li mhux biss rebħet il-battalja kontra l-kanċer tas- sider, iżda wkoll ħaqqha ġieħ għax-xogħol li qed tagħmel ma' pazjenti oħra fil-komunità biex b'hekk tirrakonta hi l-istorja tagħha. B'kuraġġ ta' iljun imma b'qalb tad-deheb, Gertrude Abela u l-kanċer Ta' 53 sena, Gertrude Abela sabet ruħha xxukjata bl-aħbar li kellha l-kanċer tas-sider. Ma kinitx bniedma traskurata li ma tiħux ħsieb sidirha. Kienet tmur tagħmel mammogram regolari. Possibli r-radjologu li raha tlett xhur qabel, ma ndunax bil- boċċa? Dan kollu seħħ lura fl-1999, fi żmien fejn forsi kienet inqas komuni li titkellem dwar il- kanċer daqskemm nitkellmu fuqu illum. Abela kien instabilha kanċer (Stage 2), kienet ilha tagħmel mammograms mill- 1995 imma t-tobba kienu dejjem bagħtuha d-dar, b'moħħha mistrieħ li m'għandha xejn. "Meta erġajt mort ma setax jagħmili mammogram, minflok għamel ultrasound. Qalli iva, sibt xi ħaġa u trid titlaq." Kienet irrabjata, irrabjata lejn ir-radjologu u rrabjata lejn id- destin. Ma kienet taf lil ħadd bil-kanċer, u ejja ngħiduha kif inhi mhux l-ewwel ħaġa li tgħid persuna malli taraha fit-triq lanqas. "Ma kellix ma' min nitkellem, ħassejtni waħdi." Spjegat lill-ILLUM li bdiet tħossha weħidha. Ħasset li mhux kulħadd seta' jifhem sakemm ġurnata minnhom, ħabiba tal- familja qabditha mal-'Breast Cancer Support Group' (BCSG). "Fetaħ fl-1987 imma taf inti ma jkollokx bżonn, ma tmurx tfittex, ma kontx naf bin- numru. Kont qrajt fuqhom fuq il-gazzetta imma dak il-ħin ma bqajtx naħseb." Irrakkontat kif mal-ewwel darba li wiġbuha, sabet biss sapport, kuraġġ u għajnuna bla preġudizzju. Jackie Vassallo, li wieġbet it-telefonata ta' Abela, stednitha titkellem magħha wiċċ imb'wiċċ u laqatha ma' mara oħra li kienet marida bil-kanċer tas-sider. Li qaltilha dakinhar biddilha mhux biss il-ħsieb iżda ħajjitha wkoll. "Qaltli kont xortik tajba li qabdek kanċer. Għidtilha għax għandi l-kanċer xortija tajba? Qaltli stajt ħriġt fit-triq u tajritek karozza. Bqajt naħseb naqra u vera kellha raġun." Spjegat kif kienet marret tiltaqa' mal-grupp, introduċiet ruħha magħhom u iltaqgħet ma' nies li għinuha tħossha komda. Sabet nies li fehmuha u kull rabja li kellha, inkluż għar- radjologu li fil-verità ma kellu l-ebda tort, sfaxxat fix-xejn. "Tiżvoga. Taf li ħadd mhu se jiġġudikak. Taf li hemm kulħadd se jifhem. Tagħmel il- ħbieb u kulħadd jibda jgħid is- sitwazzjoni tiegħu." Apparti l-BCSG, Abela sabet sapport kontinwu mir- raġel tagħha u mill-ħames ulied tagħhom. Hija kienet ħadet id-deċiżjoni li tavża lit- tfal bil-marda tagħha mal- ewwel. Ir-raġunament tagħha kien illi kienet se tkun diffiċli meta jarawha għajjiena wara t-trattamenti "jew agħar bla xagħar." "Hawn aħna, lesta tiegħi. Ħa mmut!" Il-gazzetta nnotat li Abela kienet qed titkellem filwaqt li tfur bil-kuraġġ, ma setgħetx ma tistaqsix, "imma bżajt?" "Ifhem meta tisma' aħbar bħal din, mhux pjaċevoli, l-ewwel li jiġi f 'moħħok … hawn aħna lesta tiegħi. Ħa mmut. Hekk taħseb hux." Ammettiet li meta rat li wara l-kanċer hemm it-tama u l-ħajja għamlet kuraġġ għax ikkonfermat li t-trattamenti jaħdmu u f 'qalbha qalet "mela anke jien se jgħaddili." Imma iva, beżgħat. B'tifla ta' 11–il sena, neputija ċkejkna li kienet għadha kif tagħmilha nanna, beżgħat. Id-diżżapunt ħakimha ftit hekk kif irrealizat li mhux se tkun tista' tieħu ħsiebhom daqs kemm tixtieq minħabba li l-chemo dgħajfitilha s-sistema immunitarja. Ħasset ukoll in-nuqqas tal- Girl Guides, li kienet parti minhom. Il-professur kien avżaha li minħabba l-irjiħat u l-mard li t-tfal faċilment ixerrdu ma setgħetx tmur iktar. "Imbagħad rrġajt qbadt immur. It-tfal lanqas jagħtu kas, anke jekk kont nilbes il- parokka. Bqajt għaddejja." Damet tieħu t-trattamenti għal tliet xhur sħaħ. L-ewwel bdiet b'erba' sessjonjieti ta' kimoterapija kull tliet ġimgħat. Wara bdew ir-raġġi għal 20 ġurnata. F'Jannar ta' sena wara, spiċċa kollox. "Aċċetta ... Jekk ma taċċettax se jkollok aktar nervi, Kun af lil Gertrude Abela. Minn pazjenta bil-kanċer, għall-President tal-għaqda li tagħti leħen lill-pazjenti bil-kanċer tas-sider, Europa Donna. Pink October, l-edukazzjoni li tirbaħ lill-biża' u ħafna iktar …

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 October 2021