Illum previous editions

ILLUM 17 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1419851

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 17 TA' OTTUBRU 2021 waħda u qaltli le għax il-kanċer jittieħed' tensjoni u biża'." Imma, Gertrude Abela, x'tixtieq kienet tkun taf qabel ma bdiet it-trattament kontra l-kanċer? Mingħajr ebda ħin mitluf hi qalet li kienet tavża lilha nnifisha li se jaqalha xagħrha. Minkejja dan, wara li taħseb fil-proċedura tal-vażektomija li kellha tgħaddi minnha, fejn is-sider jinqata', hi qalet kieku tavża lill-oħrajn biex jieħdu ħsieb sidirhom minn qabel filwaqt li jaċċettaw is-sitwazzjoni. "Aċċetta, għax jekk ma taċċetax is- sitwazzjoni, se jkollok aktar nervi, tensjoni u biża'. Malli taċċetta tista' tibda taħdem u tagħmel kollox biex terġa' tkompli l-ħajja." Tennet għal-aktar minn darba biex in- nies ma jisimgħux minn "paroli żejjed." Spjegat li jekk pazjent għandu bżonn informazzjoni, l-aħjar jitkellem ma' tobba u professuri jew inkella ma' nies li jagħmlulhom kuraġġ b'informazzjoni fattwali. Mistoqsija xi skopriet dwarha innfisha waqt li kienet bil-kanċer jew wara, hija wieġbet li minn dejjem kienet persuna nervuża imma tgħallmet tara x'inhu vera prijorità. Fejn qabel kienet taqa' tazza u qisa waqgħet id-dinja, maż-żmien tgħallmet li dik mhux prijorità, tista' tixtri oħra jew tgħix mingħajrha. "U mhux tgħix qisu qatt mhu ġej għada, għax iva għandhek tħares b'ħeġġa għal dak li ġej imma tgħid lilek innifsek li għandu jiġri se jiġri." "Qaltli, jien meta narak fuq it-TV neqliblu għax inti fuq il-kanċer biss titkellem" Numru ta' pazjenti jingħaqdu ma' Europa Donna u jsiru membri li jispiċċaw jinfurmaw nies oħra bl- esperjenzi tagħhom. B'dan f 'moħħna, mhux kulħadd hu daqsekk kuraġġuż u hawn nies li jiġu maħkuma mill-biża'. Il-President ta' Europa Donna, irrakontat kif kienet tinżel mal-pazjenti f 'Mater Dei u darba kelmitha mara li qaltilha li meta taraha fuq it-televiżjoni, iddawarlu mal-ewwel biex żgur ma tismax. Irrakontant kif meta jkunu qegħdin iqassmu ż-żigarelli u l-kotba, jinnotaw nisa li jaqsmu n-naħa l-oħra tal-kamra jew jistaħbew wara żewġhom. "Darba konna qegħdin inqassmu ż-żigarelli roża, mort nagħti lil waħda mara, u qaltli le għax tittieħed. Għidtilha, sinjura tittieħed minn biċċa ċarruta?" Kompliet titkellem fuq kif dan kollu jippruvaw jiġġielduh b'aktar edukazzjoni fosthom permezz tat-tradizzjoni annwali tagħhom tal-'Hilda Schembri Memorial Lectures', laqgħat ta' tagħlim b'tema differenti kull sena. "Tagħrif hawn kemm trid imma hemm nies li ma jridux jisimgħu meta aħna qed nagħmlu dan kollu għalihom u għal familthom. Jgħidulek aħjar ma tkunx taf, imma jaħasra jekk jinqabad mill-bidu lanqas it-trattament ma jkun aggressiv." Temmet tgħid li għandna nkunu grati li hawn Malta għandna ċans nagħmlu mammograms, b'servizzi b'xejn għal nisa bejn il- 50 sena u d-69 sena filwaqt li jibqgħu jieħdu ħsiebek anke wara li tfieq. "Malta jibqgħu jieħdu ħsiebek barra ,eżempju l-Ingilterra, wara ħames snin jinsew bik." PINK OCTOBOER GIMMICK KBIRA Il-kanċer innifsu diġà jġib diffikultajiet kbar miegħu, imma l-gazzetta staqsiet lil Abela x'kienu d-diffikultajiet ġodda li ġab miegħu il- kanċer waqt il-pandemija. L-ikbar problema li semgħu biha, hi li se jinsab aktar kanċer fiż-żmien li ġej minħabba li n-nies qed jibżgħu jmorru għal viżti u check ups. "L-ewwel ftit xhur minn Marzu tas- sena l-oħra, il-viżti kienu naqsu. In- nies bdew jibżgħu mmorru l-isptar." Kompliet tispjega kif din il-biża' se twassal għal problema akbar. Jaf forsi ma jkun hemm xejn, iżda jekk ikun hemm u jgħaddu ġimgħat, xhur jew anke sena, it-trattament se jibda tard. Fuq kollox il-kanċer aktar kemm taqbdu malajr, aktar tagħmillu trattamenti malajr u iktar jitlaq malajr. L-istess raġunament wassal għal diskussjoni li seħħet fil-bidu tax- xahar fejn pazjenti tal-kanċer tas- sider f 'Malta qed ikollhom jistennew madwar tlett xhur biex jagħmlu l-operazzjoni. Fi tlett xhur kanċer jaf jiggrava mhux ftit. Id f 'id ma' Ottubru sar jasal ukoll baħar roża, żigarelli roża, pasti roża, ħwejjeġ roża u aktar affarijiet oħra … kollha roża. Vera li dan qiegħed isir bl- għan li tqum kuxjenza għal kanċer tas- sider u vera li dan jaħdem għax numru ta' nisa jmorru jagħmlu mammogram propju f 'Ottubru. Għaldaqstant, baħar roża sabiħ kemm trid pero' qed isir biżejjed? "Jien naħseb illi Pink October, gimmick kbira … teħodniex ħażin, mhux ħażin li ssir. Jekk toqgħod taħseb naqra, inti billi tagħmel xahar tibombardja lin-nies, xi ftit jew wisq ha jgħin imma aħjar tifrixha matul is- sena?" Dan ir-raġunament ta' Abela jagħmel sens sa ċertu punt, speċjalment għar- raġuni li semmiet qabel. Se tistenna sa Ottubru biex tagħmel mammogram? Europa Donna, l-għaqda li teduka u saħħaħ il-pazjent Minn meta saret President tal- għaqda, mill-2016, Gertrude Abela ħadmet biex titqajjem aktar kuxjenza. Europa Donna, kienet l-istess għaqda li fl-1999 li fetħet idejha u għinet lil Abela taħt l-isem ta' Breast Cancer Support Group. Fl-2004, ingħaqdu ma' Europa Donna, forum fl-Unjoni Ewropea li fost għanijiet oħra jinformaw pajjiżi bl-aħħar andamenti tat-trattamenti, linji gwida, etc. Fi żmien meta BCSG ingħaqad ma' Europa Donna, ma tantx kellha membri imma fil-preżent hemm madwar 47 stat membru. Is-sħubija tinkludi pazjenti, professjonisti tas-saħħa, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet relatati mal-kanċer tas-sider u nisa lesti li jidentifikaw ruħhom mal-ġlieda kontra l-kanċer tas-sider. Europa Donna f 'Malta l-istess bħala sħaba Ewropej tagħti leħen lin-nisa dwar kwistjonijiet tal-kanċer tas-sider. Gertrude Abela

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 October 2021