Illum previous editions

ILLUM 17 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1419851

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 17 TA' OTTUBRU 2021 Issa mhux se mmorru ħafna 'l bogħod. Se nitilgħu biss sal-belt ta' Katanja. Hija destinazzjoni popolari ħafna mal-Maltin, kemm għax-xiri jew għal xi btala ħafifa. Għad-dilettanti tal-festi, żgur li tfakkarhom fil-festa ta' Sant'Agata li tiġbed lejha l-miljuni, inkluż ħafna Maltin. Il-popolazzjoni ta' Katanja lanqas ma hi xi waħda kbira. Għandha popolazzjoni ta' 315,000 persuna iżda għandha wkoll is- sistema tagħha tal-metro. Fil-fatt, din is-sistema tkopri distanza ta' madwar disa' kilometri. Għandha 11-il stazzjon. Il-proġett beda fl-1986 u l-metro ġiet inawgurata fl-1999. Dakinhar infetħu sitt stazzjonijiet iżda fis-snin ta' wara, dan is- servizz kompla jkun estiż biex il-metro tasal f 'partijiet oħra tal-belt. L-aħħar stazzjonijiet infetħu fl-2016, jiġifieri 30 sena wara li beda l-proġett. L-aktar biljett bażiku jiswa €1 u jibqa' validu għal 90 minuta. L-inqas vjaġġ fuq din il-metro jieħu madwar 14-il minuta. Sal-2019, l-aħħar sena qabel il-pandemija, seba' miljun passiġġier għamlu użu minn din is-sistema ta' metro. Dan l-ammont qed jiżdied kull sena. Fil-fatt, fl-2018, 5.7 miljun passiġġier għamlu użu minn din il-metro. Il-ħinijiet li fihom topera huma differenti minn dawk li rajna sa issa. Din il-metro taħdem mit-Tnejn sas-Sibt mis-6:40am sad-9:00pm. Ma taħdimx fil-Ħdud u lanqas fil-festi. Kull ferrovija titlaq kull għaxar minuti sat-3:00pm u kull kwarta mit-3:00pm sad- 9:00pm. Bħal dik f 'Rennes, din il-metro ma għandhiex stazzjon biswit l-ajruport. Madanakollu taħdem ukoll id f 'id mas- servizz tat-trasport pubbliku, b'servizz shuttle mill-eqreb stazzjon għall-ajruport. Bħalissa għaddejin ukoll xogħlijiet hekk kif din is-sistema se tkun qed tiġi estiża. Apparti minn hekk, mal-linja preżenti, se jkunu qed jiżdiedu ħames stazzjonijiet oħra. Waħda mir-raġunijiet ewlenin għaliex inbniet din il-metro kienet il-fatt li t-traffiku f 'Katanja kien qed jiżdied sena wara l-oħra. Fl-1986, aktar mil-lum, it-toroq kienu inadegwati u s-servizz tat-trasport pubbliku ma kien tajjeb xejn. Kien dan li wassal għal żieda fit-traffiku. Madanakollu diversi studji qed juru kif it- traffiku qed jonqos sena wara l-oħra hekk kif aktar persuni qed jagħmlu użu mill- metro, anke għax din tinkludi stazzjonijiet viċin l-isptarijiet, l-Università u oħrajn. Minn Katanja issa se mmorru Brescia, din il-belt fir-reġjun Taljan tal-Lombardija, fuq nett tal-Italja. Hija famuża ħafna mat- turisti, bl-oriġini tagħha jmorru lura mijiet kbar ta' snin. Fil-fatt hija ċentru arkitettoniku, kulturali u storiku fl-Italja. Tinkludi ħafna monumenti u anke knejjes sbieħ u kienet iddikjarata Sit ta' Wirt Dinji mill-UNESCO. Il-popolazzjoni ta' din il-belt hija żgħira ħafna. Fil-fatt jgħixu fiha it inqas minn 200,000 persuna. Minkejja dan, anke din il-belt għandha sistema ta' metro li hija kollha kemm hi awtomatika. Din il-metro tkopri distanza ta' 13.7 kilometri u tinkludi 17-il stazzjon. Topera kuljum bejn il-5:00am sa nofsilejl u s-Sibt tagħmel siegħa żejda. Il-ħin ta' stennija fl-istazzjonijiet huwa ta' madwar 10 minuti, iżda jonqos għal erba' minuti fil-ħinijiet l-aktar bieżla, partikolarment meta ċ-ċittadini jkunu sejrin jew qed jirritornaw mix-xogħol. Minkejja li l-popolazzjoni ta' din il- belt mhijiex daqshekk kbira, il-belt hija mdaqqsa u t-traffiku fit-toroq tagħha mhuwiex ftit, anke għax minnha jgħaddi traffiku minn diversi rħula oħra madwarha. Il-ħtieġa ta' sistema ta' metro taħt l-art kienet ilha tinħass sa miż-żmien tmenin iżda l-proġett beda fis-sena 2000. Il-Metropolitana di Brescia, kif inhi magħrufa, bdiet topera 13-il sena wara, fl-2013. Skont l-aħħar ċifri ppubblikati fl-2019, jiġifieri fis-sena ta' qabel il-pandemija, medja ta' 51,262 persuna jużaw il-metro kuljum. Medja ta' 18.7 miljun passiġġier jużaw il-metro kull sena. Fil-fatt, skont studju li sar fl-2017, irriżulta li f 'erba' snin, jiġifieri minn meta bdiet topera, din is-sistema tal-metro naqqset it-traffiku fiċ-ċentru ta' Brescia b'aktar minn 10%. L-istess studju sab kif fl-istess erba' snin, l-għadd ta' passiġġieri li użaw il-metro żdied bi 28%. Jekk wieħed jieħu t-trasport pubbliku kollu kemm hu, inkluż anke l-karozzi tal-linja, il-passiġġieri żdiedu minn 41 miljun għal 53 miljun fis-sena. Dan għax wieħed juża s-sistema kollha, kemm il-metro u anke servizzi oħra li jaħdmu id f 'id magħha. L-aktar biljett bażiku huwa dak ta' €1.40. Vjaġġ komplut, mill-ewwel stazzjoni sal- aħħar wieħed jieħu madwar 30 minuta. Madanakollu, bejn stazzjoni u ieħor, il-ħin medju huwa dak ta' żewġ minuti. Hemm ukoll il-ħsieb li jinbnew żewġ linji oħra iżda dwar dan għalissa għadu ma sar xejn. Il-gazzetta ILLUM iżżur erbat ibliet Ewropej li minkejja li għandhom popolazzjoni iżgħar minn dik ta' Malta għandhom sistema ta' metro li taħdem u li qed tħalli l-frott YENDRICK CIOFFI "Mela aħna nifilħu għall-metro? Aħna żgħar wisq!" Dan huwa wieħed mill-argumenti li qed jagħmlu dawk li huma xi it jew wisq xettiċi dwar sistema ta' metro f 'Malta, li issa d-diskussjoni dwarha qabdet it tar-ritmu mhux ħażin. Imma dan l-argument jagħmel sens? Ftit jirraġunaw li llum il-ġurnata Malta saret kważi kważi belt waħda kbira u madwar l-Ewropa hemm bliet popolari li lanqas għandhom popolazzjoni kbira daqs ta' Malta u għandhom sistema ta' metro li taħdem u li kienet suċċess. F'dan l-artiklu, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tħares lejn erba' sistemi ta' metro li wieħed isib fi bliet Ewropej u li l-popolazzjoni tagħhom hija iżgħar minn dik ta' Malta. Minkejja dan, dawn is-sistemi ħadmu u f 'xi każi wkoll, issa qed jitwessgħu biex jinkludu aktar linji. Katanja: 30 sena biex il-metro waslet fejn hi llum u għadha qed tiġi estiża Brescia: Bis-saħħa tal-metro, f'erba' snin biss it-traffiku fit-toroq naqas b'10%

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 October 2021