Illum previous editions

ILLUM 17 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1419851

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' OTTUBRU 2021 • illum Popolazzjoni iżgħar u għandhom metro ... L-ILLUM iżżur erbat ibliet Ewropej Rennes hija belt antika fi Franza. Hija l-kapitali tar-reġjun tal-Brittanja, magħrufa għad-djar medjevali antiki u anke għall- Katidral imdaqqas. Il-popolazzjoni ta' din il-Belt hija ta' 220,000 persuna u wkoll għandha sistema ta' metro. Fil-fatt, din hija t-tieni l-iżgħar belt fid- dinja li għandha sistema ta' metro. Din is-sistema kienet inawgurata fl-2002 bix-xogħol fuqha beda ħames snin qabel, jiġifieri fl-1997. Hija sistema li taħdem kompletament b'mod awtomatiku. Il-metro f 'Rennes tinkludi linja waħda li tkopri distanza ta' it inqas minn 10 kilometri u għandha 15-il stazzjon. Kuljum, din il-metro, ġġorr madwar 140,000 passiġġier. Interessanti li din is-sistema taħdem id f 'id mas-sistema tat-trasport pubbliku. Pereżempju, din il-linja ma għandhiex konnessjoni diretta mal-ajruport, iżda persuna li tuża l-metro faċli tasal sal-ajruport billi taqbad il-karozzi tal-linja li joperaw eżatt skont l-iskeda tal-metro. Fil-fatt, b'biljett bażiku ta' €1.50, wieħed jista' jivjaġġa kemm bil-metro u mezzi oħra ta' trasport pubbliku għal siegħa. Jiġifieri bl- istess biljett wieħed jista' jaqbad il-metro u immedjatament wara jaqbad karozza tal-linja. Din is-sistema taħdem kuljum, għajr l-1 ta' Mejju. Fost il-ġimgħa tibda topera fil- 5:00am u fil-5:15pm is-Sibt. Il-Ħadd u fil-festi pubbliċi tibda topera fis-7:30am. Il-metro tibqa' taħdem bla waqfien sas-12:45am bejn it-Tnejn u l-Ħamis u sas-1:45am bejn il- Ġimgħa u s-Sibt. Meta jkun hemm xi festival kbir jew inkella xi attività kbira, il-metro tibqa' taħdem matul il-lejl kollu. Il-ferroviji jaslu f 'kull stazzjon kull żewġ jew erba' minuti fost il-ġimgħa iżda fil-ħinijiet li fihom ikun hemm l-aktar domanza, il-ħin tal-istennija saħansitra jinżel għal 90 sekonda. L-inqas vjaġġ idum madwar 16-il minuta. Preżentament qed tinbena wkoll linja ġdida li se tkun qed tkopri distanza ta' madwar 13.4 kilometri u li se tinkludi 15-il stazzjon ieħor. Minn żewġ stazzjonijiet, wieħed se jkun jista' jbiddel minn linja għall-oħra. Din il-linja l-ġdida qed tinbena mill- kumpanija Siemens wara li rebħet kuntratt ta' €178 miljun fl-2013. Hija responsabbli għas- sistema kollha kemm hi, inkluż l-immaniġjar tal-proġett, il-ferroviji u anke ċ-ċentru tal- kontroll. Il-linja kellha tkun inawgurata din is- sena iżda l-pandemija tefgħet il-proġett it xhur lura. Il-proġett kollu, li jinkludi wkoll l-iskavar, se jkun qed jiswa €1.3 biljun. Interessanti li skont rapport tal- International Tunnelling Association (ITA), fl-ewwel it snin biss minn meta bdiet topera, is-sistema tal-metro f 'Rennes naqqset il- kilometraġġ tal-karozza privata b'5.8 miljun kilometru fis-sena. Rapporti oħra, tal-ITA u anke tal- International Tunnelling and Underground Association (AITES) jispjegaw kif il-karozza privata tieħu bejn 30 u 90 darba aktar spazju minn sistema ta' metro taħt l-art. Lausanne hija belt fir-reġjun ta' Vaud fl-Iżvezja. Hija belt sabiħa ħafna u tinkludi għadd ta' attrazzjonijiet fosthom il-Kwartieti tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u anke l-Mużew Olimpliku. Iżda li jinteressa lilna mhumiex it-toroq medjevali jew il-Katidral Gotiku tagħha iżda s-sistema ta' metro li għandha. Fil-fatt, din hija l-iżgħar belt fid-dinja li għandha sistema ta' metro. Ta' min isemmi li din il-belt għandha popolazzjoni ta' inqas minn 140,000 persuna. Il- metro hija twila 14-il kilometru u tinkludi 28 stazzjon. Preżentament din is-sistema tinkludi tliet linji fosthom linja popolari ħafna mal- istudenti universitarji għax tgħaqqad l-Istitut Federali tat- Teknoloġija mal-Università ta' Lausanne. Madanakollu hemm ħsieb li tinbena t-tielet linja li tkun tgħaqqad ukoll maż-żewġ linji l-oħra. Interessanti li waħda mil- linji, jiġifieri l-M2, anke jekk hija l-aktar waħda riċenti għandha it ta' storja mhux ħażin għax hija mibnija fuq l-istess rotta ta' funikular li kien jgħaqqad il-Lag Ġeneva maċ-ċentru tal-Belt, mibni fuq għolja. Il-pjan huwa li din tkun lesta sal-2030. Jiġifieri anke barra minn Malta, linja waħda ta' metro tieħu ż-żmien biex tkun lesta. Il-ferroviji f 'din is-sistema jaħdmu b'mod awtomatiku, jiġifieri ma hemmx bżonn xufier ma' kull ferrovija. Il- biċċa l-kbira tagħha hija wkoll mibnija taħt l-art. Skont ċifri ppubblikati fl- 2013, din il-metro tintuża minn madwar 45 miljun persuna fis-sena, bejn ċittadini u turisti. Minn kull stazzjon, ferrovija titlaq kull tlieta jew sitt minuti u l-itwal vjaġġ jieħu madwar 16-il minuta. Lausanne: L-iżgħar belt fid-dinja b'sistema ta' metro. Linja oħra ppjanata sal-2030 Rennes: 140,000 passiġġier jaqbdu l-metro kuljum; Linja ġdida se tinfetaħ dalwaqt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 October 2021