Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1419851
09 illum • IL-ĦADD 17 TA' OTTUBRU 2021 aħbarijiet Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. Senior Manager (Aġenzija għall-Pagamenti) Dawk il-kandidati interessati huma mistiedna sabiex japplikaw għall-pożizzjoni ta' Senior Manager (Aġenzija għall-Pagamenti) mal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA), fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali (MAFA). Il-kandidati magħżula se jiġu mistiedna sabiex jingħaqdu mat-tim tas-senior management li huwa responsabbli għal diversi oqsma fi ħdan l-istruttura tal-Aġenzija, b'mod partikolari l-funzjonijiet ta' Awditjar Intern kif ukoll dawk ta' Spezzjoni u Kontroll tal- Aġenzija. Il-mandat tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), partikolarment il-kontroll u l-ħlas tal-Fondi rilevanti tal-UE, huwa deskritt fis-sit www.arpa.gov.mt. Din il-pożizzjoni toffri pakkett ta' rimunerazzjoni attrajenti. Jekk din l-opportunità tinstema xierqa għalik, ibgħat l-applikazzjoni tiegħek permezz tal- Online Recruitment Portal tal-Gvern https://recruitment.gov.mt sa mhux aktar tard mill-ħin u d-data ta' skadenza ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet 1715 CET nhar il-Ġimgħa 22 ta' Ottubru 2021. Se jiġu kkunsidrati biss dawk il-kandidati li huma eliġibbli taħt ir-rekwiżiti stipulati f'din is-sejħa. Għal aktar informazzjoni tista' ċċemplilna fuq 22924309/22924167 jew tibgħat email lil humanresources.mafa@gov.mt. t: +356 2292 6148 e: arpa.mafa@gov.mt w: www.arpa.gov.mt MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, L-IKEL U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali Triq Ħal Luqa, Ħal Qormi QRM 9075 – Malta Diskussjoni SLAPP: Libell meqjus bħala forma ta' SLAPP mill-Parlament Ewropew MARIANNA CALLEJA Issa li l-Parlament Ewropew qabad sew ir-ritmu, id- diskussjoni tal-iSLAPP konna qed nistennewha minn mument għall-ieħor. Fil-fatt id-diskussjoni saret il-Ħamis li għadda kważi kollha waqgħet fuq l-istigma wara dan il- fenomenu u l-fatt li mhux ħafna jafu il-vera tifsira warajh. Allura għaliex ma nibdewx minn hemm? X'inhi d-differenza bejn SLAPP u libell? Ħafna drabi, SLAPPs huma "moħbija" bħala kawżi ċivili ordinarji u fil-verità il-kunċett ta' libell hu meqjus bħala eżempju ta' SLAPP bħal huma wkoll l-intimidazzjoni u l-malafama. Għaldaqstant, il-kawżi SLAPP, Kawża Strateġika Kontra l-Parteċipazzjoni Pubblika, m'humiex sempliċiment libell jew każ fil-Qorti. SLAPP hi kawża mfassla bħal bizzilla biex tiċċensura u tintimida lill- ġurnalisti u anke attivisti. Dan kollu jsir minn persuni li l-għan tagħhom hu li jsikktu lill-kritiċi tagħhom. Times of Malta u l-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia fost il- każijiet investigati minn ECPMF F'diskors li seħħ mir-riċerkatur Paulina Milewska, ġie żvelat li dawn l-aħħar seba' snin il-każi ta' SLAPPs mhux biss żdiedu iżda wkoll ħraxu. Filwaqt li qalet li mhux sewwa li ġurnalist jaħli l-enerġija, il-ħin u l-flus jiddefendi ruħu minflok jiżvela l-verità, kompliet tispjega li f 'dawn l-aħħar snin qabdet sew it-tendenza ta' 'Forum Shopping.' Hija kienet qed tirreferi għall- prattika ta' persuna li trid tiaħ każ kontra individwu u tagħżel il-Qorti jew il-ġurisdizzjoni li għandha l-iktar regoli jew liġijiet favorevoli għall-pożizzjoni tagħhom. Din hi r-raġuni għaliex ħafna mill-każijjiet ta' SLAPPs qed jiġu miuħa f 'pajjiżi differenti minn fejn ġara l-każ oriġinarjament. Milewska li taħdem fiċ- Ċentru Ewropew għal-Libertà tal-Istampa u l-Midja (ECPMF) rrakontat kif iċ-ċentru bħalissa qiegħed jinvestiga aktar minn 100 każ inkluż tnejn f 'Malta. Wieħed tat-Times of Malta u ieħor tal- Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia. L-iktar pajjiż li għandu kazijiet attivi investigati minn din l-entità hu l-Polonja. "Ħsibt li dan hu l-prezz li ġurnalist irid iħallas biex jagħmel xogħlu" - Matthew Caruana Galizia Għad-diskors ġew mistiedna individwi li l-każ tagħhom qed jiġi investigat mill-ECPMF, fosthom Matthew Caruana Galizia, li tkellem għal Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia. Huwa ddeskriva tfulitu bħala iben ġurnalista li l-libelli kienu kważi parti mill-ħajja ta' kuljum tagħha. Qal li ta' ċkejken li kien, ħaseb li libell huwa l-prezz li jrid iħallas ġurnalist sabiex jkompli jagħmel xogħlu. Matul id-diskors kien diġà nnotat li hemm żieda fil-każijiet SLAPPs kontra individwi, ġurnalisti indipendenti, li ma jistgħux jiġu protetti minn edituri jew kumpaniji tal-aħbarijiet. Rigward dan Caruana Galizia kkumenta li f 'Malta ġurnalist diġà mhux imħallas pagi tajbin, allura t-toqol finanżjarju jaf ikun ikbar fuq individwi independi. B'gratitudni kbira hu rringrazzja lill-organizzazzjoni mhux governattivi, li "l-għajnuna tagħhom kienet kruċjali għall- familja Caruana Galizia." Daphne Caruana Galizia, kellha 'l fuq minn 40 libell miuħ kontriha qabel ma ġiet maqtula quddiem darha, fil-Bidnija, erba' snin ilu. Dak li ġara matul is-seduta tal- Ħamis Is-seduta li kienet immexxija mill-MEPs Spanjoli Juan Fernando López Aguilar mill- Grupp Soċjalisti Demokratiċi u Adrián Vázquez Lázara għall- Partit Renew Europe, seħħet qabel ma ġie approvat ir-rapport kontra l-SLAPPs. Rapport immexxi mill- MEP Maltija, Roberta Metsola mill-Grupp Kristjani Demokratiċi u l-MEP Soċjalist Tiemo Wölken. L-ewwel diskussjoni tal- kumitati konġunti -il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il- Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali - dwar ir- rapport il-ġdid kontra l-SLAPP saret fil-11 ta' Mejju. Il-Parlament kien talab b'mod konsistenti lill-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi u tapplika bosta politiki biex tissalvagwardja l-pluraliżmu tal-midja u l-ġurnalisti. Fil-25 ta' Novembru 2020, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni, li fiha l-MPEs ikkundannaw l-użu ta' SLAPPs biex ġurnalisti u attivisti jiġu msikkta jew intmidati. Fir- rapport, is-SLAPPs huma deskritti bħala prattika kontinwa użata biex tbeżża' lill-ġurnalisti jew attivisti u jwaqqfu investigazzjonijiet dwar korruzzjoni u kwistjonijiet oħra ta' interess pubbliku. F'kummenti min-naħa tagħha, Roberta Metsola, sostniet li l-appoġġ qawwi għar-rapport jibgħat messaġġ qawwi li l-Parlament se jissalvagwardja r-raba' pilastru tad-demokrazija. Hija appelat għal mekkaniżmi li jippermettu t-tkeċċija rapida ta' kawżi vessatorji filwaqt li jkun hemm Fond tal-UE u netwerks ta' informazzjoni biex jappoġġaw lill-vittmi. "Il-kwistjoni ewlenija hija l-bilanċ: Qed nimmiraw lil dawk li jabbużaw mis-sistemi legali tagħna biex isikktu jew jintimidaw, filwaqt li nipproteġu lil dawk maqbuda fin-nofs, li ħafna drabi m'għandhom imkien ieħor fejn iduru".