Illum previous editions

ILLUM 21 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1431467

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

IL-ĦADD 21 TA' NOVEMBRU 2021 • illum aħbarijiet 'Aħna nirrispettaw id-deċiżjoni tal-poplu Libjan iżda l-elezzjoni waħedha mhijiex se ssolvi l-problemi' Il-gazzetta ILLUM titkellem mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo hekk kif il-Libja qed tipprepara biex tivvota f'elezzjoni presidenzjali bit- tama li jintemm kunflitt li ilu għaddej għaxar snin YENDRICK CIOFFI Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Evarist Bartolo saħaq mal-gazzetta ILLUM li l-elezzjoni presidenzjali fil-Libja, mhijiex se ssolvi l-problemi waħedha u hemm bżonn li l-mexxejja u l-politiċi Libjani jpoġġu qabel kollox, l-interess tal-poplu Libjan. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Bartolo hekk kif il-Libja qed tipprepara għal Elezzjoni Presidenzjali li l-Ġnus Magħquda qed tittama li tgħaqqad il- Libja wara għaxar snin ta' gwerra ċivili, minn meta tneħħa m i l l - p o t e r M u a m m a r Gaddafi. Il-partiti politiċi u anke l-Ġnus Magħquda fallew milli jgħaqdu lill-pajjiż fl-aħħar snin, bil-Libja tispiċċa maqsuma bejn żewġ gvernijiet rivali, wieħed ibbażat fil-kapitali Tripli u li huwa rikonoxxut internazzjonalment u l-ieħor ibbażat fil-Lvant tal-pajjiż. Madanakollu, hekk kif għad ma hemm l-ebda ehim ċar fuq il-bażi legali tal-elezzjoni, b'mod partikolari miż-żewġ fazzjonijiet ewlenin, xejn għadu mhu ċert dwar l-elezzjoni. Jekk l-elezzjoni ssir, l-ewwel votazzjoni mistennija għall-24 ta' Diċembru. Mexxejja ta' pajjiżi kbar, fosthom Franza, il-Libja stess, il-Ġermanja, l-Italja u l-Eġittu u anke l-Viċi President tal-Istati Uniti, ltaqgħu f 'konferenza f 'Pariġi biex jiddiskutu din l-elezzjoni u saħansitra qablu li lesti jimponu sanzjonijiet kontra kull min jipprova jwaqqaf jew iħarbat il-proċess elettorali Libjan u anke t-tranżizzjoni politika. Iben Gaddafi fost il-kandidat Il-kobba kompliet titħabbel hekk kif iben Gaddafi, Saif al- Islam, irreġistra formalment bħala kandidat għal din l-elezzjoni presidenzjali. Din l-aħbar kienet waħda sorpriża hekk kif iben l-eks Dittatur kien ilu snin ma jidher fil- pubbliku. Fi żmien ir- r e v o l u z z j o n i Libjana, Saif al-Islam, li kien meqjus bħala l-eredi ta' missieru, kien inħataf minn militanti u nħeles biss madwar ħames snin wara. Madankollu, il-Qorti Kriminali Internazzjoni qed tfittxu għal reati kontra l-umanità. Fl-istess elezzjoni mistenni jikkontesta wkoll Khalifa Haar, figura prominenti fil-kunflitt Libjan. Haar kien il-kmandant tal-forza magħrufa bħala Armata Nazzjonali Libjana (LNA) u li fl-aħħar snin kienet f 'kunflitt kontinwu mal-fazzjonijiet fil- punent tal-pajjiż u l-Gvern rikonoxxut internazzjonalment. Saħansitra mexxa attakk ta' 14-il xahar bil-għan li jieħu Tripli f 'idejh. 'Hemm min għandu interess li l-Libja tibqa' mifruda' Mistoqsi dwar dan kollu u anke l-pożizzjoni ta' Malta fuq il- kandidatura ta' iben Muammar Gaddafi, il-Ministru Bartolo saħaq li Malta żgur mhux se tindaħal fil- ħajja interna tal-poplu Libjan. "Il-poplu Libjan jagħmel id- deċiżjonijiet li għandu jagħmel u jekk l-affarijiet isiru kif għandhom isiru, aħna nirrispettaw id- deċiżjoni," insista l-Ministru. Madanakollu saħaq li Malta dejjem għamlet il-punt, anke fil- laqgħat tagħha mal-mexxejja Libjani, li l-elezzjoni waħedha mhijiex se ssolvi l-kwistjoni li ilha għaddejja għaxar snin. "Jekk ma ssirx hemm ċans li l-problemi jiżdiedu imma aħna dejjem insostnu u nappellaw biex il- Libjani jingħaqdu. Aktar ma poplu jinfired, dawk li għandhom interess li l-Libja tibqa' ingovernabbli, aktar se jgawdu," saħaq il- Ministru. 'Il-Libja għandha ħafna ġid u mhux żejt biss' I n s i s t a li huwa fl- interess tal- mexxejja u tal- politiċi Libjani li jpoġġu l-interess ta' pajjiżhom qabel l-interessi personali tagħhom. Saħaq li kemm il-Prim Ministru, kemm hu u anke l-membri l-oħra tal-Kabinett, fil-messaġġi tagħhom dejjem jappellaw favur l-għaqda tal-poplu Libjan. "Huwa importanti li l-Libjani jieħdu f 'idhom it-tmexxija ta' pajjiżhom u l-ġid tal-Libja," saħaq il-Ministru. "Il-Libja mhijiex żejt biss. Il-Libja hemm ħafna ġid u minerali li llum id-dinja għandha bżonn. Nittamaw li dak il-ġid ma jdumx ma jibda jintuża għall-ġid tal-poplu Libjan kollu." 'Il-Libja għalina hija wkoll art ta' opportunità' L-ILLUM tkellmet ukoll mal- Ministru Bartolo dwar l-importanza li Malta dejjem tat lir-relazzjoni tagħha mal-Libja. Fl-aħħar xhur rajna diversi delegazzjonijiet mil- Libja jaslu Malta u viċi versa u saħansitra, f 'Settembru li għadda, saret żjara uffiċjali mill-Prim Ministru tal-Gvern għall-Għaqda Nazzjonali tal-Libja Abdulhamid Dbeibah. Staqsietu x'tista' tagħmel Malta biex il-Libja terġa' tqum fuq saqajha. I l - M i n i s t r u Bartolo insista li l-ewwel ħaġa li trid tagħmel Malta hija "d-difensiva," jiġifieri li jiġri x'jiġri fil-Libja, dan ma jweġġax lil Malta. Saħaq li huwa għalhekk li Malta taħdem ħafna mal-Libja biex ikun imrażżan l-influss ta' immigrazzjoni irregolari. "Mhijiex dik biss il-pożizzjoni tagħna għax aħna dejjem ninsistu li l-immigrazzjoni rregolari trid tindirizzaha mill-għeruq tagħha. Jekk jitilqu mill-Bangladexx, mis- Sudan, mill-Eritrea jew mil-Mali, rridu n a ħ d m u mal-Unjoni Ewropea u mal-Ġnus Magħquda biex dawn in-nies ikollhom ħajja aħjar f 'pajjiżhom stess," saħaq il-Ministru. Apparti d-difensiva, il-Ministru insista li għax Malta hija ċkejkna, jinteressaha aktar li tkun preżenti, titkellem u tibni relazzjoni tajba ma kemm jista' jkun pajjiżi, inkluż il-Libja. "Jekk ma jkollnix relazzjonijiet tajba, il-kummerċ minn fejn se jiġi? L-investiment minn fejn se jiġi u aħna fejn se ninvestu?", staqsa l-Ministru. Insista li jekk wieħed iħares lejn l-aħħar mitejn sena, kien hemm eluf ta' Maltin li bnew ħajjithom aħjar fil-Libja. "Aktar qrib, kellna ħafna investiment Malti fil-Libja u anke investiment Libjan f 'Malta," saħaq il-Ministru. "Il-Libja għalina hija wkoll art ta' opportunità." Kien għalhekk li saħaq li Malta jimpurtaha ħafna li anke fil- Libja jkun hemm l-istabbilità, għax fi kliemu, jekk se tbati l-Libja, se tbati wkoll Malta. "Huwa fl-interess tagħna li kemm jista' jkun ngħinu lil- Libja. Nagħmlu dak li nistgħu. Jekk nistgħu nagħmlu ftit, dak il-ftit nagħmluh u mhux naqtgħu qalbna għax aħna żgħar u naħsbu li ħaddieħor ma jimpurtahx minna," temm jinsisti. "Jekk ma nagħmlu xejn, taħdem kontra tagħna. Irridu nkunu attivi. Għalhekk importanti li nitkellmu ma' kulħadd." Il-Ministru Evarist Bartolo Saif-al Islam Saif-al Islam Khalifa Haftar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 November 2021