Illum previous editions

ILLUM 21 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1431467

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 31

24 opinjoni IL-ĦADD 21 TA' NOVEMBRU 2021 • illum Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Meħtieġa: politika dwar id-droga b'wiċċ uman I d-dibattitu ta' bħalissa fil-Parlament dwar riforma fil-qasam tad-droga messu ilu li sar. Il-manifest elettorali tal-partit tiegħi għall-elezzjoni ġenerali tal- 2017 kien l-unika wieħed li tkellem b'mod ċar dwar il- ħtieġa li nintroduċu politika dwar id-droga b'wiċċ uman. Il-politika dwar id-droga illum tikkastiga lill-vulnerabbli billi tikkriminalizza l-użu tad-droga. Id-dikriminalizzazzjoni tal-użu tad-droga għandha tkun parti minn viżjoni iktar wiesa', fit- tul, bl-iskop li tgħin u mhux li tikkastiga lil min hu vulnerabbli. Dan m'ghandux ikun limitat għall-kannabis, imma għandu japplika għal kull xorta ta' droga. Id-dokument konsultattiv ippubblikat f 'Marzu li għadda dwar it-tisħiħ tal-qafas legali għall-użu responsabbli tal- kannabis flimkien mad-dibattitu parlamentari li għaddej bħalissa huma pass sinifikanti l-quddiem. Għandna nifhmu, li, kif ippruvat tul is-snin, il- kriminalizzazzjoni tal-użu tad-droga ma solva xejn! Kien fl-2011 li l-Kummissjoni Globali dwar il-politika għad- droga, immexxija minn Kofi Anan, ex-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Maghquda, kienet iddikjarat li l-ġlieda globali kontra d-droga kienet falliet u dan b'konsegwenzi diżastrużi kemm individwalment kif ukoll għas-soċjetà. Ewlenija fost ir- rakkomandazzjonijiet tal- Kummissjoni globali hemm it-tmiem tal-kriminalizzazzjoni, tal-marġinalizzazzjoni u tal- istigmatizzazzjoni ta' dawk li jagħmlu użu personali mid- droga mingħajr ma jagħmlu l-ebda ħsara lill-ħaddieħor. In-numru ta' vittmi hu wieħed sostanzjali. Numru mhux żgħir ta' ħajjiet intilfu jew ġew irvinati ħtija ta' din il-gwerra kontra d-droga. Isem partikolari li jiġi quddiem għajnejja hu dak ta' Daniel Holmes li dabbar sentenza sostanzjali ta' ħabs f 'Malta għax kabbar il-pjanti tal-kannabis għall-użu tiegħu. Ma għamel ħsara lil ħadd, imma spiċċa jerfa' fuq spallejh sentenza twila ta' ħabs. Din hi l-agħar forma ta' inġustizzja kriminali. Il-proposti li preżentement hemm quddiem il-Parlament huma limitati għall-kannabis, avolja fost ir-responsabbiltajiet tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis hu emfasizzat li din l-Awtorità tkun tista' "tipparteċipa fil-proċess nazzjonali tal-ippjanar dwar il-politika soċjali u l-politika dwar il-mediċini perikolużi". Hu possibli li l-leġiżlatur għandu pjani oħra f 'moħħu għall-futur, imma dawn, s'issa għadhom mhux magħrufa. Il-proposta għad- dikriminalizzazzjoni tal-użu tal-kannabis tagħmel sens f 'kuntest ta' politika olistika dwar id-droga li ma tibqax tikkonsidra l-użu tad-droga f 'kuntest kriminali imma f 'kuntest soċjo-mediku. Dan jirrikjedi iktar ħsieb, analiżi kif ukoll studji dwar impatti kemm f 'Malta kif ukoll barra. Id-dikriminalizzazzjoni tal- użu tal-kannabis għandha tkun ikkunsidrata bħala parti minn politika dwar id-droga koerenti, b'wiċċ uman li tiddikriminalizza l-użu tad-drogi kollha. Min jagħmel użu okkażjonali tad-droga m'għandux ikun ikkunsidrat bħala kriminal. Il-vittmi u dawk dipendenti mid-droga għandhom bżonn l-għajnuna permezz ta' esperti mħarrġa inkluż l-għajnuna medika kemm u kif meħtieġ. Il-Portugall mexa f 'din it- triq u tul is-snin kellu suċċess konsiderevoli li bħala riżultat tiegħu naqas l-użu ta' kull tip ta' droga kif ukoll naqset l-inċidenza tal-HIV. Irridu nfasslu l-mixja tagħna biex nindirizzaw sewwa b'mod koerenti l-użu tad-droga f 'pajjiżna. Il-kriminalizzazzjoni tal-użu tad-droga għamlet ħsara ferm iżjed mid-droga innifisha. Ir-riżorsi tal-istat għandhom jintużaw biex intejbu l-ħajjiet tan-nies u mhux biex ikunu ikkastigati dawk li jeħtieġu l-għajnuna tagħna! Id-dikriminalizzazzjoni u r-regolamentazzjoni tal- kannabis għandha tkun l-ewwel pass f 'dan il-proċess. Daniel Holmes dabbar sentenza sostanzjali ta' ħabs f'Malta għax kabbar il-pjanti tal-kannabis għall-użu tiegħu. Ma għamel ħsara lil ħadd, imma spiċċa jerfa' fuq spallejh sentenza twila ta' ħabs. Din hi l-agħar forma ta' inġustizzja kriminali!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 November 2021