Illum previous editions

ILLUM 21 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1431467

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 intervista IL-ĦADD 21 TA' NOVEMBRU 2021 • illum 'Għax hemm żgħażagħ qed ma jfissirx li għandna ninnormalizzawha' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa l-Gvern ressaq quddiem il-Parlament l-Att li jirregola l-użu tal- kannabis - li fi ftit kliem se jfisser illi l-bejgħ tal-kannabis se jibda jsir minn ċentri u assoċjazzjonijiet organizzati u reġistrati, lil nies li jkunu reġistrati magħhom, b'limiti hekk kif stipulati fil-Liġi. Ftit qabel beda dan id-dibattitu l-Oppożizzjoni esprimiet ruħha kontra din il-Liġi wara xhur illi matulhom baqgħet jew silenzjuża jew saħansitra tagħti l-impressjoni li hija favur. Hekk kif, malli din il-liġi tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra għall-Ewwel qari, l-ILLUM intervistat lill-Ministru Owen Bonnici, issa kien imiss li tintervista lill-Kelliem tal-Opożizzjoni fuq is- suġġett Claudette Buttigieg. 'Trid tara l-Liġi kollha, mhux parti waħda' Il-gazzetta ILLUM bdiet billi fakkret illi l-Gvern - fil-qofol ta' din il-Liġi qed ineħħi l-bejgħ klandestin mit-toroq biex minflok inti tixtri l-kannabis mingħand Joe, Patrick jew Lorry, tmur tixtriha minn assoċjazzjonijiet rresġistrati fejn inti tkun irreġistrat. Allura din mhux xi ħaġa tajba? Buttigieg tibda billi tispjega illi meta wieħed qed jitkellem dwar liġi daqstant kumplessa ma tistax tħares lejn angolu wieħed biss imma b'mod ħafna aktar ħolistiku, inkluż il-mod kif din se taffetwa lis-soċjetà kollha. "Aħna smajna lill-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fis-settur li huma inkwetati li l-liġi mhijiex ibbażata fuq l-evidenza li ġġib wara li tagħmel studji serji," sostniet. Hi kompliet tispjega mal-ILLUM kif skont il-Ministru Bonnici stess, meta tqabbel is-sitwazzjoni f 'Malta ma' pajjiżi oħrajn u allura meta tara Malta x'toffri bħala informazzjoni tgħidlek li ma hemmx informazzjoni fuq dan is-suġġett. Buttigieg staqsiet kif jista' jkun li titressaq liġi bħal din mingħajr ma jkollok il-ħjiel tal-konsegwenzi b'mod mill-aktar wiesa. "Jista' jkun ikollok parti żgħira li tagħmel sens, imma inti mhux id- dettall wieħed ta' liġi bħal din trid tara, imma trid taraha b'mod sħiħ," sostniet Claudette Buttigieg. 'Ma stajniex nirranġaw il-Liġi tal- 2015?' Hi kompliet tispjega li fl-2015 l-Oppożizzjoni kienet ivvutat favur liġi li tiddikriminalizza l-kannabis u allura jekk tinqabad b'pussess sempliċi ta' kannabis jew drogi oħrajn għall-użu personali inti ma għandekx għalfejn tinbagħat il-ħabs. "Jiena fil-fatt staqsejt fil-Parlament dwar din il-Liġi u r-risposta kienet li ma hemm ħadd il-Ħabs minħabba pussess sempliċi u ħadd ma tressaq il-Qorti fuq din l-akkuża, allura l-Liġi tal-2015 qed taħdem," qalet Buttigieg. Hi kompliet tistaqsi: "Ma stajniex nirranġaw il-Liġi tal-2015 allura minflok din il-Liġi?" 'Il-feedback kien aktar kontra din il- Liġi, milli favur' Il-Kelliema tal-PN qalet ma' din il-gazzetta li l-Gvern qal li għandu 350 sottomissjoni imma li dawn ma ppubblikahomx. "Milli jirriżulta lili mil- laqgħat li kellna ma jidhirx li l-feedback kien favur, imma pjuttost aktar il-kontra." Sostniet li l-Gvern ma qabadx il- punti fejn "stajna naslu u naqblu" u ddiskutiehom, imma - skont Buttigieg - poġġa kollox f 'ħaġa waħda u qal li din hija l-Liġi. Buttigieg sostniet li l-aktar ħaġa importanti jibqgħu t-tfal, għaliex tfakkar li t-tfal huma l-aktar vulnerabbli fis- soċjetà. Hija tagħmel referenza għat- tkabbir tal-pjanti tal-kannabis id-dar u tistaqsi: "Imma kif se nipproteġu lit-tfal? Kif se nkunu ċerti li dak li hemm fuq il- karta jkun realtà? Fil-fatt il-Liġi qed tgħid li persuna tista' tkabbar pjanti tal-kannabis id-dar - b'limitu - sakemm dawn ma jkunux fuq barra u jkunu 'l bogħod mit-tfal. Il- binjiet fejn ikun hemm l-assoċjazzjonijiet iridu jkunu 250 metru 'l bogħod minn kwalunkwe binja fejn ikun hemm tfal, bħal skola. 'L-imsieħba soċjali għandhom inkwiet kbir' Buttigieg qalet ukoll li l-imsieħba soċjali "għandhom inwkiet kbir." Hija qalet illi min imexxi post tax-xogħol ma jafx jekk għandux jkollu tolleranza żero kontra kontra l-kannabis u x'għandu jagħmel f 'każ ta' persuna li tkun taħt l-effett u jekk jibgħatu d-dar lill-ħaddiem jiħux iż-żmien mil-leave tal-persuna. Iżda din il-gazzetta tfakkar li dawn materji li diġà huma realtà bix-xorb, per eżempju. Inti jekk waqt ix-xogħol tmur tieħu grokk wieħed forsi mhux problema imma jekk tidħol ix-xogħol fis-sakra, l-imgħallem se jibgħatek id-dar. Allura din mhux l-istess ħaġa? Buttigieg tgħid li l-alkoħol hemm mod kif jitkejjel, imma t-THC (kimika li tinsab fil-kannabis) le. "Tista' tkun periklu għalik jekk issuq, imma tista' ma tkunx daqstant jekk tkun f 'uffiċċju. Hemm realtajiet differenti," qalet Buttigieg. Tinnormalizza meta lanqas tista' tixtri jew tpejjep barra? Il-Partit Nazzjonalista qed jakkuża lill- Gvern li b'din il-liġi qed "jinnormalizza" l-kannabis. Minkejja dan, riklamar ma jistax isir, l-assoċjazzjonijiet ma jistgħux jirriklamaw lanqas fuq il-binja fejn qegħdin u tipjip fil-pubbliku ma jistax isir. Bejgħ tal-kannabis mhux se jsir lanqas. Meta allura l-Oppożizzjoni tgħid "l-innormalizzar tal-kannabis" donnha qed tagħti l-impressjoni li Malta ser issir bħal Amsterdam, meta dan mhux il-każ. Ma tħossx li l-PN qed jipprova jiżgwida meta juża din il-kelma? Buttigieg qalet illi l-affarijiet li qed tgħid l-Oppożizzjoni, mhux qed tgħidhom minn żnieda imma wara li tkellmet mal- OASI u l-CARITAS u tisħaq li huma stess qed jgħidu li din il-liġi tinnormalizza, per eżempju bl-użu ta' pjanti fid-djar. "Kif se tassigura li t-tfal mhux se jitilgħu f 'kultura ta' kannabis?" staqsiet Buttigieg. Kompliet tgħid li l-moħħ jiżviluppa sa meta persuna jkollha 25 sena u allura dawk 'il fuq minn 18-il sena tgħid li se Wara li l-Kap tal-PN akkuża lill-Gvern li "kkopjah" fuq il-Liġi dwar il-Kannabis, issa l-PN ħareġ kontra din l-istess Liġi. Imma għaliex kontra? Għaliex issa jħoss li din il-Liġi hija ħażina? L-ILLUM tistaqsi lil Claudette Buttigieg... Claudette Buttigieg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 November 2021