Illum previous editions

ILLUM 13 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1450611

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' FRAR 2022 • illum 'Inħobbok u nirrispettak sakemm il-mewt tifridna' … u wara l-mewt? ANTHEA CACHIA "L-emozzjonijiet tad-dwejjaq meta nitilfu lil xi ħadd irridu nesperjenzawha u mhux nitfawha taħt it-tapit". Hekk qalet it-terapista psikosesswali tar-relazzjonijiet u counsellor Anna Catania. Dan wara li l-gazzetta ILLUM staqsiet dwar id-dinamika ta' relazzjonijiet ġodda wara li persuna titlef lir- raġel jew lil mara. L-ILLUM staqsiet dwar il- perspettiva tal-ulied wara l-mewt ta' ġenitur, l-importanza tal-kommunikazzjoni waqt ir- relazzjonijiet u jekk hux minnu l-frażi li ż-żmien inessi. "Meta titlef lil xi ħadd importanti f 'ħajtek, kemm jekk ir-relazzjoni tkun b'saħħitha b'ħafna imħabba kif ukoll jekk ir- relazzjoni tkun abbużiva u diffiċli, hemm proċess li trid tgħaddi minnu," qalet Catania. Catania kompliet tispjega li wara t-telfa persuna tgħaddi minn stadji differenti. Dawn huma r-rabja, niket, dipressjoni, bargaining jiġifieri li persuna tibda' tinsisti li għad hemm tama jew timmaġina xenarji daqslikieku l-persuna għadha ħajja, u finalment li wieħed jaċċetta li l-persuna tkun mietet. Intant tgħid li huwa importanti li dawn l-emozzjonijiet jiġu indirizzati għax l-unika mod ta' kif negħlbu t-telfa huwa li nesperjenzaw in-niket. "Jekk jirnexxielhom jgħaddu mill-process ta' fejqan ikun hemm possibbilità ta' esperjenzi ġodda ma' individwi li jistgħu jiżviluppaw relazzjonijiet intimi magħhom. Però l-persuna li tilfet lil xi ħadd, trid tagħmel ħ a f n a x o g ħ o l i n t e r n s a k e m m din tasal f 'dan il- punt," qalet Catania. Hija saħqet li dawn l-istadji ta' emozzjonijiet mhux neċessarjament li se jseħħu b'mod kronoloġiku, jiġifieri li jesperjenzaw waħda wara l-oħra. Tant hu hekk li hija tgħid li persuna jaf taqbeż minn dipressjoni għal rabja. Huwa veru li ż-żmien inessi? Il-counsellor tgħid li ħafna nies jistqarru magħha u professjonisti oħra li l-esperjenza tagħhom meta jitilfu lil xi ħadd li jħobbu, "aktar milli jinsew għax jgħaddi ż-żmien, jerġgħu jibdew jipparteċipaw fil- ħajja." Hija tisħaq li aktar kemm jgħaddi ż-żmien aktar persuna tibda tissoċjalizza, tmur ix- xogħol, taljena ruħha mat-tfal u aktar. Minn naħa l-oħra hija tispjega li f 'każi li jkun hemm abbuż bejn il-koppji, dak li jkun wara l-mewt jistrieħ. Catania żiedet li riċerka, lokali u internazzjonali, tindika li meta jkun hemm p r o b l e m i serji fir- relazzjoni u sseħħ telfa, il- p e r s u n a t i s t r i e ħ iżda xorta waħda jkun hemm in- niket. 'Li tidħol u tinvesti f 'relazzjoni ġdida jiddependi mill-istat tal-persuna' Mistoqsija minn din il-gazzetta jekk il-persuna li tilfet il-maħbub tħosshiex li mhijiex tkun leali hija tgħid li dan jiddependi f 'liema stadju l-persuna tkun fil-proċess ta' fejqan, kemm tkun ħadmet fuqha, u kemm tkun aċċettat il- mewt. Minn naħa l-oħra hija tirreferi għal complicated grief, jiġifieri meta persuna ma taċċetta qatt il- mewt tar-raġel jew mara tagħha. "Dan jista' jkun li jiġri meta jkollok mara li tibqa' tibki l-mewt tar-raġel sakemm tiġi nieqsa hi. Ħafna drabi nsibu każi ta' koppji avvanzati fl-età li tant ikun hemm sens ta' dipendenza li wara l-mewt ikunu assolutament mitlufa. Allura kemm aħna nkunu miuħa għall-relazzjonijiet oħra, meta nitilfu lil xi ħadd li nħobbu, jiddependi fejn inkunu wasalna fil-fejqan emottiv. Dik tagħmel differenza kbira," qalet il- counsellor. 'Int prodott ukoll tar- relazzjoni li kellek fil-passat' Catania tgħid li la darba persuna tidħol f 'relazzjoni ġdida, ma jfissirx li l-ħajja li kellek mas-sieħeb jew sieħba tiegħek fil-passat se tintesa kompletament. "Hu importanti li tikkomunika mas-sieħeb jew sieħba l-ġdida u li dawn jifhmu s-sitwazzjoni. Importanti li tkunu trasparenti ma' xulxin f 'dawn is-sitwazzjonijiet għax mhix faċli. Jekk wieħed kellu relazzjoni tajba u tilef lil martu u llum qiegħed ma' mara oħra ma jfissirx li tarmiha fiż-żibel lill-ewwel relazzjoni. Is-sabiħ tar-relazzjoni hemm baqa' u l-imħabba kienet hemm u hi reali. Int wkoll prodott tar- relazzjoni li kellek fil-passat, imma tajjeb li l-persuna li magħha qed tagħmel relazzjoni ġdida ma tħosshiex sostitut ta' xi ħadd," żiedet Catania. X'inhi l-perspettiva tal-ulied? Jaħsbu li s-sieħeb il-ġdid se jieħu post il-ġenitur? Hija tgħid li fejn jidħlu l-ulied hemm ħafna fatturi, fost dawn hemm l-età, kemm ilhom li tilfu l-ġenitur u r-relazzjoni li għandhom mas-sieħeb tal- ġenitur. "Jekk se tara l-ommok ferħana ma' persuna oħra u tara kemm jirrispettaha, l-wild għandu mnejn jgħid; 'Din m'għandhiex ħajja wkoll?' 'M'għandhiex dritt li jkollha ħajja ma' ħaddieħor?' Dan jiddependi wkoll kif il- persuna tmur mal-ulied jekk tagħtihomx l-ispazju tagħhom u kif jikkomunikaw magħhom," spjegat hija. Intant hija enfasizzat li minflok wieħed jirrabja u jgħid, 'din il-persuna se tieħu post missieri', għandu jkun hemm diskussjoni fuq l-emozzjonijiet ta' kulħadd. Fl-istess waqt hija tgħid li minn naħa tal-ġenituri, importanti li joqgħodu attenti x'sieħeb jew sieħba jġibu d-dar, speċjalment jekk l-ulied jgħixu taħt l-istess saqaf. "Kemm hu importanti li nagħmlu dan is-sens ta' komunikazzjoni, li l-opinjoni ta' kulħadd tkun tgħodd fil- familja," temmet tgħid Catania. Anna Catania 'L-unika mod ta' kif negħlbu t-telfa huwa li nesperjenzaw in- niket' … Titkellem mal-gazzetta ILLUM t-terapista u counsellor Anna Catania dwar il- proċess ta' kif ir-romol jerġgħu isibu saqajhom fil-kamp tal-imħabba hekk kif għada t-Tnejn infakkru Jum San Valentinu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 February 2022