Illum previous editions

ILLUM 13 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1450611

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru Iż-żodjaku ta' Libra għal San Valentinu ser ikun il-mument ta' ndikazzjoni ta' kif għandek tibni aktar lilek innifsek u tkun aktar viċin lejn ir-relazzjoni tiegħek u tgħaraf l-importanza tagħha fil-ħajja ta' madwarek. Għalhekk San Valentinu ser jagħmlek tgħaraf aktar l-għaqda profonda ta' mħabbtek. Iż-żodjaku li joffrilek dik l-imahhba miextiqa huwa dak ta Aquarius. Punteġġ ta' mħabbtek huwa dak ta' 6 min 9. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru Iż-żodjaku ta' Scorpio għal San Valentinu ser ikun dak il-mument ta' motivazzjoni fl- imħabba ta' madwarek fejn ser joffrilek l-ispazju sabiex terġa tkabbar dak li tixtieq. Għalhekk San Valentinu ser joffrilek din l-opportunita' li terġa' tqabbad dik il-amma u turi l-kapaċita li mħabbtek taf toffri.Iż-żodjaku li joffrilek dik l-imħabba mixtieqa huwa dak ta' Aries. Punteġġ ta' mħabbtek huwa dak ta' 7 minn 9. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Iż-żodjaku ta' Sagittarius għal San Valentinu ser ikun dak il- mument fejn ser ipoġġik fi ħsieb profond sabiex tqawwi aktar lilek innifsek għal dak li int illum qiegħed tesperjenza sabiex żgur ma terġax tirrepeti l-passat. Għalhekk f 'San Valentinu ser titkattar u tissaħħaħ aktar minn qatt qabel. Iż-żodjaku li joffrilek dik l-imħabba mixtieqa huwa dak ta' Gemini. Punteġġ ta' mħabbtek huwa dak ta' 7 minn 9. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Iż-żodjaku ta' Capricorn għal San Valentinu ser ikun ta' taqbida bejn dak li sarra fl- imħabba fil- passat għal dak li għandek illum bid- differenza li issa l-pożizzjoni tiegħek hi aktar stabbli minn qatt qabel. Għalhekk San Valentinu ser ikun dak il-mument opportun li l-amma ta' mħabbtek ma tmut qatt.Iż-żodjaku li joffrilek dik l-imħabba mixtieqa huwa dak ta' Libra. Punteġġ ta' mħabbtek huwa dak ta' 7 minn 9. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat- 18 ta' Frar Iż-żodjaku ta' Aquarius għal San Valentinu ser ikun mument u l-waqt opportun sabiex tinduna kemm l-imħabba ta' madwarna mhiex garantita għal dejjem. Għalhekk San Valentinu ser jerġa' jagħtik dak iċ-ċans li int tkun kapaċi twettaq aktar għarfien profond ta' għemilek lejn dik l-imħabba profonda. Iż-żodjaku li joffrilek dik l-imħabba mixtieqa huwa dak ta' Scorpio. Punteġġ ta' mħabbtek huwa dak ta' 6 minn 9. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodjaku ta' Pisces għal San Valentinu ser ikun mument ta' riflessjoni dwar fejn eżattament int trid tasal fir-relazzjoni tiegħek u dan minn diversi aspetti li int qiegħed tesperjenza. Pero' l-aktar aspett importanti huwa sa fejn int se tiaħ lilek innifsek. Għalhekk San Valentinu ser jagħtik spazju sabiex tgħaraf issib l-aħjar triq. Iż-żodjaku li joffrilek dik l-imħabba mixtieqa huwa dak ta' Sagittarius. Punteġġ ta' mħabbtek huwa dak ta' 6 minn 9. Namaste 26 oroskopju IL-ĦADD 13 TA' FRAR 2022 • illum L-OROSKOPJU F'SAN VALENTINU L-Oroskopju mill-Ħadd 13 ta' Frar sas-Sibt 19 ta' Frar Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Iż-żodjaku ta' Aries għal San Valentinu ser ikun il-mument opportun sabiex trattab lilek innifsek fl-imġieba lejn ir-relazzjoni tiegħek. Issa l-waqt għalik sabiex tgħaraf tkun aktar sensittiv u għalhekk San Valentinu ser jagħtik iċ-ċans biex twassal imħabbtek aktar lejn dak li int verament tixtieq. Iż-żodjaku li joffrilek dik l-imħabba mixtieqa huwa dak ta' Leo. Punteġġ ta' mħabbtek huwa dak ta' 6 minn 9. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Iż-żodjaku ta' Aries għal San Valentinu ser ikun il-mument opportun sabiex trattab lilek innifsek fl-imġieba lejn ir-relazzjoni tiegħek. Issa l-waqt għalik sabiex tgħaraf tkun aktar sensittiv u għalhekk San Valentinu ser jagħtik iċ-ċans biex twassal imħabbtek aktar lejn dak li int verament tixtieq. Iż-żodjaku li joffrilek dik l-imħabba mixtieqa huwa dak ta' Leo. Punteġġ ta' mħabbtek huwa dak ta' 6 minn 9. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Iż-żodjaku ta' Gemini għal San Valentinu ser ikun mument ta' riflessjoni profonda bejn il- passat u l-preżent. L-imħabba, li għal Gemini hi suġġett it diffiċili sabiex tkun fl-aġenda tagħhom ta' kuljum iżda f 'San Valentinu ser jagħtik iċ-ċans tagħmel evalwazzjoni profonda ta' mħabbtek. Iż-żodjaku li joffrilek dik l-imħabba mixtieqa huwa dak ta' Cancer. Punteġġ ta' mħabbtek huwa dak ta' 7 minn 9. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żodjaku ta' Cancer għal San Valentinu ser ikun il-mument ta' kuraġġ f 'dak li int minn issa verament tixtieq twettaq għar-relazzjoni tiegħek. Għalkemm dan jista' jkun mument xi it ikkumplikat San Valentinu ser jagħtik iċ-ċans li jimlik b'aktar kuraġġ u ispirazzjoni sabiex ix-xewaqt tiegħek isiru realta'. Iż-żodjaku li joffrilek dik l-imħabba mixtieqa huwa dak ta' Pisces. Punteġġ ta' mħabbtek huwa dak ta' 8 minn 9. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodjaku ta' Leo għal San Valentinu ser ikun mument ta' opportunita' ta' tkabbir u stabbilta' aktar fir-relazzjoni li int għandek. Dan ser ipoġġik f 'aktar għaqda minn dak li kellek. Għalhekk San Valentinu ser jagħtik iċ-ċans li int tkun f 'pożizzjoni ta' aktar stabbilita' minn dik li qatt bsart. Iż-żodjaku li joffrilek dik l-imħabba mixtieqa huwa dak ta' Capricorn. Punteġġ ta' mħabbtek huwa dak ta' 6 minn 9. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. Iż-żodjaku ta' Virgo għal San Valentinu ser ikun żmien ta' ndikazzjoni ta' kif għandek taddatta lilek innifsek aħjar fir-relazzjoni tiegħek. Int trid tibda' tgħaraf aktar kemm hi mportanti l-imħabba u għalhekk San Valentinu ser joffrilek li tgħaraf kemm int tista' titkattar aktar u l-valur ta' l-imħabba. Iż-żodjaku li joffrilek dik l-imħabba mixtieqa huwa dak ta' Taurus. Punteġġ ta' mħabbtek huwa dak ta' 7 minn 9. Namaste IL-QMURA TAŻ-ŻODJKAU TA' AQUARIUS Resqin lejn l-aħħar ta' dan il-kalendarju żodjaku bl-aħħar żewg żodjaki dawk ta' Aquarius u Pisces sabiex b'hekk ikun qiegħed ngħalaq il-kalendarju żodjaku 2021-22. F'dan l-artiklu ser inkun qiegħed inwassal il-qmura fiż-żodjaku ta' Aquarius fejn ser nesperjenzaw żewġ qmura oħra ferm interessanti fuq diversi aspetti. L-ewwel qamar li pprovdilna dan iż-żodjaku ta' Aquarius kien in- new moon li għadna kemm esperjenzajna nhar it-Tlieta 1 ta' Frar fejn wasslilna diversi aspetti pożittivi bħal għarfien aktar organizzativ fejn bla ma rridu nħossuna norganizzaw aħjar l-iskeda tagħna, d-dar tagħna jew kif inħejju aħjar lilna nfusna. L-Erbgħa 16 ta' Frar ser inkunu qegħdin nesperjenzaw il-qamar kwinta fejn dan ser ikun qiegħed joffrilna li nagħrfu nkunu aktar iffokati biss lejn dawk il-miri li nistgħu verament inwettqu. Xi kultant ikun hemm ħafna miri li nkunu nixtiequ imma finalment ikunu ftit li nkunu verament wettaqna. Dan il-qamar ser ikun qiegħed jipprovdielna bilanċ bejn il-ħidma li nwettqu mal-bilanċ ma' dawk viċin tagħna bħal familja, l-maħbubin u aktar. Irridu nkunu ferm attenti minn dan l-aspett għax jekk dan il-bilanċ ikun żbilanċjat żgur ser ikun hemm konsegwenzi. Għalhekk tajjeb li f 'dan il-qamar kwinta bl'għajnuna tal-benefiċċji li jipprovdulna nagħrfu naħtfu din l-okkażjoni sabiex b'hekk inkunu nistgħu naslu aktar lejn il-miri tagħna. Benefiċċju ieħor minn dan il-qamar kwinta hu l-attenzjoni li hemm bżonn nagħtu aktar lil xulxin. Jekk tkun trid aktar informazzjoni pesonali tista' wkoll tiktibli ittra postali fl-indirizz: PaulJon, '' ILLUM '' Po Box 27 Paola, fejn jien inkun nista' nkompli nigwidak f 'dak kollu li tkun tixtieq tkun taf. Namaste L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 February 2022