Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1450611
25 aħbarijiet illum • Il-ĦADD 13 TA' FRAR 2022 l-Infrastruttura Ħadra f'Malta? igawdu l-benefiċċji tas-saħħa billi, pereżempju jimxu minflok ma jiv- vjaġġaw kullimkien bil-karozza. Madankollu, GI effettiva titlob bidla fil-mentalità tan-nies, ap- parti t-tfassil tal-proġett. "Bħala nazzjon, huwa vitali li nifhmu l-importanza li kull wieħed u waħda minnha nikkontribwixxu lejn dawn il-passaġġi ħodor. Jekk ninstallaw soqfa jew ħitan ħodor, nieħdu ħsieb ġnien privat jew saħansitra nżidu pjanti tal-qsari f 'gallarija, nistgħu kollettivament nippreservaw l-abitat naturali lokali u l-bijodiversità tagħna, fil- waqt li ngawdu insulazzjoni aħjar ġewwa d-dar matul is-sena kollha u nsaħħu l-benesseri tal-komu- nità kollha. Bl-istess mod, jekk aktar djar, ċentri tan-negozju u bini pubbliku jinkorporaw aktar ħdura, il-lokalità kollha ssir aktar attraenti kemm għar-residenti kif ukoll għall-viżitaturi, u tis- ta' saħansitra tgħolli l-prezzijiet tal-proprjetà." Elementi speċifiċi tal-GI diġà jaffetwaw il-policies nazzjonali u dokumenti strateġiċi permezz tal-integrazzjoni tal-fehmiet tal-popolazzjoni u ta' partijiet interessati oħra. Dawn jinkludu il-Policy Nazzjonali tal-Ambjent (NEP), l-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali tal-Bijodiver- sità (NBSAP) ta' Malta u l-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u Żvi- lupp (SPED). Madankollu, is-Sin- jura Borg tispjega li l-GI teħtieġ aktar żvilupp biex tinżera' ż-żer- riegħa ta' futur aktar ekoloġiku f 'Malta. "Biex inżidu l-użu tal-GI f 'Malta neħtieġu proġetti madwar il-gżira li jinkorporawha b'mod attiv fid- disinn tagħhom, mhux biss biex iżidu l-ħdura, iżda bħala għażla alternattiva li tappoġġja l-operat ta' proġett billi żżid l-effiċjenza tal- enerġija, l-immaniġġjar tal-ilma u anke iżżid l-valur tal-amenità tal-lokal. Il-pandemija tatna lkoll apprezzament akbar għall-spazji ħodor, għalhekk issa huwa ż-żmien ideali biex inressqu n-natura eqreb lejn id-dar, b'kwalunkwe mod li nistgħu. Irridu nisfidaw kultura li sempliċiment tagħraf il-valur tal-art għall-potenzjal ta' żvilupp tagħha u naħdmu flimkien lejn spazji urbani aktar ħodor, fejn kemm il-bnedmin kif ukoll in-natura jistgħu jirnexxu b'kollaborazzjoni għal ħafna snin li ġejjin," temmet tgħid is-Sinjura Borg. Għal aktar informazz- joni dwar l-Infrastruttu- ra Ħadra u biex tiskopri kif tista' tħaddar l-ispazju tiegħek żur: https://era.org. m t / i n v e s t i n g - i n - t h e - m u l - ti-functionality-of-green-in- frastructure-gi- an-informa- tion-document- to-support- gi-thinking-in-malta/.