Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1450611
24 22 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' FRAR 2022 • illum Going Green: X'inhi l-Infrastruttura L-Infrastruttura Ħadra f'Malta hija vitali biex jinħolqu passaġġi naturali fiż-żoni urbani tal-pajjiż. Michelle Borg mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) ta' Malta tispjega kif – u għaliex – jinħolqu dawn il-pulmuni ħodor. Id-dinja qegħda dejjem issir aktar konxja mill-impatt tat- tibdil fil-klima. B'hekk ż-żieda tal-ħdura fiż-żoni urbani malajr saret essenzjali sabiex intaffu l-effetti negattivi tat- tibdil fil-klima. Għalkemm meħtieġa, iż-żo- ni naturali iżolati ma humiex biżżejjed biex itaffu t-tniġġis urban, jirregolaw it-tempera- turi jew isostnu l-bijodiversi- tà unika ta' Malta. Tabilħaqq, sistema ċara ta' Infrastruttura Ekoloġika (GI) issa hija kruċ- jali biex tgħaqqad dawn iż-żo- ni naturali flimkien, u tnaqqas id-distakk bejn id-dinja tal- bniedem u dik ekoloġika. "L-infrastruttura ħadra hija netwerk iddisinjata biex tgħaqqad spazji semi-natura- li u maħluqa apposta, sabiex tappoġġja proċessi natura- li u tkun ta' benefiċċju mhux biss għall-kwalità ambjentali tagħna iżda wkoll għall-abitat tagħna stess, l-ibliet. L-infra- struttura ekoloġika tista' tgħin biex inreġġgħu lura l-impatt ambjentali tagħna," tispjega Michelle Borg, Unit Manager tal- Green and Blue Develop- ment fi ħdan il-PA, li tfittex li tippromwovi s-sostenibbiltà tal-ippjanar spazjali. "GI toħloq passaġġi li jħallu spazju għan-natura 'biex timxi' lejn iż-żoni urbani tagħna u tgħaqqadna mal-kampanja. Spazji ħodor iżolati jeħtieġu dawn il-passaġġi biex joħolqu fluss minn wieħed għall-ieħor, li jippermetti li organiżmi ħajjin jiċċaqalqu mingħajr xkiel. Dan huwa l-mikro-ek- wivalenti tal-migrazzjoni kbira tal-wildebeest li kull sena sseħħ madwar ix-xmara ewlenija bejn it-Tanżanija u l-Kenja. Meta nikkompartimentalizzaw in-natura, fi spazji żgħar iżo- lati – u ma nipprovdux pont bejniethom permezz tal-GI – nirriskjaw li nitilfu speċijiet li huma parti mill-wirt natu- rali tagħna u li jwasslu wkoll għad-detriment tal-bijodiversi- tà globali." Sadanittant, hekk kif l-ibliet u l-irħula ta' Malta qed ikomplu jikbru u jiżviluppaw, in-nuqqas ta' kunsiderazzjoni tal-GI bħala parti vitali tal-proċess jista' wkoll ikollha konsegwenzi serji fit-tul għall-bnedmin u l-istil ta' ħajja li aħna drajna bih. "L-eliminazzjoni tal-ħdura fa- vur żoni mibnija tfisser inqas drenaġġ naturali tal-ilma, li jir- riżulta f 'għargħar waqt l-istaġuni tax-xita u potenzjalment jikkawża ħsara lill-pro- prjetà. Din tis- ta' wkoll iżżid il-payload fuq i n - n e t w e r k t a l - e l e t t r i k u ta' Malta, par- t i k o l a r m e n t matul is-sajf meta n-nies ma tantx ikollhom għażla ħlief li jiddependu fuq l-air conditioners biex jibqgħu friski," tkompli s-Sinjura Borg. "Dawn huma biss ftit mill-effetti ekonomiċi ta' nuqqas ta' GI. Studji juru li nistgħu nħossu wkoll l-im- patt ta' inqas aċċess għan-natura fuq il-saħħa mentali tagħna." Fil-fatt, GI tipprovdi numru ta' benefiċċji ekoloġiċi, soċjali, tas- saħħa u ekonomiċi. Għalkemm l-ispiża finanzjarja inizjali tista' tkun ogħla meta mqabbla ma' in- f r a - strut- t u r a griża tradiz- zjonali bħalma huma l-pajpijiet, il-ħitan tal-konkos jew is-sistemi tat-toroq, l-introduzz- joni ta' soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura tista' tagħti dividendi ekonomiċi fit-tul. Aċċess akbar għall-ħdura f 'ambjenti urbani jof- fri aktar għażla dwar kif in-nies jistgħu jaħarbu mis-sħana tas-sajf, jipprovdu spazju għall-interazzjo- ni, filwaqt li jħeġġiġhom ukoll biex Michelle Borg