Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1450611
23 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 13 TA' FRAR 2022 Insiru nafu l-fatti! X'inhi l-Gonorrhea? Il-Gonorrhea hija infezzjo- ni trażmessa sesswalment li tinfetta l-ġenitali, ir-rectum u l-gerżuma. Hija l-aktar komu- ni fost persuni bejn il-15 u l-24 sena. Kemm ninsab f'riskju għall-Gonorrhea? Jekk persuna ta' kwalunkwe sess jew orjentazzjoni sesswa- li tieħu sehem f'atti sesswa- li ma' persuni differenti, din tkun f'riskju li tinfetta ruħha bil-Gonorrhea. L-aktar mod komuni ta' kif persuna tista' tinfetta ruħha b'din l-STI hija permezz ta' sess vaġinali, orali u anali li ma jkunx protett. Il-Gonorrhea tista' wkoll tiġi trażmessa għat-tarbija waqt it- twelid jekk l-omm tkun infet- tata. Peress li dan jista' jwassal għal konsegwenzi serji, inħeġġu lin-nisa jagħmlu test ladarba jkunu jafu li huma tqal. Kemm hu faċli li l-Gonor- rhea tittieħed? Wieħed ma jitteħidx mit-tgħanniq, mill-użu tal-ist- ess toilet, jew billi jgħum fl-ist- ess pixxina ma' persuna infet- tata. Din l-STI tista' tixtered biss permezz ta' kopulazzjoni mingħajr protezzjoni. X'jiġri jekk il-Gonorrhea ma nittrattahiex? Każijiet ta' Gonorrhea li jibqgħu ma jiġux trattati jist- għu jikkawżaw ħsara interna permanenti lil kull min jinfetta ruħu. Il-Gonorrhea tikkawża in- fjammazzjoni pelvika (PID - pelvic inflammatory disease) fin-nisa, li kapaċi tagħmel ħsara lit-tessuti tal-ġisem, twassal għal tqala barra mill-ġuf, infer- tilità, u wġigħ permanenti. Fl-irġiel, in-nuqqas ta' tratta- ment jista' jwassal għall-ister- ilità u kundizzjoni li tikkawża ħafna wġigħ fit-tubi magħqu- din mat-testikoli. Jekk il-Gonorrhea tibqa' ma tiġix trattata tista' wkoll iżżid iċ-ċans li wieħed jinfetta ruħu bl-HIV u l-AIDS. Kif inkun naf li għandi l-Gonorrhea? Jekk fl-istil ta' ħajja tiegħek inti attiv/a sesswalment, l-aħ- jar mod kif tkun taf għandekx xi tip ta' STI, inkluż il-Gonor- rhea, huwa billi tagħmel test, imma jekk trid aktar x'jikkon- vinċik tagħmel dan il-pass, hawn għandek lista ta' sintomi li wieħed jista' joqgħod attent għalihom: Persuni b' karatteristiċi femminili jistgħu jesperjenzaw: • Tnixxija vaġinali • Sensazzjoni ta' ħruq waqt l-awrinazzjoni • Mestrwazzjoni b'demm eċċessiv, u tnixxija ta' demm bejn perjodu mestrwali u ieħor • Infezzjoni tar-rectum, l-għa- jnejn jew il-gerżuma • Konġuntivite (infezzjoni fl-għajnejn) Persuni b' karatteristiċi maskili jistgħu jesperjenzaw: • Tnixxija bajda, safra jew ħadra mill-pene • Sensazzjoni ta' ħruq waqt l-awrinazzjoni • Infjammazzjoni tal-prepuz- ju • Testikoli minfuħin • Infezzjoni tar-rectum, l-għa- jnejn jew il-gerżuma • Konġuntivite (infezzjoni fl-għajnejn) Naħseb li għandi xi sintomi … issa x'se nagħmel? Aħna qegħdin hawn biex ngħinuk! Jekk trid tibbukja test b'xejn tista' ċċempel il-GU clinic fuq 25457491, ibagħtilna email fuq sexualhealth.malta@ gov.mt jew segwina fuq Face- book/Instagram. Ninsabu biss email jew telefonata 'l bogħod. X'jiġri meta nagħmel it- test? L-ittestjar għall-Gonorrhea mhuwiex se jeħodlok ħafna ħin. Dan huwa l-proċess: Ladarba tasal fil-klinika, professjonist mit-tim medi- ku tagħna jagħmillek swab fil-partijiet li juru s-sintomi, inkella jissuġġerixxi li jsir test tal-awrina. Il-kampjuni tiegħek imbagħad jintbagħtu fil-lab- oratorju għall-analiżi, u inti tintalab tikkuntattjana fi ftit jiem biex niddiskutu r-riżultati miegħek. Il-Gonorrhea se tibqa' fuqi għal dejjem? Diversi każijiet ta' Gonorrhea jistgħu jiġu ttrattati permezz tal-antibijotiċi, imma skont il- WHO, il-każijiet ta' Gonorrhea li huma reżistenti għall-antibi- jotiċi dejjem qegħdin jiżdiedu u jistgħu jibqgħu jirreżistu t-trat- tament. F'każ ta' riżultat pożittiv, aħ- na se nkunu hemm għalik, in- segwuk f'kull pass, biex noffrul- ek l-aħjar trattament u pariri. Għadni kif spiċċajt it-trat- tament. Dan ifisser li issa għandi immunità għall-Gon- orrhea? Le. Huwa possibbli li wieħed jerġa' jinfetta ruħu jekk isseħħ kopulazzjoni mingħajr pro- tezzjoni ma' persuna infettata. L-aħjar prevenzjoni għall-Gon- orrhea u kwalunkwe STI oħra hija l-użu tal-condom, u jekk tkun fid-dubju, ikun aħjar li tagħmel test. Aħna qegħdin hawn biex ngħinuk! Ċempel il-GU clinic fuq 25457491, ibagħtilna email fuq s e x u a l h e a l t h . m a l t a @ g o v . m t , jew segwina fuq Facebook/Ins- tagram biex tkun tista' tibbuk- kja t-test tiegħek. Tista' wkoll tikkuntattjana fuq Facebook Messenger b'kunfidenzjalità garantita. Ftakar li ninsabu biss email jew telefonata 'l bogħod. L-għarfien jagħtik is-saħħa. Kulma għandek tkun taf dwar il-Gonorrhea