Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1450611
06 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' FRAR 2022 • illum L-ispekulazzjoni qed twassal biex tomna art agrikola tinbigħ b'sa €65,000 aktar milli suppost - Studju PE MARIANNA CALLEJA L-Ewroparlamentari Malti Alex Agius Saliba żvela mal-ILLUM kif studju, li għadu se joħroġ, mill- Kumitat Agrikolu tal-Parlament Ewropew dwar l-art agrikola f 'pajjiżna, juri biċ-ċar illi l-valur kummerċjali ta' kull tomna art agrikola f 'Malta bħalissa jlaħħaq bejn €80,000 - €85,000. Dan filwaqt li l-valur agrikolu ta' kull tomna art, kieku dik it-tomna art ma ma tiġix spekulata iżda tintuża għall-agrikoltura, tiswa' biss €22,000. Dan jiġifieri li "qegħdin f 'sitwazzjoni fejn il-valur reali tal- art agrikola huwa erba' darbiet anqas mill-valur għas-suq." Skont Agius Saliba dan qed joħloq diffikultà għall-bidwi għax meta jikkonsidra qbiela privata ma tibqax affordabli għalih li fl- aħħar minn l-aħħar jibqa' bidwi. Speċjalment jekk wieħed ikun bidwi ta' età żgħira jew bidwi ġdid. Dan flimkien mal-falliment tal-liġi kurrenti tal-qbiela jaf iwassal biex "il-biedja tradizzjonali f 'pajjiżna tmut mewta naturali." Intant, Alex Agius Saliba mal- gazzetta ILLUM tkellem aktar dwar l-istudju u l-petizzjoni li ħadem fuqhom fl-aħħar erba' xhur biex il- biedja f 'Malta tibqa' trendi. Il-proċess għal-leġiżlazzjoni ġdida hu twil. Allura x'se jkun qed jiġri mill-bidwi sakemm titlesta'? Matul l-aħħar xhur il-gazzetta ILLUM kienet diġà żvelat kif il- Ministru Anton Refalo qiegħed jaħdem fuq liġi ġdida tal-qbiela. Fil- fatt Alex Agius Saliba semma l-istess ħidma tal-Ministru, iżda x'se jkun qed jiġri mill-bidwi sakemm din il- liġi tiġi finalizzata, speċjalment issa fid-dawl ta' bidla fil-leġislatura? Agius Saliba stqarr mal-ILLUM li l-ħsieb inizzjali tiegħu kien li juża' lil Parlament Ewropew biex jerġa' jinħoloq 'bilanċ' bejn il-bdiewa u s-sidien. "Jien li nixtieq huwa li lill-bdiewa nagħtuhom dokument sabiex meta jiddefendu l-każ tagħhom fil-Qrati, ikollhom x'juru," jgħid Agius Saliba mal-ILLUM. Huwa jispjega kif dan jsir ladarba l-Kumitat tal-Agrikoltura fil- Parlament Ewropew jippubblika l-opinjoni tiegħu. "Jista' jkollok sitwazzjoni, sakemm titlesta' l-liġi l-ġdida, fejn biċċa art tittieħed mill-bidwi biex tiġi mikrija u użata għal rikreazzjoni. Dik l-art agrikola probabbilment tkun intilfet darba għall-dejjem," qal b'diżapunt l-MEP Malti. L-importanti għalih imma hu li jintlaħaq bilanċ. Dan il-bilanċ skont Alex Agius Saliba huwa bejn il-bdiewa li jħallsu l-qbiela privata u s-sid tal-art iżda ukoll il-bdiewa li jħallsu qbiela tal- Gvern. "Jista' jkollok sitwazzjoni fejn il-qbiela tal-privat jkunu jlaħħqu ċertu ammont u l-qbiela tal-gvern jibqgħu baxxi kkumparati mal-prezzijiet privati. Din se toħloq diskriminazzjoni," spjega l-MEP. 'Mhux għax għarfet il-problema imma l-Kummisjoni se jkollha tgħin għax ġiet imġiegħla' Skont dak li qal lill-gazzetta ILLUM, l-MEP Soċjalista Alex Agius Saliba, minkejja l-isforzi tiegħu fl-aħħar erba' xhur, kien jaf li l-Kumissjoni Ewropea se tkompli tuża l-iskuża li "din hija kompetenza tal-istati membri u allura fejn jidħol prezzijiet u spekulazzjoni tal-artijiet , il-Kummissjoni ma tista' tagħmel xejn." Hawn fejn huwa għażel triq oħra kif jasal għal Kummisjoni Ewropea u sa ċertu punt jagħlaqha f 'kantuniera biex tieħu azzjoni. "Minflok użajt is-sistema normali ta' mistoqsijiet diretti, użajna l-Kumitat tal- Petizzjonijiet fil-Parlament Ewropew. Hekk, il-Parlament Ewropew jipronunzja ruħu u fl- aħħar minn l-aħħar jagħlaq lill- Kummissjoni biex tieħu azzjoni." L-argument tal-MEPs kienu varji iżda kienu dawn it-tlieta li ġibdu l-attenzjoni tal-gazzetta... L-MEPs li flimkien ma' Agius Saliba qegħdin jaħdmu fuq din il-kwistjoni elenkaw numru ta' argumenti sodi sabiex jiksbu l-għajnuna tal-Kummissjoni. Għaldaqstant dawn huma t-tlieta li ġibdu l-attenzjoni tal-gazzetta. Fil-bażi legali li ħolqot din il- petizzjoni hemm ir-riżoluzzjoni li għadda l-Parlament Ewropew fl-2017. Din ir-riżoluzzjoni tgħid iswed fuq l-abjad li l-Kumissjoni Ewropea għandha tipproteġi l-artijiet li jintużaw għas-settur agrikolu. Għal Agius Saliba din ir- riżoluzzjoni kienet kruċjali speċjalment meta wieħed jikkonsidra kwistjonijiet fejn għandek nuqqas ta' art agrikola fi stat membru, bħal Malta. Dan ifisser li din il-bażi legali saret argument b'saħħtu mill-att ta' Parlament Ewropew. Prinċipju ieħor importanti kien is-sostenibbilità tal-ispazju. "Jekk inti jkollok sitwazzjoni reali fejn jispiċċa s-settur agrikolu minn stat membru parlamentari, hemmhekk għandek kollass tas-sostenibillità ambjentali," jenfasizza mal- ILLUM. L-MEP Laburista żied jgħid li dan iwaqqaf l-argument tal-Kummissjoni meta tgħid li m'għandhiex kompetenza. Dan l-argument jorbot ma' dak li jmiss li skont Agius Saliba huwa "l-punt prinċipali." Huwa staqsa lill- Kumissjoni, "kif nistgħu verament ikollna sostenibbilità ambjentali u dan il-Green Deal mingħajr ma jiffunzjona sew is-settur agrikolu f 'wieħed mill-istati membri?" Alex Agius Saliba jgħid li dawn l-argumenti qed jeskludu mill-fatt tal-importanza tal- indipendenza fejn jidħol provvista tal-ikel fil-pajjiż u d-dipendenza totali "li kważi għandna bħalissa" fuq l-importazzjoni ta' ħxejjex u frott. Il-Petizzjoni – Kif inti tista' tgħin lill-bdiewa Maltin u l-ikel lokali? Alex Agius Saliba preżenta petizzjoni bl-għan li jressaq il-kwistjoni urġenti għall- attenzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-riskju tat- tmiem tas-sostenibbiltà tal- industrija agrikola f 'Malta. Filwaqt li telenka numru ta' sfidi bħal klima, is-suq intern Ewropew u n-nuqqas ta' art, il-petizzjoni iżżid tgħid li "l-bdiewa Maltin issa qed jiffaċċjaw theddida imminenti peress li Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li l-att nazzjonali li jagħti lill-kerrejja agrikoli dritt indefinit ta' tiġdid jikser id-dritt tas-sidien." Dan ifisser li l-bdiewa qed jiffaċċjaw ir-realtà li l-art agrikola (tinħadem jew le) se tkun valutata skont karatteristiċi mhux agrikoli assoċjati mal- ispekulazzjoni kummerċjali relatata mas-suq tal-proprjetà f 'Malta. B'hekk il-petizzjoni titlob lill- Kummissjoni Ewropea sabiex tipproteġi lill-bdiewa Maltin fid-dawl tal-iżviluppi attwali fil- Qrati Maltin li se jikkaġunaw żgumbramenti sfurzati tal- bdiewa u jagħmluha impossibbli għall-art agrikola biex tintuża għal skopijiet agrikoli. Alex Agius Saliba temm jgħid li din mhux kwistjoni li jista' jiġġieled il-Gvern Malti waħdu. Lanqas tista' tiġi miġġielda mill-Parlament Ewropew. Is-soluzzjoni tista' tinkiseb jekk flimkien mal-Gvern u l-Parlament Ewropew niġbdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea sabiex fl-aħħar minn l-aħħar "nilħqu dak il-bilanċ." Bħala ċittadin Maltin, inti għandek id-dritt li tiffirma din il-petizzjoni. Alex Agius Saliba jiżvela dettalji minn studju Ewropew dwar il-valur tal-art agrikola f'Malta