Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1450611
07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 13 TA' FRAR 2022 'Bżonn li titwaqqaf Federazzjoni Nazzjonali tal-festi u jkun hemm fond biex jgħin lill-għaqdiet kollha involuti' Il-gazzetta ILLUM tkompli tistaqsi lill-President tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda, Noel Camilleri, il- mistoqsijiet li qed jagħmlu diversi dilettanti dwar il-festi u anke l-futur tagħhom wara l-pandemija YENDRICK CIOFFI Il-ġimgħa li għaddiet, il-gazzetta ILLUM ippubblikat l-ewwel parti tal-mistoqsija u tweġiba mal-President tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda, Noel Camilleri. Fost oħrajn, wara l-laqgħa mal-awtoritajiet tas-saħħa u rappreżentanti tal- Kurja, serraħ ras id-dilettanti li din is-sena l-festi se jkunu qed isiru. Fil-fatt sa issa nafu li jekk is- sitwazzjoni tal-pandemija tibqa' waħda taħt kontroll, minn April se jkunu qed jirritornaw il- purċissjonijiet, inkluż tal-Ġimgħa l-Kbira, anke jekk dwar dawn x'aktarx jitħabbru protokolli biex dejjem tkun imħarrsa s-saħħa ta' dawk li jieħdu sehem u anke dawk li jipparteċipaw. It-tir huwa li fil-ġimgħat ta' wara jibdew jiġu ċċelebrati l-festi, inkluż iċ-ċelebrazzjonijiet esterni li issa ilhom sentejn wieqfa. F'din it-tieni parti, il- gazzetta ILLUM titkellem ma' Camilleri dwar il-futur tal-festi, il-piż li qed jagħfas fuq il-każini tal-banda u l-għaqdiet tal-festi u anke dwar x'jista' jsir biex l-għaqda li dehret fl-aħħar xhur fost festi differenti tibqa' tissaħħaħ għall-ġid tal-Festa Maltija. Hemm każini li diġà bdew jilmentaw bil-prezzijiet li qed jitolbu l-bandisti, b'mod partikolari għall-Ġimgħa l-Kbira li diġà kienet problematika. Dan qed tisimgħuh? X'inhu l-appell tiegħek? Camilleri kkonferma li din hija realtà li qed jiffaċċjaw diversi każini tal-baned. Fakkar kif il-Ġimgħa l-Kbira, minħabba d-domanda, hekk kif ħafna baned ikunu qed idoqqu fl-istess ġurnata u ħinijiet, minn dejjem kienet problematika. Madanakollu fakkar lill- bandisti li ħafna drabi, l-uniku ċans li jkollhom biex idoqqu u juru l-kapaċitajiet tagħhom huwa permezz tal-banda. "Ċert li l-maġġoranza jaċċettaw u japprezzaw dan il-fatt," insista Camilleri. "Għalhekk huwa importanti li jkun hemm kollaborazzjoni bejn il-bandisti u l-każini tal-banda u jkun hemm rispett reċiproku." Camilleri saħaq li jinkwetah it il-fatt li ħafna fil- festi tilfu s-sens ta' appartanenza u ta' lealtà. "Hemm bżonn naħdmu flimkien. Jekk għandna verament interess li l-festi u l-baned tagħna jibqgħu parti importanti mill- patrimonju tal-pajjiż, kemm il-bandisti u anke s-soċjetajiet mużikali jikkollaboraw u jirrispettaw lil xulxin," saħaq Camilleri. Insista li f 'dan il-perjodu diffiċli, dan ir-rispett u l-kollaborazzjoni huwa importanti biex il-baned jerġgħu jinżlu jsemmgħu l-leħen sabiħ tagħhom fit-toroq u anke biex jerġgħu jkebbsu l-entużjażmu li forsi naqas xi it fl-aħħar xhur m e t a ma kien qed isir xejn. Hemm festi li ma għandhomx il-baned tagħhom u jiddependu mill-baned mistiedna. Dawn diġà huma magħfusa għax naqsilhom id- dħul. X'jista' jsir biex il-baned ma jitfgħux aktar piż fuqhom biex ma narawx dawn il-festi jonqsu wkoll? Camilleri saħaq li jaqbel li dawn il-festi ma jispiċċawx jerfgħu l-piż kollu waħedhom għax inkella mhux se jkampaw. Fakkar li l-ewwel nett, kollox jiddependi wkoll minn kemm festa tkun qed titlob servizzi. Iżda hawn Camilleri għamel appell importanti u għal qalbu wkoll. Insista li wasal iż-żmien, issa aktar minn qatt qabel, li titwaqqaf Federazzjoni tal-Festi Maltin. Noel Camilleri qed jipproponi li din tkun magħmulha mill- Għaqda Każini tal-Banda, il- kumitati tal-festi u anke l-kumitati tan-nar. "Hekk inkunu nistgħu naħdmu u nikkordinaw aħjar imma wkoll nirsistu biex jitwaqqaf fond nazzjonali biex ikun hemm għajnuna fuq bażi annwali lil dawn l-għaqdiet kollha involuti għall-festi, biex inkomplu nkattru u nkabbru l-festi tagħna," spjega Camilleri. Mill-Kurja tal-Arċisqof qed ikollkom appoġġ fl-appelli u l-laqgħat tagħkom dwar il-festi? Il-President tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda beda billi rringrazzja lill-Arċisqof Charles Scicluna u anke lid- delegati tiegħu. Saħaq li kienu dejjem disponibbli u tkellmu flimkien b'mod ċar. "Tant hu hekk li meta ġejna mitluba niltaqgħu għat-tieni darba mal-Prim Ministru u mad- Deputat Prim Ministru, il-kurja talbitna jekk jistax ikun hemm rappreżentanti tagħha preżenti u aħna lqajna din it-talba b'idejna miuħa," insista Camilleri. Saħaq li din il-kollaborazzjoni bejn l-Għaqda Każini tal-Banda u l-Kurja qed tagħmel ġid mhux biss għall-festi imma anke għall- komunitajiet. Camilleri insista li mal-kurja se jkunu qed isiru aktar laqgħat, inkluż mal-kunsill il-ġdid tal- Kulleġġ tal-Kappillani, biex jiġu ppjanati l-festi ta' din is-sena u anke biex isiru aktar proġetti komuni bejn dawn l-għaqdiet volontarji u l-parroċċi biex jerġa' jiżdied is-sens ta' komunità fl- ibliet u l-irħula tagħna. X'inhu l-appell tiegħek għal dawk kollha li b'xi mod jew ieħor huma involuti fil-festi? Noel Camilleri appella lid- dilettanti kollha u lil dawk kollha involuti fil-festi biex iħarsu 'l quddiem b'fiduċja. "Ejjew inkomplu naħdmu flimkien u b'mod magħqud. Naħdmu b'mod serju u responsabbli biex dak li huwa tagħna l-Maltin, nindukrawh u nsaħħuh. Fejn hemm l-eċċessi, għax irridu nammettu li hemm, irridu nkunu wkoll kuraġġużi biex nammettu u naħdmu biex insaffu l-festi tagħna. Fuq kollox naħdmu biex il-festi tagħna mhux biss insaħħuhom għalina imma anke għall- ġenerazzjonijiet li ġejjin," temm jappella Noel Camilleri. L-ewwel parti tal-mistoqsija u tweġiba tistgħu ssibuha fuq is-sit illum.com.mt Noel Camilleri