Illum previous editions

ILLUM 13 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1450611

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 analiżi IL-ĦADD 13 TA' FRAR 2022 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM F'din il-ħarġa se nkomplu nagħtu ħarsa lejn kwistjonijiet u suġġetti, proposti u miżuri li intom se tkunu qed tfittxu fil-manifesti elettorali tal- Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista. Infakkrukom li sa issa tkellimna dwar: L-għoli tal- ħajja/flus fil-but, trasport tal- massa, governanza u drittijiet riproduttivi tal-mara. Kwistjoni oħra importanti li minoranza dejjem tikber ta' Maltin u Għawdxin se jkunu qed ifittxu fil-manifesti elettorali tal-partiti bla dubju huwa l-ambjent u allura proposti ambjentali mill-PN jew il- PL - li realistikament huma l-uniċi partiti li għandhom ċans ikunu fil-Gvern - pero' wkoll lejn l-effett ta' dawn il-manifesti fuq il-partiti ż-żgħar, speċjlament l-ADPD. Diżappunt assolut! Il-qerda ambjentali ma' bdietx fl-2013. Dan il-pajjiż għadna naraw sal-lum dnubiet ambjentali - uħud minnhom monumentali - li għadna narawhom u nbatuhom sal-lum. Il-liġi tal-ġungla u tal-Might is Right waslet mhux għal permess wieħed imma għal irħula żgħar sħaħ li nbnew mingħajr permessi, l-aktar fin-naħiet tal-Armier - fejn prattikament dan ir-raħal magħmul minn binjiet li kollha inbnew bla permess, illum sar karatteristika aċċettata li ebda wieħed mill-partiti l-kbar ma tgħaddilu minn rasu li jwiegħed li se jneħħihom. Imma apparti minn hekk dan il-pajjiż assista għal Ministru wara ieħor u Gvern wara ieħor li firxu t-tapit għal aktar żvilupp permezz tat-tkabbir sinjifikanti fiż-żoni tal-iżvilupp fl-2006 u fil-mewġa ta' permessi li ingħataw mill-2013 lil hawn, b'riżultat li fi it snin ċerti inħawi ta' Malta spiċċaw sit ta' kostruzzjoni permanenti. Id-dwejjaq fuq l-ambjent, mhux illum beda imma illum qed jilħaq qċaċet, hekk kif l-għarfien qiegħed dejjem jiżdied. Fl-2008, f 'kampanja elettorali, l-eks PM Lawrence Gonzi kien ħabbar li hu ser ikun qed jieħu l-ambjent u l-Awtorità tal-Ippjanar taħt idejh. Dan għamlu biex fi kliemu "wara li solvejna l-finanzi tal-pajjiż issa nsolvu d-defiċit ambjentali." Dan għaliex Gvern Nazzjonalista kien qed jara li d-dwejjaq fuq l-ambjent kien diġà kiber u kiber sew, 13-il sena ilu. Illum ukoll qed naraw lill- Gvern jitfa' dejjem aktar attenzjoni fuq l-importanza tal-ambjent, arja nadifa, spazji miua u aktar. Imma l-poplu se jemminhom fuq l-ambjent lill-PN u l-PL? Id-deċiżjonijiet diffiċli għal fuq l-ixkaffa... imma l-wegħdi ġejjin! Din il-gazzetta mhix profeta, imma jekk il-passat riċenti huwa mera tal-futur mela żgur u mhux forsi li dawk l-eluf li se jfittxu tibdiliet u miżuri radikali fil-manifesti tal- Partiti jaf jibqgħu bi it ta' togħma morra. Kemm il-Partit Laburista u anke l-Partit Nazzjonalista qed iwiegħdu li l-bidliet tal-2006 mhux se jitreġġgħu lura, jiġifieri jitla' min jitla' fil-Gvern l-iżvilupp li għad irid isir f 'dawk iż-żoni miżjuda għall- iżvilupp li għadu ma sarx, se jsir! Il-Manifesti mhux se jsejħu għal moratorji fuq il-bini għax kieku miżura bħal din iġġelidhom mal- kuntratturi l-kbar u l-ħaddiema tal- kuntratturi, pero' iġġellidhom ukoll ma' kuntratturi iżgħar, ma' nutara, periti, electricians, plumbers, negozji tal-għamara u tant aktar. Tkun riċetta għal telf ta' voti. U minkejja l-kritika - inkluż mill-Oppożizzjoni - iċ-ċans li fil-manifest tal-PN ikun hemm miżuri speċifiċi u ċari li juru kif Gvern potenzjali Nazzjonalista se jagħmilha aktar diffiċli biex persuna tikseb permess mill- Awtorità tal-Ippjanar, jew inkella li se jitbiddlu l-Pjani Lokali biex inqas art tkun tista' tiġi żviluppata, anke jekk bħalissa jista' jsir żvilupp fiha - huwa remot! Kif huwa ċar sal-lum illi la l-PN u lanqas l-PL ma huma qed jwiegħdu li jwaqqfu l-iżvilupp ta' bini għoli f 'postijiet bħal San Ġiljan, speċifikament Paceville u lanqas l-Imrieħel. Allura l-PN u l-PL se jkomplu jwiegħdu l-bilanċ (kif jifmuh huma) u miżuri drastiċi li se jnaffru lill-kuntratturi probabbilment, se jħalluhom fuq l-ixkaffa! Probabbilment li se jwiegħdu aktar inċentivi fir-rigward ta' karozzi elettriċi, xi ħaġa li dan il- Gvern ħadem fuqha b'inizzjattivi wkoll fl-aħħar baġit u żieda qawwija fiċ-charging pillars, fost oħrajn. Fil- fatt fil-Baġit ħabbar żieda fl-għotja finanzjarja għal dawk li jixtru karozza elettrika jew inkella plug-in hybrid. L-għotja finanzjarja żdiedet bi €3,000 minn l-għada tal-Baġit. Minn €8,000 għal xiri ta' karozzi elettriċi jew plug-in hybrids telgħet għal €11,000, u titla' sa €12,000 f 'każ li se tiġi użata l-iskema tal- iskrappjar tal-vetturi wkoll. Fit-tliet snin li ġejjin, se jiġu installati madwar 1,200 charging point fil-pajjiż kollu. Naturalment Malta marbuta ma' miri Ewropej dwar it-tibdil fil-klima u allura l-Gvern li se jiġi ffurmat wara l-elezzjoni ta' din is- sena irid jara kif se jnaqqas mill- emissjonijiet, fosthom billi jnaqqas l-użu tal-karozzi fit-toroq u allura l-emissjonijiet mill-karozzi li huma fost l-akbar kontributur għat- tniġġiż. Hawnhekk wieħed jistaqsi allura jekk dawn l-inizzjattivi li ħa l-Gvern - anke jekk tajbin - humiex biżżejjed. Wieħed jistenna wkoll wegħdi ta' aktar spazji msaġġrin u miuħin. Il-Gvern bħalissa għaddej bi proġett fil-Park Nazzjonali f 'Ta' Qali filwaqt li qed iwiegħed masaġar kbir fl-Inwadar, fejn aktar kmieni din is-sena diġà tneħħew madwar 320 tunnellata ta' skart u minflok tħawwlu 200 siġra. Fl- 2021, Ambjent Malta ħawlet total ta' 24,752 siġra u arbuxell. Il-benefiċċji ta' proġetti bħal dawn jinħassu sew ukoll f 'żoni bħal Kennedy Grove, li Gvern Nazzjonalista kien kabbar d'mod qawwi, biex illum hemm pulmun mill-isbaħ ta' siġar f 'żona fejn qed isir ħafna żvilupp. Il-Partit Nazzjonalista għamel diversi wegħdi, fosthom dawk relatati ma' proġett kbir ta' mtieħen tar-riħ fuq il-baħar. Ftit wara anke l-Gvern - permezz tal-Ministru Miriam Dalli - ħabbar proġett ta' floating wind farms, li suppost ikunu kapaċi jixgħelu lil Għawdex kollu. Fl-2015, dak iż-żmien il-MEPA, kienet irriutat applikazzjoni li saret minn Gvern Nazzjonalista għal windfarm fis-Sikka l-Bajda, fosthom anke minħabba l-effetti fuq il-passa tal-għasafar. Il-PN qed iwiegħed ukoll li jinħoloq mekkaniżmu li kull siġra tkun "mapped", qed jgħid li għandha titwaqqaf aġenzija ċentrali dwar il-bidla fil-Klima u li jiżdied u jitqawwa sehem il-poplu fil-Bord tal-ERA. Skart, miżbliet u ħmieġ Fl-aħħar snin rajna l-proċess dejjem jikber ta' separazzjoni tal- iskart, xi ħaġa li għalkemm mhux kulħadd jagħmel dejjem qed tiżdied Bini għoli, kuntratturi u krejnijiet: Imma l-PN jew il-Labour Labour jew PN?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 February 2022