Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1450611
09 illum • IL-ĦADD 13 TA' FRAR 2022 analiżi il-Labour għandhom rieda vera li jbiddlu? Labour jew PN? bħala prassi, fost il-familji. Il- Manifesti jaf imissu mal-kwistjoni tan-negozji li sal-lum għadhom mhumiex obbligati li jisseparaw l-iskart. Il-partiti l-kbar se jwegħdu li n-negozji wkoll jibdew ikunu obbligati li jisseparaw l-iskart? Kwistjoni oħra hija l-inċineratur (Waste-to-Energy). Il-Gvern - permezz tal-Ministru Aaron Farrugia - beda l-proċess biex dan isir, tant li din is-sena stess l-impjant kien approvat quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar. L-impjant se jkun qed jikkonverti skart riċiklabbli f 'enerġija u huwa stmat li se joħloq 4.5% tad- domanda Maltija għall-elettriku. Dan il-proġett se jiswa' €400 miljun u se jkun qed isir fil-Magħtab. Mal-gazzetta ILLUM il-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia kien sostna li filwaqt li l-investiment li kien għamel Gvern Nazzjonalista biex il-Magħtab tiġi "issiġillata" u ma tnixxix dak li huwa tossiku, kien tajjeb, "xħin dħalt f 'Jannar (2020) għidtilhom li b'din ir-rata, se nispiċċaw ħdejn l-akkwarju tal-Qawra bil-miżbliet. Għalhekk bdejna l-proġett tal-Waste-to- Energy." Il-Partit Nazzjonalista ħareġ kontra, bil-Kelliem tal-Ambjent Robert Cutajar jisħaq illi l-Oppożizzjoni hija kontra, "għall- mod kif sar il-proċess għax huwa proċess ivizzjat." Allura wieħed jiem li l-Partit Nazzjonalista xorta jwiegħed dan il-proġett, fil-manifest tiegħu, iżda wieħed jistenna li jwiegħed illi jerġa' jibda l-proċess mill-ġdid. Il-mina, rovina? U l-Kaċċa? Hemm ukoll il-kwistjoni li qed tberraq tal-mina. L-ewwelnett, mina bejn il-gżejjer se toħloq volum enormi ta' skart tal-kostruzzjoni. Bħal ma din il-gazzetta nnutat fl-ewwel analiżi mis-sensiela 'Labour jew PN' meta analizzajna l-possibilità tat-trasport tal-massa - il-partit li se jkun kredibbli fuq il-mina jrid jgħid x'se jagħmel b'tunnellati kbar ta' skart tal- kostruzzjoni! Minkejja li l-mina fil-manifest ser iġġib it-tifħir ta' numru kbir ta' Għawdxin - speċjalment intraprendituri medji u kbar Għawdxin - il-partit li se jerġa jwiegħed mina it se jirbaħ ċapċip mill-ambjentalisti u dawk li jħobbu l-ambjent hekk kif il-proġett - kif propost sa issa - jaf ifisser il-qerda tal-Wied tal-Pwales. Dan huwa wieħed mill-akbar u l-isbaħ widien fil-pajjiż, mimli għelieqi u hamlets żgħar u kwieti, bħal-Limbordin. Jekk jinqered dan il-wied ikun diżastru ambjentali ieħor. Bħal fil-każ tal-iżvilupp id- differenza bejn il-partiti l-kbar hawnhekk hija kważi ineżistenti hekk kif kemm il-PN u anke l-PL wegħdu li se jwettqu din il-mina! Anzi jikkompetu ma' xulxin biex jgħidulna minn beda bl-idea. Minkejja xi ċaqlieq u inċertezza mill-PN, sa issa - uffiċjalment il-PN għadu favur, speċjalment il-Kelliem prinċipali tiegħu għal Għawdex Chris Said. Fuq il-kaċċa l-istess. Kompetizzjoni ta' min qabeż u se jiġġieled l-aktar għall-kaċċaturi bil- Ministru Clint Camilleri - kaċċatur huwa wkoll - jagħmel diskors ippassjonat nhar il-Ħadd 5 ta' Frar li għadda fl-Imqabba. Diskors li ntlaqa' b'ċapċip kbir u entużjażmu, li ma ħalla ebda dubju li taħt Gvern Laburista l-ġlieda favur il-kaċċaturi u n-nassaba se tibqa'. Dan il-Gvern kien ikkritikat ukoll għal ehim li għamel mal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba għat-tmexxija tal-bosk tal-Miżieb, għax deher li qed jagħti ħafna poteri lill-kaċċaturi. Minkejja li l-aċċess baqa' kompletament miuħ għall- pubbliku (kull nhar ta' Ħadd tara għexieren jagħmlu l-picnics) u minkejja li l-Miżieb kien ilu post li jieħdu ħsieb il-kaċċaturi, l-messaġġ li ntbagħat kien wieħed ħażin f 'għajnejn ħafna ambjentalisti u għaqdiet bħall-Birdlife u Din l-Art Ħelwa u oħrajn. Il-Gvern ukoll qed jinsisti li jibqa' jiaħ l-istaġun tal-insib taħt il-kappa tar-riċerka, minkejja li għandu l-mannara ewropea fuqu. L-akbar tellief f 'din il-kwistjoni huwa l-PN. Għax filwaqt li l-Gvern qed ikompli jsaħħaħ l-appoġġ li xi it jew wisq dejjem kellu (pero' li l-PL żied minħabba l-kwistjoni tal-UE) fost il-kaċċaturi b'manuvri u azzjonijiet u diskorsi li jpinġuh daqslikieku huwa d-difensur tal- kaċċaturi u n-nassaba, il-PN jinħass li la qiegħed fuq naħa u lanqas fuq oħra, minkejja li Grech fil-fatt wiegħed li l-kaċċa tar-Rebbiegħa hija kwistjoni magħluqa bir- referendum li sar fl-2012. Dan ifisser allura li dawk li għalihom il-kaċċa u t-twaqqif tagħha hija waħda mir-raġunijiet ewlenin għal kif jivvutaw la se jivvutaw lill-PL pero' lanqas lill-PN Huwa hawn fejn l-ADPD (l-aktar) tibda tgawdi minn appoġġ. L-ADPD dejjem kienet konsistenti kontra l-kaċċa u kontra żvilupp qawwi fil-pajjiż. Wieħed irid issa jistenna l-manifesti nfushom biex naraw min se jkollu l-aħjar ideat. Iżda lilhinn mill-kliem sabiħ b'ġudizzju bbażat fuq l-aħħar 20 sena, wieħed qajla jista' jistenna miżuri li verament jgħalqu l-vit fuq permessi, żvilupp u bini mill-PN u l-PL. Min irid miżuri drastiċi, probabbilment se jkollu jħares lejn manifesti oħrajn. Marinas u aktar! Il-yacht marinas mhumiex affarijiet tal-lum u huwa vera wkoll li hekk kif il-popolazzjoni kellha aktar flus, u allura x-xiri ta' jottijiet żdied, trid toħloq aktar irmiġġ. Iżda t-teħid tal-baħar għall- komunità ta' Wied il-Għajn sabet l-oppożizzjoni ta' ħafna għaqdiet Skalin u residenti, kif ukoll waslu għal protesti minn Graffittii, ADPD u għaqdiet ambjentali wkoll, appoġġjati mill-Kunsillier Nazzjonalista fil-lokaità John Baptist Camilleri. Sabet ukoll il-kritika tad-Deputat Laburista Jean Claude Micallef. Iżda fil-manifesti x'nistennew? Wieħed jistenna li l-PN se jerġa' jwiegħed li din il-marina ma ssirx, li allura sa issa qed tagħmlu differenti mill-Partit Laburista li mhuwiex qed jieħu pożizzjoni kontra, minkejja li hija lokalità b'maġġoranza kbira Laburista u l-post fejn jgħix il-Prim Ministru. Il-problema għall-PN tqum imbagħad meta mistoqsi "allura fejn?". Fil-fatt mistoqsi jekk jaqbilx ma' marina fix-Xemxija minn din il-gazzetta stess, hu ma esprimiex l-istess sens ta' oppożizzjoni. Grech jeħtieġ jkun attent illi fil-ħeġġa tiegħu biex jirrifletti s-sentimenti tal-iskalin - u din minnha nnifisha hija xi ħaġa tajba - ma jkunx qed jagħmel dan sempliċiment biex jissodisfa s-sentiment NIMBY (Not in My Backyard). Il-problema tal-Labour hija li fuq din il-kwistjoni qed jidher wisq kwiet, speċjalment Abela. Kwiet li jqajjem mistoqsijiet pertinenti. Kwiet għax ma jinteressahx? Kwiet għax ma għandux għażla ħlief li jmexxi 'l quddiem dan il-proġett? L-Iskalin li se jivvutaw b'din il- materja bħala prijorità elettorali tagħhom - sa issa - ma tantx għandhom wisq għażla ħlief li jivvutaw PN jew ADPD.