Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1450611
10 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' FRAR 2022 • illum Jinżel is-separju politiku fuq 'Mhux dejjem qbilna imma nibqa' nemmen Il-gazzetta ILLUM tibda sensiela ta' artikli li matulhom se tiltaqa' u ssellem lil dawk id-Deputati li wara snin fil-Parlament mhux se jerġgħu jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali YENDRICK CIOFFI Silvio Parnis. Għandu 56 sena. Xandar, Sindku u 25 sena Membru Parlamentari. Ilu erbatax-il sena miżżewweġ lil Dorianne u għandhom tifel ta' 12-il sena, Jacob. Ikkontesta u kien elett għall- ewwel darba fl-elezzjoni ġenerali tal-1998. Minn dik is-sena, baqa' jiġi elett elezzjoni wara l-oħra, dejjem mir-raba' distrett, li jinkludi l-lokalità tiegħu, jiġifieri Raħal Ġdid. F'dan il-perjodu, serva bħala Kelliem tal-Oppożizzjoni għall- Anzjani. Fl-1998 ma kienx wiċċ ġdid. Kien jippreżenta programm fuq is-Super One, jismu 'Problemi tal-Qalb,' u anke wara li kien elett Deputat, baqa' jagħmel dawn il-programmi fuq stazzjonijiet privati. Kien ħareġ għall-Kunsill Lokali, dak iż-żmien b'mod indipendenti u għal darbtejn kien elett Sindku ta' Raħal Ġdid. Fl-elezzjoni ġenerali tal-2008 kien l-aktar kandidat popolari tad-distrett u fil-fatt kien elett mal- ewwel għadd hekk kif kiseb xejn inqas minn 4,890 vot. Fis-snin ta' wara, anke jekk fuq id-distrett tiegħu ħarġu kemm Joseph Muscat u anke Chris Fearne u Konrad Mizzi, baqa' popolari u kien elett mingħajr problemi ta' xejn. Serva taħt tliet mexxejja differenti tal-Partit Laburista, jiġifieri Alfred Sant, Joseph Muscat u Robert Abela iżda kien jaf u ħadem ukoll ma' Duminku Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici. F'din il-leġislatura serva bħala Segretarju Parlamentari għall- Gvern Lokali u l-Komunitajiet bejn l-2017 u l-2020 u bħala Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b'Diżabbilità għal it inqas minn sena, meta ffaċċja l-kriżi tal-pandemija u anke splużjoni ta' każijiet fid-djar tal- anzjani. Illum huwa backbencher u wara li jiġi xolt il-Parlament se jkun qed jinżel is-separju fuq il- ħajja politika tiegħu. Minkejja dan jixtieq jibqa' attiv. Fil-fatt, kull nhar ta' Erbgħa, jippreżenta l-programm 'Familja Waħda' fuq FLiving fejn jagħti spazju lill- anzjani, partikolarment dawk li jgħixu waħedhom biex jitkellmu u jiħu qalbhom. L-anzjani huma wisq għal qalbu. It-tir tiegħu huwa li wara li jtemm il-ħajja tiegħu fil-politika, jiddedika aktar ħin għall- volontarjat. Illum il-ġurnata qed iqatta' ħafna aktar ħin mal-familja u għall-passatempi tiegħu. Parnis, li huwa bniedem reliġjuż ħafna, saħansitra għandu kappella privata fid-dar tiegħu. Matul il-ġimgħat li ġejjin, il- gazzetta ILLUM se tkun qed tiltaqa' ma' Deputati differenti li din se tkun l-aħħar leġislatura tagħhom hekk kif diġà ddikjaraw li mhux se jerġgħu jikkontestaw l-elezzjoni. Matul din il-ġimgħa, il-gazzetta ILLUM iltaqgħet biex tieħu kafè ma' Silvio Parnis. Miegħu mxejna pass pass il-mixja politika tiegħu. Bdejna mill-ewwel elezzjoni tiegħu, dik tal-1998 li Sant sejjaħ tliet snin qabel iż-żmien hekk kif tilef il-maġġoranza parlamentari tiegħu sforz ir-ribeljoni interna minn Dom Mintoff. Kif kienet l-atmosfera dan iż-żmien? 'Kont immur għand Mintoff ... ġenju b'qalb tad-deheb; Parnis insista li n-nies kienu leali ħafna lejn il-Partit Laburista waqt li insista li kull meta għadda minn xi sfida, il-Partit Laburista iżjed issaħħaħ. Saħaq li l-Laburisti dak iż-żmien kienu wara Alfred Sant għax ma setgħux jaċċettaw li kellha ssir elezzjoni wara biss sentejn. Madanakollu saħaq li anke jekk kienu mweġġa', lil Mintoff il- Laburisti qatt ma waqqfu jħobbuh. "Kien jgħidli biex immur għandu d-dar. Dejjem jgħallem. Kien ġenju u qalbu kienet tad- deheb. Minkejja dak li ġara, in- nies baqgħu jħarsu lejh bħala eroj. Fil-politika dawn l-affarijiet jiġru. Diffiċli biex tiem x'ried Mintoff dak iż-żmien," insista Parnis. 'Alfred Sant ma kienx ħaqqu hekk' L-ewwel Mexxej li ħadem taħtu Parnis kien Alfred Sant li ddeskrivih bħala bniedem ġenwin. "Jaħtfek ħatfa imma wara ma jżomm xejn f 'qalbu. Ġenwin. Iddedika ħajtu għall-Partit u għamel riformi kbar. Neħħa l-arroganza ta' ċertu nies. Naddaf il-maċina, bena kwartieri, ħadem għall- midja u organizza l-kumitati u l-Partit," kompla Parnis. "Sant ma kienx ħaqqu hekk." Minkejja dan, Alfred Sant baqa' ma għamilx suċċessi elettorali. Parnis stess jammetti li telfa wara l-oħra kienu jaqtgħu qalbhom. "Meta tibda titlef tibda taqta' qalbek. Tibda tgħid meta se naslu għal dak li qed naħdmu għalih. Ħares lejn il- PN illum," kompla jisħaq. Insista li ħadd ma kien qed jistenna li l-Partit Laburista se jitlef l-elezzjoni tal-2008 anke għax fi kliemu, id-dwejjaq fost in-nies u fost in-Nazzjonalisti kien jinħass. 'Taħt Joseph rajna l-Labour jikber kuljum' Wara l-qtigħ il-qalb li għadda minnu l-Partit Laburista, feġġ żmien Joseph Muscat, b'Parnis jispjega kif l-entużjażmu fost il- partitarji u anke l-uffiċjali kien kbir, anke għax fi kliemu, kienu qed jaraw lill-Partit Laburista "jikber u jissaħħaħ kuljum." "Fi żmien Joseph Muscat konna ċerti li se nirbħu. In-nies kienu jidhru. Lin-Nazzjonalisti ġabhom fix-xejn. Għadhom sal-lum ma jistgħux isibu saqajhom," insista. Iżda għall-Partit Laburista mhux kollox ward u żahar. Allegazzjoni wara l-oħra, skandlu wara l-ieħor u Joseph Muscat spiċċa kif spiċċa minkejja l-popolarità tiegħu. "Ma kienx l-isbaħ żmien għalina," ammetta Parnis. "Imma rnexxielna ma nibżgħux nagħmlu r-riformi. Anke Robert Abela. Ma waqafx. Kellu l-gazz ibiddel," insista. Il-familja ta' Silvio Parnis Parnis iżur lill-anzjani fl-eqqel tal- pandemija