Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1450611
11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 13 TA' FRAR 2022 fuq Silvio Parnis; nemmen f'Robert' Lura għal Joseph Muscat, Parnis insista li ma kienx ħaqqu jispiċċa kif spiċċa. "Għamel riformi kbar. Kieku llum mhux qed ingawdu dak li għandna. Kellu tim b'saħħtu u magħqud. Mexxa Gvern determinat li saħħaħ l-ekonomija u għadna ngawdu sal-lum il- ġurnata," insista. 'Ma xtaqtx li Joseph jispiċċa hekk ... ma kienx jixraqlu' Iżda kien hemm min akkuża lil Muscat li tbiegħed mill-għeruq soċjalisti tiegħu. X'jaħseb Parnis li għandu tant għal qalbu s-soċjal? Insista biss illi li kieku Muscat ma ħadimx kif ħadem, ma kienx jinħalaq biżżejjed ġid biex il- Gvern seta' jqassam, anke fi żmien pandemija. "Fl-aħħar mill-aħħar tkun trid ir- rebħiet elettorali. Inutli tagħmel il- proposti. Twettaqhom fil-Gvern," insista. "Daqskemm Mintoff huwa fil-qalb tal-Maltin, daqstant ieħor Joseph. La kont nemmen u lanqas xtaqt li jispiċċa kif spiċċa. Ma kienx jixraqlu hekk. Żgur li mhux se jiġi mwarrab, la mill-partit u lanqas mill-partitarji. Għad għandu post speċjali f 'qalbna." Fl-aħħar snin, Parnis ħadem ukoll ma' Robert Abela li tah il- portafoll l-aktar għal qalbu, jiġifieri dak tal-anzjani anke jekk spiċċa biex ħadulu biss ħdax-il xahar wara. 'Mhux dejjem qbilna imma nibqa' nemmen f'Robert' "Jiena nemmen f 'Robert Abela. Kien hemm mumenti li ma qbilnix imma għadni sal-lum nemmen ħafna fih," insista. L-ILLUM tfakkru li fi żmien it- tellieqa biex jintagħżel is-suċċessur ta' Muscat, ħafna Deputati ħarġu għonqhom għal Chris Fearne iżda hu donnu baqa' newtrali. Insista li hu qatt ma ried li din l-elezzjoni taqsam lill-Partit Laburista, bħalma ġara lill-PN it xhur wara meta ġie elett Adrian Delia. "Jiena dejjem ipprovajt ngħaqqad. Aħna qegħdin hemm għall-Partit. Kieku ma' Chris kont naħdem ukoll. Ma' Robert ħdimt u meta kelli f 'idi s-settur tal-anzjani, ħdimt fuq li ħdimt. Jiena jekk ittini kariga, se naħdem," insista. "Għadni sal- lum noħlom x'nistgħu nagħmlu għal dan is-settur." 'Ħadtha bi kbira ... ħassejt li kelli nieqaf hawn' Madanakollu meta wettaq reshuffle, f 'nofs il-kriżi tal- pandemija Abela kien ħa dan il- portafoll minn idejn Paris. "Imma jiena f 'sena xi stajt nagħmel? Il-pandemija gerfxet kollox. Lanqas dar tal-anzjani ma stajt inżur," insista d-Deputat. L-ILLUM tistaqsih jekk weġġax meta dan il-portafoll ittieħed minn idejh u għaliex ma aċċettax li jkun Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, kif xtaq Abela. "Ħadtha bi kbira," ammetta Paris. "L-anzjani wisq għal qalbi. Kont inqum filgħodu u nivvinta x'se nagħmel. Biex tgħaxxaq, meta għamel ir-reshuffle jiena kont kwarantina u tkellimna fuq it- telefown. Jiena mhux se nindaħal lill-Prim Ministru. Ir-Reshuffle kellu jsir. Imma jien ħassejt li kelli nieqaf hawn." 'Lil Robert kont u għadni nappoġġjah' Iżda l-ILLUM tistaqsih kienx qed jeħodha kontra Robert Abela, b'Paris jisħaq li ddeċieda dak li ddeċieda għax hekk ħass fil-kuxjenza tiegħu. "Jiena lil Robert Abela kont, għadni u nibqa' nappoġġjah. Nemmen li qed jagħmel riformi kbar favur il-governanza, l-integrità fil-politika u anke mexxa tajjeb fi żmien pandemija u sentejn diffiċli," insista. 'Il-famuża roly poly. Illum jerġa' jibagħtha?' Tkellimna fuq il-famuża roly poly li kien bagħat lill-anzjani meta kienu msakkra fid-djar, bil-każi f 'uħud mid-djar ta' kura jisplodu. Ma jaħsibx li ma kinitx f 'lokha? "Illum ma kontx nagħmilha għax in-Nazzjonalisti għamlu kampanja kontrija. Issa jiena fil- karattru tiegħi li nagħti u nqassam. Kont inħoss ħafna għall-anzjani. Ma stajtx inżurhom imma xtaqt nurihom li jiena niakar fihom. Ridt nagħmel ġest żgħir," kompla Paris. "ake l-aktar li għamel kampanja kontra r-roly poly. Imma jiena għadni fil-Parlament u hu kellu jitlaq." 'Tajt ħafna imma xtaqt li tajt ħafna aktar' Imma kieku ma ġarax dak li ġara, kieku għadu Segretarju Parlamentari kien jerġa' jikkontesta? Parnis insista li 25 sena fil-politika huma ħafna u xorta xtaq li jagħmel spazju għal nies ġodda għax jemmen li hemm persuni "validi ħafna" li għandhom jingħataw ċans. "Il-politika hija sabiħa. Jekk taħdimha bilgħaqal hija sabiħa. Tista' tbiddel il-ħajja tan-nies. Jiena kuntent li għent ħafna nies," insista Parnis. Mistoqsi x'inhu l-akbar sodisfazzjon għalih, meta jħares lura, insista li jimlih bil-ferħ il- kuraġġ tan-nies. "Sabiħ tara n-nies jibqgħu jirrispettawk. Meta ħabbart li mhux se nikkontesta, rajt nies jibku. In-nies għadhom sal-lum jiġu jkellmuni u jħabbtuli l-bieb. Fija ma sabux biss Deputat imma sabu ħabib, missier, ħuhom u familja. Jiena meta tiġi, se niaħlek il-bieb u ngħinek," insista. Għandu xi rimors? Hemm xi ħaġa li xtaq jagħmel u li baqa' ma wettaqx? "Tajt ħafna imma xtaqt li tajt aktar lin-nies," insista. 'Se naħdem aktar fil-volontarjat' L-ILLUM staqsiet lid-Deputat x'se jagħmel wara li jispiċċa mill- Parlament. Se jibqa' attiv? Wieġeb li se jkun qed jaħdem aktar fil- volontarjat u għandu proġetti li qed jaħdem fuqhom. Insista li l-uffiċċju se jħallih miuħ biex jibqa' jisma'. "L-akbar sodisfazzjon huwa meta persuna tiġi tibki quddiemek u titlaq bi tbissima. Il-politika tista' tbiddel il-ħajja t a n - n i e s . Il-politika mhijiex pożi. Triq tkun man-nies fl-aktar mumenti iebsa. Trid tibqa' viċin tagħhom mhux fi żmien l-elezzjoni biss," insista. Tkellimna fuq il-fatt li huwa reliġjuż ħafna, bid-Deputat jinsista li Alla jiġi qabel kollox, inkluż il-politika u mhux biss jemmen, imma jipprova jipprattika. "Ma niddejjaqx ngħid li vvotajt kontra r-referendum tad-Divorzju anke jekk illum niem li hemm persuni li jkunu qed ibatu. Fil- Parlament ivvotajt favur biex nirrispetta l-għażla tan-nies imma l-prinċipji kattoliċi jibqgħu għal qalbi," insista. Semma l-kappella li għandu d-dar u li tagħha jitfa' ħafna ritratti fuq Facebook. Fi kliemu, fiha jsib ħafna serħan u fiha jinġabar u anke jitlob għal nies li jkunu għaddejja minn żmien diffiċli. 'Ibqgħu man-nies u mhux tużawhom għall-elezzjoni' Fl-aħħarnett, tlabnih jgħaddi parir lil dawk il-politiċi żgħażagħ u li ġejjin warajh. Dan kien il-messaġġ tiegħu: "Ibqgħu man-nies u mhux tużawhom għall-elezzjoni. Kunu lesti li dejjem tisimgħu. Żommu l-kuntatt. Ibqgħu duru man- nies, ħabbtu l-bibien tan-nies u ċemplu lin-nies. Trid tifraħ u tibki man-nies. Biex in-nies jibnu fiduċja fil-politika, trid tibqa' viċin tagħhom. Il-Partit Laburista għalhekk imur tajjeb għax jibqa' jagħti widen għal dak li jkunu qed jgħidu," temm jisħaq Parnis. Il-ġurament bħala Segretarju Ġenerali Ir-rebħa tal-PL fl-2017 Parnis meta kien għadu jippreżenta fuq is-Super One Ma' Robert Abela fi żmien l-elezzjoni għall-Mexxej