Illum previous editions

ILLUM 13 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1450611

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 13 TA' FRAR 2022 Carmel Bonnici Il-film kontroversjali 'A clockwork orange' (1) In-Novelist Ingliż Anthony Burgess kiteb A Clockwork Orange fl-1961. F'dan il-ktieb hu vvinta l-kelma "ultra violence" – vjolenza esaġerata. Id-direttur rinomat Stanley Kubrick addattah għaċ-ċinema fl-1971 u ħoloq problema kbira liċ-Ċensur Brittaniku li iżda għaddih għall-wiri. Qabel, ħa naraw minn kien Anthony Burgess. Imwieled bl-isem ta' John Anthony Burgess Wilson fil-25 ta' Frar 1917 f 'Manchester, Burgess baqa' magħruf l-aktar għal dan ix-xogħol, għall-iskrinplej ta' Jesus Of Nazareth u għal 1984: A Personal View Of Orwell's Ninteen Eighty Four. Hu żżewweġ darbtejn, fit-22 ta' Jannar 1942 lil Llewela Isherwood Jones li mietet nhar l-20 ta' Marzu 1968 u f 'Settembru tal-istess sena reġa' żżewweġ lil Liane Burgess, unjoni li baqgħet soda sat-22 ta' Novembru 1993, mal-mewt tiegħu fl-eta ta' 76 sena. Burgess kien tar-reliġjon Kattolika għakemm għamel żmien ma jipprattikahiex. Mill-1968 sas-sena 1970 kien jgħix hawn Malta, Ħal Lija, sakemm kellu xi differenzi maċ-Ċensuri Maltin (li tassew kienu iebsin u konservattivi dak iż-żmien) u mar l-Italja fejn hemm għen lid-direttur Taljan Franco Zeffirelli fil-proġett enormi tiegħu ta' kważi 7 sigħat għat-TV, Jesus Of Nazareth (1977), li kien intwera hawn Malta f 'żewġ partijiet fis-swali tat-talkies. Anthony Burgess kien jaf jitkellem b'sitt lingwi barra l-Ingliż. Hu darba sostna hekk: "Idħak u d-dinja tidħak miegħek. Onħor u torqod waħdek". Il-versjoni oriġinali li kiteb Burgess kienet saħansitra kkunsidrata anki aktar vjolenti minn novella tal-ktieb. Fl- 1964, Mick Jagger xtaq jaħdem il-parti ta' Alex, il-mexxej tal-gang li barra l-vjolenza li jwettqu anki jistupraw il-mara ta' awtur, imma ħadd ma ried jiffinanzja prodott tant jaħraq, b'sekwenzi ukoll ta' attakki sesswali, minħabba li jiġu fl-inkwiet maċ-Ċensur Brittaniku. Fl-aħħar, iddeċieda li jidħol għal din il-produzzjoni Stanley Kubrick li kien qed igawdi suċċess u fama bl-aħħar film tiegħu, l-kapulavur 2001: A Space Odyssey. Waqt li dan il-xogħol kult u klassiku tal-1968 kien l-aktar wieħed bi stil uniku tas-snin sittin, A Clockwork Orange kien l-iżjed wieħed tiegħu li saru fuqu dibattiti feroċi fis-snin sebgħin. L-istorja fil-qosor hi din:- L-Ingliterra fil-futur qarib. Taħt l-influwenza tax-xorb bħal droga, "milk plus", li jixorbu kull lejl Alex De Large (Malcolm McDowell) u t-tliet ħbieb tiegħu "droogs", li għadhom teenagers, Dim (Warren Clark), Pete (Michael Tarn) u Georgie (James Marcus), jgħaddu lejla ferħanin isawwtu raġel rieqed barra, jħarrbtu l-membri ta' gang rivali u jikkawżaw diversi aċċidenti bil- karozza misruqa li qegħdin isuqu, qabel ma jinvadu d-dar u jfarrkuha tal-kittieb Mr. Alexander (Patrick Magee) waqt li hu b'rabja ta' puplesija jkun xhud meta jistupraw lil martu, Mrs. Alexander (Adrienne Corri). L-għada x'ħin il-ġenituri tiegħu jkunu għax-xogħol, Alex jirċievi viżita minn Deltoid (Aubrey Morris), ħaddiem soċjali u jgawdi relazzjoni sesswali ma' żewġ tfajliet li jkunu f 'ħanut tad-diski qabel ma jerġa' jimbarka fuq lejl ieħor ta' vjolenza. Wara li jaqta' b'mus idejn Dim li ried jieħu s-supremazija tal-gang, Alex javvanza lejn post lussuż fejn isir t-taħriġ ta' bodybuilders. Is-sid, Cat Lady (Miriam Karlin) tissuspetta ħażin u ċċempel lill-pulizija it sekondi biss qabel ma' Alex jidħol u joqtolha. Abbandunat mill-gang tiegħu, Alex ikun arrestat u jirċievi sentenza ta' 14-il sena ħabs. Wara sentejn, jipprova xortih ħalli jinħeles billi joffri ruħu għall-esperiment ta' xokkijiet li l-Ministru tal-intern qed jirreklama biex jieħu l-voti f 'attentat biex jelimina l-kriminalita' u anki jbattal iċ-ċelel tal-ħabs mill-priġunieri politiċi. (Ikompli)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 February 2022