Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1450611
16 analiżi IL-ĦADD 13 TA' FRAR 2022 • illum Kważi vera Id-daħla ta' Toni Sant għall- ewwel rumanz tiegħu hija ż-żieda milquta għal dal-ktieb qasir u tassew mexxej (kelma li dejjem nevita, imma hawnhekk xierqa għall-aħħar) li jirrakkonta, b'ħeffa deliberata u effettiva, storja sempliċi iżda importanti. Fiha jsemmi l-kunċett tar-rumanz storiku li, fil-lingwaġġ sew popolari sew akkademiku, imma wkoll fl-immaġinarju nazzjonali kollettiv, nassoċjawh ma' żmien il- Kavallieri u l-Franċiżi, ir-rakkonti ta' imħabba u passjoni ġellieda fl-isfond tat-tqanqil politiku kolonjali u nazzjonali. Varjetà mhuwiex Nazju Ellul jew Taħt Tliet Saltniet — formula storika iżda li meta tintuża llum toħroġ minnufih bħala żvintata — imma rumanz storiku daqshom, anki kif maħsub mill-awtur, dwar perjodu mhux daqstant imbiegħed, prattikament ilbieraħ, imma li ġa qed jissogra li jintesa. L-istorja tal-iStage Commandos u r-Radju Muskettieri jaf semgħuha tal-ġenerazzjoni tiegħi u ta' Sant mingħand il-ġenituri tagħhom, iżda spiss tagħqida djabolika ta' nuqqas ta' kunfidenza post- kolonjali u attitudni storjografika elitista jew li ma tarax fit-tul, tfisser li nagħtu bis-sieq il-wirt ħaj tagħna f 'dak li għandu x'jaqsam mal-istorja popolari. Popolari għax maħluq u kkunsmat mill-poplu, fl-aħħar mill-aħħar. U minkejja n-nuqqas ta' profondità apparenti, sewwasew għax mium biex jintlaħaq fil- wisa', sikwit ninsew kemm prodotti u manifestazzjonijiet kulturali bħal dawn, meta tassew magħġuna mill-qalba tar-ruħ Maltija, huma importanti biex nimu min aħna. Bħalma huwa importanti li nintebħu li r-ruħ Maltija kienet kapaċi tartikola l-ħsus ta' poplu fi żmien partikolari, u li dak li għandna llum għandu l-għeruq u ma ġiex mix-xejn. Fl-aħħar kontroversja kulturali li kellna, għalkemm midfuna taħt il-battibekk politiku, smajna dwar mitt sena ta' film Malti f 'festival ta' darba li laqqat kull ma sab biex ifantas storja mhux vera. Fil-każ tal-varjetà, it-teatrin u l-komiċità Maltija, għandha żgur ġrajja wisq aktar vibranti u li seħħet tassew, u l-wirt tal-ewwel teatranti komiċi organizzati nistgħu narawh s'issa fil-forom aktar moderni u sofistikati tiegħu, mid-Danusan u Bla Kommixin sal-Comedy Knights. Sant jispeċifika, b'intenzjoni u ironija, li l-istorja li qed itina hija 'kważi vera'. Żgur mhux giddieba. Kif ukoll, għandha l-modernità ta' tendenza narrattiva li issa ilha magħna mhux ħażin, madwar id- dinja letterarja u forsi xi daqsxejn anki f 'Malta, fejn l-istorja tinkiteb mill-ġdid bis-saħħa tal-finzjoni, iżda mhux biex tiġi ffalsifikata, iżda ironikament biex jintefa' dawl ġdid fuqha. Sikwit, l-istorja u n-nies ta' vera jieħdu r-rwol ta' proċediment li paradossalment jgħin lill-finzjoni: donnha tagħraf li l-verità tagħha hija waħda xorta waħda interpretabbli minkejja li tinbet minn ġrajjiet (apparentement) oġġettivi. Toni Sant hawn jidħol għal diversi rwoli: storiku u riċerkatur li ma jiktibx mill-ġdid jew għall- ewwel darba l-istorja tal-iStage Commandos, għax ġa hemm xi sorsi li jagħtu biċċiet minnha, imma li jiġbor it-trufijiet kollha biex jgħaqqadhom fi storja miżgħuda b'kif jimmaġina li setgħu seħħu l-ġrajjiet ewlenin. Il-ġrajja ta' Sant hija 'kważi vera' sempliċement għaliex il-kittieb jippermetti lilu nnifsu jidħol kemm kemm f 'dawk li setgħu kienu s-sentimenti tat-talenti differenti li sawru din il-kumpanija mużiko- teatrali. Jidħol f 'qalbhom u ruħhom bi prudenza, fejn dik il-'kważi' donnha apoloġija timida ma jmurx jinterpreta jew jimmaġina żżejjed. Madankollu, m'hemmx bżonn kutrumbajsi ta' fantasija, għaliex Sant jirnexxielu joħroġ ruħ dawn il-Maltin, u b'konsgwenza ta' Malta kollha f 'perjodu preċiż, billi jinkwadra perfettament il- karattri fis-soċjetà li fiha għexu. L-iStage Commandos jitwieldu f 'Malta taħt il-bombi tat-Tieni Gwerra, u f 'soċjetà urbana tal- inħawi tat-Tarzna u tal-bqija tal- Kottonera, li hija rifless tal-idea moderna ta' Malta mbandla bejn it-tradizzjonijiet ta' dari u r-rieda biex tħares'il barra lil hinn. Malta mbandla wkoll bejn it-Taljan u l-Ingliż u kull ma jissimbolizzaw fuq il-livelli soċjali, kulturali u politiċi, iżda Malta li wkoll għad għandha fiduċja f 'wirtha u fil-kultura tagħha u tħaddimha b'kunfidenza. L-iStage Commandos, fil-fatt, jixorbu min-nixxigħat kulturali kollha li gelglu għal ġol-kultura Maltija, u l-varjetà li pproponew, kif anki juri Sant, ħadet sew mir- revue Franċiż kif adattat mill- Ingliżi, kif ukoll mill-ispettaklu Taljan, iżda rnexxielha ttih timbru Malti li ħafen l-immaġinazzjoni ta' ġenerazzjoni, speċjalment fit- transizzjoni mill-palk għax-xandir. Ħafnuha wkoll, madankollu, bl- għarfien tal-udjenza tagħhom. Sant jirrimarka kemm il-kumpanija dejjem żammet l-ispettakli 'nodfa' u xierqa għal kulħadd, minkejja li żgur ma kinux ta' subgħajhom f 'ħalqhom u konxji sew anki minn dimensjoni tal-espressjoni u tal- umoriżmu Maltin li fihom elementi qawwija ta' kliem ħażin, doppju sens u vulgarità. Jista' jkun ukoll, kif anki jista' jidher matul il-qari ta' dan il- ktieb, li s-suċċess tal-iStage Commandos kien dovut għat- tħaddim tal-bosta talenti tagħhom b'mod demokratiku, li kien fih l-intelliġenza tat-teatrant f 'dak li għandu x'jaqsam mal-għażla ta' xi jridu l-udjenza, imma anki r-rispett u l-umiltà intellettwali. It-testi li jipproponi Sant fil-ktieb biex juri x'kien jitkanta u jiġi rreċtat mill- kumpanija huma xhieda ta' ħila bil-kelma, tempistika teatrali, u umoriżmu innoċenti iżda inċisiv. Għal darb'oħra, mingħajr ebda rikors għall-forzatura, dan kien teatru li tassew jaqbad l-essenza tar-ruħ Maltija. Twieled biex itaffi d-dwejjaq tal-gwerra, u kompla jwassal divertiment nadif li xorta Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb