Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1450611
18 opinjoni IL-ĦADD 13 TA' FRAR 2022 • illum Robert Aquilina huwa l-President tal-NGO Repubblika Ix-xandira mill-washroom Robert Aquilina S entejn u nofs ilu Joseph Muscat mar Brussell bit-tir li t-titjira lura lejn Malta jagħmilha bħala President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Kien qrib ħafna li jirnexxilu, qa- lulna l-akkolti tiegħu. Kemm kien bogħod jew reali dak li ddeskrive- wlna bħala 'qrib' ma kienx wisq im- portanti għalina li lil Muscat konna ilna nixluh b'dak li tassew hu. Iżda dak iż-żmien, it kienu jemmnu- na u jagħtu kasna. Minflok, bosta kienu jedhew jgħajruna b'kulma jiġihom għal ilsienhom. Minkejja dan id-diżappunt, hu u jtir lura lejn in-nofsinhar tal- Ewropa Muscat żgur ma basarx li f 'qasir żmien kienet se tibdielu titjira li se tieħdu ferm iktar 'l isfel minn dak li twerwer bih fl-agħar inkubu li qatt kellu. F'dak is-sajf tal-2019 Muscat kien il-Prim Ministru ta' pajjiżna, kien jikseb riżultati eċċellenti f 'kull stħarriġ li jsir, kellu stazzjon tat-televixin li bih seta' jagħmel li jrid u stazzjon ieħor li bih ukoll seta' jagħmel li jrid. Mur għidlu, f 'dik it-titjira minn Brussell, li sentejn u nofs wara biex jgħid xi ħaġa lill-poplu Malti u Għawdxi kien se jkollu jitla' fil-washroom, jixgħel il-mowbajl u jxandarha fuq il-Facebook live. Mur għidlu li biex jagħmel din ix-xandira mill-washroom kien se jkollu jixtri mowbajl ġdid għax il-mowbajl ġew jiħduhulu l-pulizija b'ordni ta' Maġistrat. Dan ix-xenarju mhux Muscat biss ma kienx jimmaġinah. Dak iż-żmien it kien għad baqa' nies f 'pajjiżna li kienu jemmnu li għad naslu xi mkien fil-ġlieda tagħna għall-verità u l-ġustizzja. Niakar li bosta kienu qatgħu qalbhom kważi għalkollox. Niakarhom jgħidulna li qed naħlu l-ħin bil-velja ta' kull xahar, bil-protesti, bil-konferenzi stampa u bl-azzjonijiet li konna nivvintaw minn żmien għal żmien. Niakarhom jgħidulna li qed naħlu ħinna u ħin il-poplu, imma ma konniex. Żrar fiż-żarbun Ftit tax-xhur wara d-disfatta ta' Brussell, Joseph Muscat kellu jdabbar rasu mill-uffiċċju ta' Prim Ministru. L-ebda stħarriġ, l-ebda xemgħat mixgħulin fit-twieqi u l-ebda mass meeting imħabbar u mbagħad imħassar ma waqqfu t-tgerbiba 'l isfel li kienet qed tieħu l-karriera politika tiegħu. Qabel ħalla Kastilja, qalilna li se jieħu miegħu xi żrar fiż-żarbun. Min jaf instabx dan iż-żrar fit-tfittxija li għamlulu l-pulizija? Biex ngħidu kollox, fl-2019 Muscat ma kellux disfatti biss. Dik is-sena bdietlu b'rigal ta' tlett ifliexken inbid Petrus mogħtija mingħand ħadd ħlief Yorgen Fenech tas-17 Black. Fenech kien wieħed mill-it mistednin intimi għall-festin ta' għeluq snin Muscat fil-Girgenti. Joseph Muscat bagħat l-istedina lil Fenech minkejja li kien infurmat li dan kien suspettat fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Muscat dak iż-żmien ma inkwetax wisq li 'l quddiem jaf ikun hemm min jgħidlu 'ma min rajtek xebbaħtek'. Kif ridtu jinkwieta meta fost l-ogħla uffiċjali tal-Korp tal- Pulizija kien hemm min kien għaddej xalata jsiefer u jiddiverti mal-istess Fenech, min kien qed jinforma lill-kriminali bil-quddiem meta se jiġu jiġbruhom, min kien qed jaħbi r-rapporti tal-FIAU fl- iktar kxaxen remoti tad-Depot u min għamel mill-fenkati s-simbolu tal-indifferenza assoluta quddiem l-agħar forom tal-ħażin? Fi tmiem dik is-sena, fl-isfera internazzjonali, Muscat saħansitra rnexxielu jirbaħ premju. Panel ta' esperti internazzjonali mqabbda mill-OCCRP għażlu lill-Prim Ministru Malti bħala bħala l-Persuna tas-Sena fil-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni. Il-ħasra li l-OCCRP ma kellhomx budget kbir daqs kemm kellu pajjiżna għall-Malta Film Awards. Lil Muscat kien jixraqlu jilbes tuxedo u jitla' fuq palk jiġbor premju daqstant prestiġġuż. Konna nieħdu ġost nisimgħu lil xi ħadd bħal David Williams isejjaħ lil Muscat kif ilna nsejħulu aħna: il- Prim Korrott! Ir-riżultati bdew ġejjin Kif rajna f 'dawn l-aħħar ġimgħat, għad baqa' ħafna xeni x'naraw fil-film tat-titjira 'l isfel ta' Joseph Muscat. Ix-xena li rajna fid-19 ta' Jannar f 'Burmarrad la hija l-ewwel u lanqas mhi se tkun l-aħħar waħda ta' dan il-film. Kull min bħalna, matul dawn l-aħħar snin, kien qed iħares u kien qed jagħti kas dak li kien qed jiġri f 'pajjiżna ilu jaf fejn hu postu Joseph Muscat. U dan il-post la hu Kastilja u lanqas mhu l-washroom ta' Burmarrad. Dawk li bħalna ma ġewx ipnotizzati mill-propoganda ta' Muscat, u ġew demonizzati bla ħniena mis-segwaċi tiegħu, qegħdin jingħataw raġun wara l-ieħor f 'kull xena li tidher minn dan il-film. Tassew li fis-sajf tal-2019, waqt li Muscat kien qed jistenna l-manna taqa' mis-sema ta' Brussell, aħna kellna nissieltu għal kull qatra tama, kuraġġ u determinazzjoni li stajna nsibu fina nfusna biex nibqgħu għaddejjin bil-ġlieda tagħna. Iżda dak il-qtar bil- mod il-mod sar għadira ċkejkna li kompliet tikber u li aħna fiduċjużi li se tkompli tikber. Ir-riżultati bdew ġejjin imma għadna wasalniex. Nhar l-Erbgħa ejja l-Belt Biex naslu għandna bżonn nibqgħu nittamaw u għandna bżonn inżommu għaddejja b'saħħitha l-protesta tagħna. Nhar l-Erbgħa għandna okkażjoni oħra biex dan nagħmluh flimkien. Nhar l-Erbgħa, fis-6:30pm, fil-Belt Valletta, se nkunu qed infakkru it-52 xahar mill- assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Nhar l-Erbgħa se nerġgħu niltaqgħu biex inkomplu ninsistu għal aktar riżultati; għal aktar verità u għal aktar ġustizzja. Nhar l-Erbgħa se ninġabru flimkien biex inġeddu t-tama li għandna għall-kawża tagħna; it-tama li għandna għal pajjiżna. Nhar l-Erbgħa Joseph Muscat mhux se jkun magħna. M'għandix informazzjoni jekk hux se jkun qed jagħmel xi xandira oħra mill-washroom jew jekk hux se jkun qed ilesti xi file ġdid għaż-żjara li jmiss tal- pulizija. Lanqas Konrad Mizzi u Keith Schembri mhuma se jiġu. Ma nafx fejn se jkunu, iżda żgur mhux se jkunu l-Amerka! Nhar l-Erbgħa, Rosianne Cutajar aktarx se tkun imħabbta tonfoq il-flus li taha Yorgen Fenech fil-kampanja li qed tagħmel biex iżżomm it-titlu ta' Onorevoli. Fl-istess ħinijiet, Edward Zammit Lewis se jkun qed iħabbat il-bibien tal-Ġaħnijiet tad- distrett, jitkarrbilhom għall-vot. Jekk int m'intix bħal dawn ... jekk int, bħalna, trid tkompli tagħti tama lil pajjiżna ... nhar l-Erbgħa filgħaxija postok il-Belt. L-ebda stħarriġ, l-ebda xemgħat mixgħulin fit- twieqi u l-ebda mass meeting imħabbar u mbagħad imħassar ma waqqfu t-tgerbiba 'l isfel li kienet qed tieħu l-karriera politika tiegħu