Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1450611
21 editorjal illum • IL-ĦADD 13 TA' FRAR 2022 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I s-sondaġġi qegħdin hemm bħala ritratt ġenerali ta' dak li jħoss poplu u l-intenzjoni tiegħu tal-vot. Is- sondaġġi juruk l-immensità - il-kobor jew iċ-ċokon ta' distakki u numri, imma ma jurukx l-intensità - jiġifieri kemm persuna verament għadha temmen f 'partit, kemm verament hija ħerqana biex ittella' lil dan il-partit fil-Gvern, jew iżżommu fil-Gvern. U ħafna qed jibqgħu jgħalqu għajnejhom u jifirħu illi ladarba s-sondaġġi għadhom tajbin ħafna għall-Partit Laburis- ta, mela allura kollox sew, kulħadd kuntent, il-korruzzjoni u n-nepotiżmu sfrenat għan- du l-barka, fejn hemm l-abbuż jista' jibqa' għaddej u kollox ward u żgħar. Din hija illużjoni. U l-Partit Laburista jrid joqgħod attent ħafna li jiem illi minkejja li għad għandu l-immensità tad-distakk, u allura eluf ta' nies għadhom qed ipoġġu l-fiduċja tagħhom fih u mhux fil-Partit Nazzjonalista, l-intensità qegħda dejjem tonqos fost sezzjoni tal-poplu li forsi ma tixgħelx xemgħat quddiem politiċi, li meta jċemplu l-kanvassers tal- Ministru u jistaqsuhom jekk għandhomx bżonn xi ħaġa r-risposta tkun "le grazzi", dawk li mhumiex għomja għall-partit u dawk li fl-2013 ma vvultawlux għall-ewwel darba għax riedu jibilgħu l-art! Votanti li iva jaqblu li Gvern Laburista għen fuq li għen lill-poplu, lin-negozjanti ż-żgħar u l-ekonomija in ġenerali waqt l-agħar kriżi li laqtet lill-pajjiżna mit-Tieni Gwerra Dinjija lil hawn, imma li le ma jaċċettawx li Gvern jagħti tliet sptarijiet - assi pubbliċi - lil erba' minn nies bla esperjenza fis-saħħa, bla flus, li ingħataw eluf kbar fi flus u ma għamlu xejn, taw bonuses lilhom infushom u ħarbu mill- pajiiż. Le, mhux aċċettabbli! Mhux talli mhix aċċettabbli, talli hija l-aktar ħaġa anti-Soċjalista li qatt seta' għamel dan il- Gvern. Ta tliet sptarijiet pubbliċi lil xi ħadd li kien diġà inqabad jisraq fil-Kanada (Ram Tumuluri), lil kumpanija li hija parti minn ħolqa ta' kumpaniji li s-sid tagħhom ma nafuhx. Dawn huma n-nies, li iva japprezzaw li l-Gvern se jibgħatilhom €195 ċekk kull wieħed. Mhux se jinxtraw minnu, imma japprezzawh hekk kif bħalissa l-ħajja qed togħla. Bħal ma japprezzaw elenku sħiħ ta' miżuri li ħa dan il-Gvern bħaċ-ċhild care, tneħħija tal-Boll għall-First u Second Time buyers, In Work Benefit u tant aktar! Imma li le, ma jħossux li l-ġid li jqassam il-Gvern jagħti d-dritt li xi wħud mill- membri tal-Gvern li jisparpaljaw u li jużaw il-pożizzjoni tagħhom biex iħaxxnu l-bwiet tal-it. Ma jaċċettawx lil min jiaħ kontijiet fil-Panama u ma jiddikjarahomx. Ma jaċċettawx min iċekċek it-tazzi mal-ħallelin u jagħmel arranġamenti mal-kumpaniji sigrieti tagħhom. Dawn huma nies li jfaħħru lill-Gvern illi żamm l-ekonomija f 'saħħa, ekonomija li qabel il-pandemija kienet qed tiġri fuq quddiem, li kienet u għadha qed toħloq ix-xogħol. Kulħadd jgħidlek li qabel l-Omicron ix-xogħol u n-negozju kien għaddej b'saħħa. Japprezzaw li l-Gvern żamm lill-pajjiż fil-wiċċ. Imma jitqallgħu meta jaraw Ministru tagħti kuntratt lil boyfriend ta' €15,000 għal xogħol li kien qed jagħmel ħaddieħor f 'ismu, li jiddardar jara l-kanvassers jaqilgħu xi €160,000 u li xebgħu mis-sistema ta' 'lil min taf mhux kemm taf '. Dawn huma sezzjoni ta' votanti li għandhom rispett lejn il-Partit Laburista għax b'azzjonietu tahom dritt li kienu ilhom jiġġieldu għalih snin - dritt ċivili. Nies li japprezzaw is-sens ta' rieda li l-Gvern preżenti kellu biex idaħħal iż- żwieġ ugwali, il-Liġi tal-Ġeneru u aktar. Imma li minkejja dan ma jniżżluhiex li sforz l-azzjonijiet tal-it - Keith Schembri u Konrad Mizzi - flimkien ma' Muscat għax żammhom - fuq quddiem, dan il-pajjiż kellu r-reputazzjoni tiegħu mċappsa u mħammġa. Votanti - li jlaħħaqu l-eluf, li wħud minnhom kienu vittmi tal-attakki tal- Partit Nazzjonalista u ta' Daphne Caruana Galizia, li kellhom ir-reputazzjoni tagħhom attakkata, imżebilħa u mħammġa, sempliċiment għax kienu jemmnu li l-PN kien sar wisq arroganti u Gvern tal-it. Imma li qatt ma jaċċettaw u wisq inqas ibierku jew jgħalqu għajnejhom għall- assassinju ta' din il-ġurnalista li tefa' l-agħar dawl possibbli fuq pajjiżna, ħasad ħajja ta' omm, li wassal biex tant nies jiġġudikawna qisna xi pajjiż tat-tielet dinja, li poġġa tant skrutinju fuq pajjiżna u li dan l-editorjal jemmen li kien ir-raġuni ewlenija li wasslet biex Malta spiċċat fuq il-Lista l-Griża tal- FATF! Votanti li jfaħħru r-riformi li saru fil- Ġudikatura, fil-Korp tal-Pulizija, riforma f 'ħatriet ta' karigi importanti. Riformi mfaħħra mill-Kummissjoni ta' Venezja u l-Moneyval. Imma li minn naħa l-oħra tqażżew jaraw assalt assolut fuq l-ispazji miuħa, fuq il-kampanja u fuq l-ambjent urban! Il-Partit Laburista għandu jiakar li konna diġà hawn, mhux wisq snin ilu. Meta eluf kbar ta' votanti Nazzjonalisti kienu xebgħu mill-arroganza, il-ħmieġ, il-korruzzjoni, in-nepotiżmu u l-qerda tal- ambjent taħt Gvern Nazzjonalista, imma baqgħu jivvutawlu għax fuq in-naħa l-oħra kien hemm Oppożizzjoni sfukata, dgħajfa u li ma kinitx tispira lill-poplu u tirrifletti l-vera dwejjaq tiegħu. Sakemm kien ġie Joseph Muscat u f 'ħames snin biss qaleb il- folja elettorali bi prattikament 38,000 vot. Ma jaħsibx il-Partit Laburista li dak li ġara lill-PN ma jistax jiġri lilu jerġa'. Għadu fiċ-ċans, kif għadu daqstant popolari, li jisma' l-weġgħat, li jkompli jbiddel fejn diġà beda jbiddel, li ma jagħmel lil ħadd alla tiegħu - ħlief lill-poplu u li jisma' mill-vuċijiet ta' dissens fi ħdanu. Li ma tikbirlux rasu u jaħseb li għandu ċens perpetwu biex jiggverna. Għax l-istorja għandha ħabta tirrepeti ruħha. Dissens li ma jidhirx fis-sondaġġi imma li l-Labour ma jistax jinjora!