Illum previous editions

ILLUM 27 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462880

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

Il-Papa Franġisku f'Malta illum • IL-ĦADD 27 TA' MARZU 2022 F'MALTA YENDRICK CIOFFI Wara sentejn ta' stennija, nhar is-Sibt li ġej, il-Papa Franġisku se jkun qed jasal f 'Malta. Dan se jkun ir-raba' Vjaġġ Appostoliku li Papa se jkun qiegħed jagħmel f 'Malta. Il-Papa kellu jżur Malta f 'Mejju tal-2020, iżda ż-żjara kellha tkun posposta minħabba l-pandemija. Madanakollu, fl-10 ta' Frar li għadda, fis- Solennità tan-Nawfraġju ta' San Pawl, in-Nunzju Appostoliku, Monsinjur Alessandro D'Errico, ħabbar li l-Papa Franġisku se jżur Malta bejn it-2 u t-3 ta' April. Iż-żjara se tkun qed tara lill- Papa Franġisku jżur ukoll il- gżira Għawdxija. L-ewwel u l-aħħar Papa li żar lil Għawdex kien Ġwanni Pawlu II fl-1991. Madanakollu, wieħed mill- aktar mumenti sinifikanti taż-żjara tal-Papa f 'Malta, mistennija tkun il-laqgħa li se jkollu mal-Immigranti, fil- Laboratorju tal-Paċi f 'Ħal Far. Fil-fatt, mhux l-ewwel darba li l-Papa għamel referenza għall- akkoljenza tal-Maltin u għamel dan anke billi kkwota l-ewwel żewġ versi tal-kapitlu 28 tal-Atti tal-Appostli li dejjem kienu u se jerġgħu jkunu fiċ-ċentru tal- żjara tal-Papa f 'Malta. "Meta ħlisna mill-għarqa sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta. In-nies tal-gżira ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha," naqraw f 'dawn il- versi li jirrakontaw in-nawfraġju ta' San Pawl. Huwa u jirrifletti fuq dawn il-versi, il-Papa qal: "Il-Maltin huma twajba, huma ġentili, huma akkoljenti, diġà sa minn dak iż-żmien." Fir-riflessjonjiet tiegħu, il-Papa Franġisku qabbel in- Nawfraġju ta' Pawlu mal-perikli li jiltaqgħu magħhom dawk li qed jaħarbu l-gwerer u l-ostilità li jiffaċċjaw wara. Se tkun żjara qasira, iżda wieħed diġà jista' jikkonkludi li se tkun waħda sinifikanti u mimlija ġesti. Dan se jkun l-ewwel vjaġġ tal-Papa Franġisku, barra mill- Italja, minn meta faqqgħet il- kwistjoni fl-Ukrajna u għalhekk, il-messaġġ għall-paċi mhux se jkunu nieqsa. F'dan is-suppliment speċjali, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tħares lejn iż-żjarat li għamlu l-Papiet f 'Malta u anke dak li se jsir nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej. Franġisku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 March 2022