Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462880
14 Il-Papa Franġisku f'Malta IL-ĦADD 27 TA' MARZU 2022 • illum Pietru fil-gżira ta' San Pawl; Ħarsa u dak li qalulna l-Papiet YENDRICK CIOFFI F'dawn iż-żewġ paġni, it jiem biss qabel Malta tilqa' l-266 suċċessur ta' Pietru, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tfakkar fl- aktar mumenti sinifikanti taż- żjarat tal-Papiet f 'Malta. Fil-fatt, dak tal-Papa Franġisku se jkun ir-raba' Vjaġġ Appostoliku li Papa se jkun qiegħed jagħmel f 'Malta. Dan wara li l-Papa, illum Qaddis, Ġwanni Pawlu II, żar Malta darbtejn u it tas-snin ilu ġie fostna wkoll il-Papa Benedittu XVI. Kull meta s-suċċessur ta' Pietru żar Malta, il-Maltin u l-Għawdxin ma baqgħux lura u għamlu minn dawn l-okkażjonijiet, festa sħiħa. Dan huwa dak li ġara fiż-żjarat preċedenti. 1990: Ġwanni Pawlu II jkun l-ewwel Papa li jżur il-gżira ta' Pawlu Miż-żjarat kollha, dik tal-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1990 tibqa' msemmija. Kienet l-ewwel darba li Papa rifes fuq il-gżejjer Maltin u dak iż-żmien l-entużjażmu kien kbir. Il-laqgħa li tawh il-Maltin kienet waħda kbira. Din kienet ukoll l-itwal żjara ta' Papa f 'Malta hekk kif żar Malta bejn il-25 u s-27 ta' Mejju. Ma nistgħux ma nsemmux it- tiżjin. It-toroq kollha, minn kull fejn għadda l-Papa, kienu mżejna u ppakkjati bin-nies. Min xeħet il-karti u minn xeħet il-uri. Baned ħadu l-okkażjoni u ħarġu jdoqqu l-marċi, inħaraq in-nar li l-Maltin tant huma mfaħħra għalih u l-Bormliżi (anke jekk kontra r-regoli), b'mod spontanju ħarġu l-vara tal-Immakulata Kunċizzjoni u mxew biha, wara l-Papa, minn quddiem il-Kolleġġjata sa Cafè Riche, fejn Ġwanni Pawlu II ltaqa' mal-ħaddiema. Ma kinux kuntenti qabel mal-Papa tefa' ħarstu fuqha u semmieha. Għal din l-okkażjoni, kien ikiteb ukoll innu li ġie mgħallem fl-iskejjel kollha. Strofa minnhom kienet tgħid: 'Viva l-Papa Ġwanni Pawlu li għoġbu jżur lil Malta tagħna. Għamel bħal tal-Ġnus l-Appostlu, għall-it żmien joqgħod hawn magħna.' Fost oħrajn, dan l-innu tkanta waqt laqgħa ħelwa mat-tfal li l-Papa kellu quddiem in-Nunzjatura l-antika f 'Ħ'Attard u anke miż- żgħażagħ li tawh merħba kbira fl- istadjum nazzjonali. Kif spjegajna, din kienet l-ewwel darba li Papa żar il-gżejjer Maltin li isimhom huwa marbut ma' San Pawl. Għalhekk, f 'din iż-żjara u oħrajn li ġew warajha, ma setax jonqos li wieħed mill-avvenimenti ewlenin ikun iż-żjara tal-Papa fil- Grotta ta' San Pawl, fejn jingħad li Pawlu għex tul it-tliet xhur li għamel f 'Malta. Jibqa' mnaqqax f 'qalb ir-Rabtin il-mument meta l-Papa poġġa waħdu f 'bank, f 'nofs il-Kolleġġjata Pawlina, jitlob fi knisja armata bħalma tkun fil-festa ta' Corpus. Il-Papa Pollakk kien iltaqa' mar-reliġjużi u s-saċerdoti fil- Kon Katidral u bħala Kap ta' Stat, kellu laqgħa mal-President u l-awtoritajiet ċivili fil-Palazz tal-Belt Valletta. Ġwanni Pawlu kien iltaqa' wkoll mal-qraba tal-missjunarji fis-Santwarju tal-Madonna tal- Mellieħa u reħielha lejn Għawdex fejn kellu laqgħa sabiħa fil-Katidral tal-Assunta. Ġwanni Pawlu II żar is-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu, fejn qaddes quddiesa u saħansitra poġġa madwar ras ix-xbieha devota tal-Madonna ħames stilel. Imma żgur li l-aktar mument sabiħ u spettakolari ta' din iż-żjara kien il-mument li l-Papa, abbord katamaran, twassal minn Għawdex lejn Malta. Ma kienx waħdu. Il- katamaran kien imdawwar b'għadd kbir ta' bċejjeċ tal-baħar. Il-Papa ttieħed biswit il-Gżejjer ta' San Pawl fejn assista għall-inżul ta' statwa ta' Kristu f 'qiegħ il-baħar u wara ddaħħal fil-Port il-Kbir, qalb is- salut tal-kanuni u l-għajjat tan-nies minn fuq is-swar. Iż-żjara ta' Ġwanni Pawlu kienet intemmet b'quddiesa fuq il-Fosos tal-Furjana. Il-Papa kellu kliem ta' tifħir għal Malta, kemm fl-Ajruport qabel telaq lejn Ruma u anke fl-ewwel Udjenza Ġenerali fil-Vatikan wara ż-żjara. Kien qal hekk: "Fil-ħin kollu li kont Malta bqajt impressjonat bil-mod kif il-Maltin huma marbuta bis-sħiħ mal-wirt kulturali u reliġjuż tagħhom. Ix- xewqa tagħkom li tkunu fidili lejn dan il-wirt prezzjuż waqt li fl-istess ħin tistinkaw biex tippromwovu l-iżvilupp tagħkom għall-ġid ta' kulħadd hu ċertament sinjal ta' tama qawwija għall-ġejjieni ta' Malta. It-tradizzjonijiet tagħkom huma xhieda tal-għaġeb tal-karattru nazzjonali tagħkom u tal-identità tagħkom. Jalla jibqgħu jmexxukom u jsaħħukom fid-determinazzjoni tagħkom." "Minkejja ċ-ċokon tagħha, Malta hija pajjiż b'importanza internazzjonali kbira. Il-qagħda ġeografika tagħha ffavoriet il- laqgħa ta' kulturi u idjomi differenti. Illum ukoll Malta għadha tħaddan din il-vokazzjoni ta' medjazzjoni fost il-ġnus tal-baħar mediterran kollu. Nittama li hija tagħraf tissokta f 'din il-missjoni naturali tagħha, mingħajr ma tirrinunzja għall-patrimonju prezzjuż ta' valuri li kisbet mill-ġenerazzjonijiet li għaddew." 2001: Ġwanni Pawlu jerġa' jżur Malta u jagħtina tliet Beati It-tieni żjara ta' Papa f 'Malta kienet daqstant ieħor sinifikattiva hekk kif din id-darba, il-Papa Ġwanni Pawlu II, ta lil Malta tliet Beati. Il-Papa, issa aktar anzjan u anke magħkus bil-marda tal- Parkinson's ġie fit-8 ta' Mejju 2001. It-tema Pawlina kienet aktar ċentrali. Malta kienet l-aħħar tappa tal-pellegrinaġġ tiegħu fuq il-passi ta' Pawlu li ħadu wkoll is-Sirja u l-Greċja. Fl-għodwa tad-9 ta' Mejju tal- 2001, fuq il-Fosos tal-Furjana, il- Papa bbeatifika tliet Maltin, Dun Ġorġ Preca, Adeodata Pisani u Nazju Falzon. Lil Dun Ġorġ, il-Papa Ġwanni Pawlu kien iddeskrivieh bħala: "it- tieni missier tal-Maltin fil-fidi." Dakinhar, il-Papa kien qal hekk dwar il-Maltin: Minkejja ċ-ċokon tagħha, Malta hija pajjiż b'importanza internazzjonali kbira. Il-qagħda ġeografika tagħha ffavoriet il- laqgħa ta' kulturi u idjomi differenti. Illum ukoll Malta għadha tħaddan din il-vokazzjoni ta' medjazzjoni fost il-ġnus tal- baħar mediterran kollu. Nittama li hija tagħraf tissokta f'din il-missjoni naturali tagħha, mingħajr ma tirrinunzja għall- patrimonju prezzjuż ta' valuri li kisbet mill-ġenerazzjonijiet li għaddew - Il-Papa Ġwanni Pawlu II (1990) Il-Papa Ġwanni Pawlu II fuq il-katamaran waqt l-ewwel żjara tiegħu f 'Malta Il-Papa Ġwanni Pawlu II ipoġġi ħames stilel madwar ras ix-xbieha tal-Madonna ta' Pinu