Illum previous editions

ILLUM 27 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462880

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 Il-Papa Franġisku f'Malta illum • IL-ĦADD 27 TA' MARZU 2022 Ħarsa lejn il-żjarat papali f'Malta "Fl-Atti tal-Appostli, San Luqa jikteb li l-Maltin "urew ġieħ kbir lil San Pawl u sħabu, u meta ġew biex jitilqu, għabbew fuq il- ġifen kulma kien jeħtieġu" (Atti, 28:10). Spiritwalment jiena kelli din l-istess esperjenza u ser nitlaq infaħħar 'l Alla f 'qalbi għalikom lkoll. Grazzi Malta, il-Bambin iberikkom ilkoll!" 2010: Jasal ukoll f'Malta, il- Papa Ġwanni Pawlu II "Jien kuntent ħafna li ninsab fostkom." Dawn kienu l-ewwel kelmiet tal-Papa Benedittu XVI li żar Malta bejn is-17 u t-18 ta' April tal-2010. Anke hawn, San Pawl kien fiċ- ċentru taż-żjara tal-Papa Benedittu hekk kif kien wasal fostna fl- okkażjoni tal-1950 anniversarju min-Nawfraġju ta' San Pawl f 'Malta. Iż-żminijiet inbiddlu, imma l-Maltin reġgħu taw merħba mill-isbaħ lill-Papa Benedittu u organizzaw festa minn kull fejn għadda l-Papa. L-armar, li l-Maltin tant aħna magħrufa għalih ma naqasx. Il-Papa Benedittu, wara li ltaqa' mal-awtoritajiet fil-Belt Valletta, kellu laqgħa mill-isbaħ mat-tfal fi Pjazza San Ġorġ, fejn kantawlu f 'għeluq sninu. Minn hemm, il- Papa reħielha lejn ir-Rabat fejn iltaqa' mar-reliġjużi u l-kleru u niżel jitlob fil-Grotta ta' San Pawl. Fit-18 ta' April, il-Papa kien qaddes fuq il-Fosos tal-Furjana. Għall-Furjaniżi dan kien mument speċjali hekk kif qabel il-quddiesa, il-Papa kien waqaf jitlob quddiem l-istatwa ta' San PublJu, fi knisja armata għall-festa. Fl-istess quddiesa, il-Papa Benedittu kien poġġa warda tad- deheb quddiem ix-Xbieha tal- Madonna ta' Pinu li nġiebet minn Għawdex apposta. Mument sinifikanti ħafna seħħ dakinhar waranofsinhar hekk kif il- Papa, b'mod spontanju, 'il bogħod mill-kameras, iltaqa' mal-vittmi tal-abbuż sesswali minn membru tal-kleru. Il-Maltin reġgħu għexu l-mument sabiħ taż-żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II, hekk kif anke l-Papa Benedittu kien qasam il- Port il-Kbir abbord Katamaran u wasal għal-laqgħa kbira oħra maż- żgħażagħ fil-Valletta Watefront, qabel telaq lura lejn l-ajruport biex jirritorna fil-Vatikan. Il-Papa Benedittu kien qal hekk dwar il-Maltin: "Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha fil-qalba tal- Mediterran, ħafna immigranti jaslu fuq xtut Malta ... Jien naf bid-diffikultajiet li jista' jikkaġuna l-ilqugħ ta' għadd kbir ta' nies, diffikultajiet li ma jistgħux ikunu solvuti minn xi pajjiż waħdu meta jaslu l-ewwel fih. Fl-istess ħin jien fiduċjuż li, bis-saħħa tal-għeruq Insara tagħha u l-istorja twila u kburija fl-ilqugħ tal-istranjieri, Malta se tagħmel li tista', bl-appoġġ ta' stati oħra u organizzazzjonijiet internazzjonali, biex tgħin lil dawk li jaslu hawn u tiżgura r-rispett tad-drittijiet tagħhom." Il-Papa jinżel Malta imma ż-żjara ma kinitx mistennija Apparti dik li se jagħmel il- Papa Franġisku, tlieta kienu ż-żjarat uffiċjali tal-Papa f 'Malta. Madanakollu, it huma dawk li jiakru kif fl-1 ta' Settembru 1990, il-Papa Ġwanni Pawlu II kien niżel Malta. Il-Papa kien fi triqtu lejn it- Tanżanija meta l-ajruplan ġarrab xi ħsarat tekniċi. Il-bdot ma ħax riskju u niżżel l-ajruplan f 'Malta. Dam Malta kważi 30 minuta. Abbord l-ajruplan kienu telgħu l-President Ċensu Tabone, il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, il- Viċi Prim Ministru Guide de Marco, l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca u l-Isqof ta' Għawdex Nikol Cauchi. Il-Papa Ġwanni Pawlu ma kienx niżel, iżda qabel kompla bil-vjaġġ, kien ħareġ fil-bieb tal-ajruplan biex isellem lill-ħaddiema tal-ajruport. Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha fil-qalba tal-Mediterran, ħafna immigranti jaslu fuq xtut Malta ... Jien naf bid-diffikultajiet li jista' jikkaġuna l-ilqugħ ta' għadd kbir ta' nies, diffikultajiet li ma jistgħux ikunu solvuti minn xi pajjiż waħdu meta jaslu l-ewwel fih. Fl-istess ħin jien fiduċjuż li, bis-saħħa tal-għeruq Insara tagħha u l-istorja twila u kburija fl- ilqugħ tal-istranjieri, Malta se tagħmel li tista', bl-appoġġ ta' stati oħra u organizzazzjonijiet internazzjonali, biex tgħin lil dawk li jaslu hawn u tiżgura r-rispett tad-drittijiet tagħhom - Il-Papa Benedittu XVI (2010) Il-Papa Ġwanni Pawlu mal-awtoritajiet Maltin fit-tieni żjara tiegħu f 'Malta Il-Papa Benedittu XVI fuq il-katamaran flimkien maż- żgħażagħ Il-Papa Benedittu fil- Grotta ta' San Pawl

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 March 2022