Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462880
21 kotba illum • IL-ĦADD 27 TA' MARZU 2022 Sempreviva ta' Trevor Żahra mhux biss ipaxxik tarah f'idejk, imma jibqa' jitnikker fik anki meta tagħlqu wara l-qari ta' rakkont wara l-ieħor. Mark Vella jirrifletti dwar il-fjuri tal- letteratura Maltija li, kontra kollox u kulħadd, jibqgħu ħajjin. teknika: u jista' jkun li dil-ħeffa li biha jagħġen biċċa wara l-oħra hija l-isfida li jista' jkollu kull min jittanta jistħarreġ il-mekkaniżmu ta' dan l-arloġġ letterarju li donnu qatt ma jaqa' sekonda lura. U fl-aħħar: il-uri. Sikwit assoċjati mal-femminilità u mad-delikatezza, saħansitra jaf anki ma' xi forma ta' dgħjufija. Imma n-natura, lil hinn mill- assoċjazzjoni Romantika, dejjem kellha x-xorti fil-letteratura: biżżejjed insemmu lil Ġorġ Zammit u lil Anton Buttigieg, sa kull xewka u ħurrieqa li qatt ktibna fuqha jew il-uri taparsi/ li ma jikbrux ta' Friggieri. Fuq Buttigieg, imbagħad, dejjem niakar kumment ta' Daphne Caruana Galizia (li għadu jinstab midfun fil-kummenti taħt bloggata tal-2009), fejn jaħasra l-għamad politiku, imma jaf aktar il-preġudizzju klassista, wassalha biex taqbad ma' Buttigieg bħala l-eżempju tal-medjokrità Maltija għax fi żmienha l-iskola kellha taqra 'Il-Kaboċċa' (teżisti tassew din?), wara li tkun tpaxxiet bl- 'Ode to a Grecian Urn' ta' Keats. Qatt ma kelli ċ-ċans, jew forsi l-istonku, inwieġeb, hemm jew xi mkien ieħor: u allura Neruda li jkellem lil-larinġa, se ntuh bis-sieq ukoll? Sikwit, hija l-ħlewwa li tirbaħ kontra l-pożi tas-saħħa, u fid- delikatezza u d-dgħjufija apparenti, hemm qawwa li għad irridu niskopruha sakemm isaħħarna. Żahra b'Sempreviva jirnexxilu jagħmel dan, b'ġieħ għalih imma anki għall-istorja mżewqa tal-aħjar mumenti tal-letteratura Maltija. Jistgħu jibqgħu ivenvnu l-balal mill- kanuni, imma għal min tassew jaf, nistgħu nkomplu, minkejja kollox, insodduhom bil-uri.