Illum previous editions

ILLUM 27 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462880

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 Riflessjoni dwar il-kampanja elettorali B 'sodisfazzjoni ngħid li kelli tim ta' għaxar kan- didati fantastiċi: ħamsa minnhom kienu qed jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali għall-ewwel darba. Irnexxielna nikkomunikaw ħafna iktar milli għamilna f 'elezzjonijiet ġenerali passati. L-ixkupa kienet simbolu effettiv li permezz tagħha irnexxielna nikkomunika il-messaġġ ewlieni tagħna: il-pajjiż għandu bżonn ta' tindifa nobis! Għażilna li nkunu ċari u diretti fil-mod li nwasslu l-messaġġi tagħna. In-numru ta' votanti li kkuntattjawna direttament għal informazzjoni u b'appoġġ kien sostanzjali u bosta iktar minn elezzjonijiet passati. Infaqna madwar €7,000 fuq il-kampanja tal-partit. Ammont insinifikanti meta mqabbel mal- miljuni li ntefqu mill-PLPN! Il-kampanja elettorali ta' ADPD żviluppat b'mod organiku. Tul it-32 jum tal-kampanja mhux biss irnexxielna nikkomunikaw il-proposti tagħna fil-manifest imma konna ukoll f 'posizzjoni li nirrispondu u nikkummentaw fuq dak li nqala minn jum għall-ieħor. Kif antiċipajna kellna niffaċċjaw id-diffikultajiet tas-soltu aħna u nikkomunikaw mal-istituzzjonijiet kostituzzjonali li huma kkapparrati mill-PLPN. Primarjamet qed nirreferi għall-Awtorità tax-Xandir u għall-Kummissjoni Elettorali. L-Awtorità tax-Xandir għal darba oħra falliet milli taqdi dmirha li tara li jkun hemm l-imparzjalità. Bħas-soltu ippermettiet lill-istazzjonijiet tal-partiti politiċi li jagħmlu li jridu. Minkejja dan il-PLPN xorta kellhom il-parti l-kbira tal-ħin allokat għat-trasmissjonijiet politiċi fuq TVM allokat għalihom. Nhar it-Tlieta kelli laqgħa mal- Kummissarju Elettorali Ewlieni dwar it-talba pendenti tal-partit li l-Kummissjoni Elettorali tagħtina l-istess aċċess għall-informazzjoni dwar il-proċess tal-għadd tal-voti li qed tagħti lill-PLPN. Meta l-għadd tal-voti kien isir b'mod manwali kien possibli għalina li nagħmlu l-verifiki kollha meħtieġa biex nassiguraw ruħna li l-għadd tal-voti kien qed isir sewwa. Illum dan ma nistgħux nagħmluh mingħajr aċċess għad-data elettronika li taħżen il-Kummissjoni Elettorali. Il-PLPN għandhom dan l-aċċess u jistgħu jagħmlu l-verifiki tagħhom dwar il-proċess kollu tal-għadd. Il-Kummissjoni Elettorali qed iċċaħħad dan id-dritt ta' aċċess lill-ADPD. Mingħajr ma jkollna l-istess aċċess għad-data tal- Kummissjoni bħal ma għandhom il-PLPN biex inkunu nistgħu nagħmlu l-kontrolli meħtieġa ta' verifika dwar il-proċess kollu tal-għadd tal-voti m'għandniex moħħna mistrieħ li l-proċess hu wieħed ġust u nieqes mit-tbagħbis. Il-Kummissjoni ilha taf dwar dan u mhux aċċettabbli li tinfurmana li qed tiċħdilna dan l-aċċess fl-aħħar minuta. Il-Kummissjoni qed tistrieħ fuq il-liġi li tagħti drittijiet esklussivi ta' aċċess lill-partiti fil-parlament. Il-liġi, iżda, tippermetti lill-kummissjoni li tirrimedja dan. Jekk il- Kummissjoni ser tibqa' tonqos milli tagħmel dan ser tkompli tikkonferma kemm il-PLPN ikkapparraw b'mod assolut din l-istituzzjoni importanti għall- ħarsien tal-proċess elettorali Fuq nota differenti, irrid nirringrazzja lit-Tabib Jean-Pierre Farrugia li tkellem pubblikament favur il-kampanja ta' ADPD. Jean- Pierre hu ħabib ta' veru u dejjem kellu simpatija magħna! Imma ma kontx qed nistenna li joħroġ għonqu hekk. Grazzi Jean-Pierre. Illum il-Ħadd, għalina se tkun ġurnata twila. Il-proċess tal-għadd tal-voti jimxi iktar malajr mis-soltu minħabba li l-għadd isir b'mod elettroniku. Qabel nofsinnhar probabbilment ikollna l-ewwel indikazzjojnijiet tar-riżultat. Wara nofsinhar imbagħad ikollna ir- riżultat komplet. Imbagħad, hekk kif inkunu nafu r-riżultat, jibda l-analiżi u l-konklużjonijiet. Matul il-kampanja għamilt il-punt li ADPD, sakemm tikseb numru raġonevoli ta' voti fl- ewwel għadd, fi ħsiebha tieħu l-passi neċessarji biex ikun assigurat li kull vot jgħodd. Kif jispiċċa l-għadd tal-voti jkolli l-opportunità li nindirizza l-istampa dwar dan. Grazzi lil kull min kien ta' għajnuna u appoġġ waqt din il-kampanja. Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Matul il-kampanja għamilt il-punt li ADPD, sakemm tikseb numru raġonevoli ta' voti fl-ewwel għadd, fi ħsiebha tieħu l-passi neċessarji biex ikun assigurat li kull vot jgħodd. Kif jispiċċa l-għadd tal-voti jkolli l-opportunità li nindirizza l-istampa dwar dan elezzjoni2022 IL-ĦADD 27 TA' MARZU 2022 • illum Carmel Cacopardo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 March 2022