Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462880
23 editorjal illum • IL-ĦADD 27 TA' FRAR 2022 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I r-riżultat elettorali dalgħodu jkun magħruf. Imma lilhinn mir-riżultat, illum tibda l-isfida tal-iggvernar u min qiegħed fil-Gvern se jkollu ħafna sfidi. Sfidi internazzjonali li qed iħabbtu mal-bibien tal-pajjiż - bħalma qed iħabbtu mal-pajjiżi kollha. Kriżijiet, li qed iwasslu għal problemi sostanzjali, ta' prezzijiet ogħla, ta' inċertezza u ta' inkwiet reġjonali, li qed iwassal biex għal nuqqas ta' stabilità madwarna. Mhux se tkun sfida faċli dik tal- iggvernar fil-ħames snin li ġejjin. Anzi se jkun hemm sfidi kbar u dawn l-isfidi jeħtieġu risposti qawwija u urġenti. L-ewwel sfida li se jiffaċċja Gvern ġdid se tkun dik tal-għoli tal-ħajja sforz il-pressjonijiet minn barra l-pajjiż - hekk kif il-prezzijiet tal-qamħ, ċereali u anke tal-enerġija qed jibqgħu jiżdiedu u b'konsegwenza jwasslu għal żidiet qawwija fil-prezzijiet ta' prodotti essenzjali bħall-ħalib, laħam, ħobż u tant aktar. Jinżamm kemm jinżamm iffiriżat il-prezz tal-enerġija, xi ħadd qed iħallas il-prezz u dak ix-xi ħadd huwa l-poplu Malti u Għawdxi. Għax fl-aħħar mill- aħħar meta l-Gvern jgħidilna li hu qed jagħmel tajjeb għall-prezz, qed jagħmel dan bi flus il-poplu - flus li ġejjin mit- taxxi tagħna. It-tieni problema hija dik ta' sigurtà hekk kif pajjiżna bħal bqija tal- pajjiżi Ewropej qegħda fl-aktar blokk politiku qrib l-Ukrajna, fejn għaddejja gwerra u allura huwa l-aktar blokk li għandu interess dirett u mill-qrib f 'din il-gwerra. Dan ifisser ukoll li l-blokk ewropew huwa l-eqreb għal din il-gwerra u l-aktar li se jintlaqat b'insatbilità. Dan biex ma nsemmux il-Covid-19. Minkejja li l-pandemija d-dinja qed teħodha daqslikieku għaddiet, fil-verità ma għaddietx u għadha hemmhekk fl-isfond ta' dak kollu li qed iseħħ madwarna. U allura l-mistoqsija hija waħda: Kif se nitrattaw il-Covid-19 mil-lum 'il quddiem? Se nibqgħu nitrattawha bħala pandemija jew bħala endemija? Se nibqgħu nagħmlu restrizzjonijiet jew se nieqfu u ngħixu ħajjitna normali u nitrattaw il-Covid-19 bħala endemija? Dawn huma mistoqsijiet li rridu nistaqsu u li min se jkun elett irid jistaqsi wkoll għax wara kollox dan se jiddetermina x'pożizzjoni u xi triq se jkun qed jieħu l-pajjiż fiż-żmien li ġej hekk kif il-każi reġgħu ogħlew. It-triq mhux se tkun faċli iżda Robert Abela jew Bernard Grech se jkollhom iterrqu din it-triq fiż-żmien li ġej, b'kuraġġ u determinazzjoni liema bħalha għax it-triq 'il quddiem mhux se tkun faċli. It-triq għall-Prim Ministru li jmiss mhux se tkun faċli!