Illum previous editions

ILLUM 27 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462880

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 elezzjoni2022 IL-ĦADD 27 TA' MARZU 2022 • illum Kull bidu fih it-tmiem; Passaporti u Covid-19 ineżistenti… mumenti X'ġara waqt il-kampanja? Fejn spikkaw il-partiti u fejn fallew? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn l-aħħar ħames ġimgħat lejn it-tellieqa għat-tmexxija ANTHEA CACHIA Issa ngħalaq kapitlu ieħor għall- pajjiż, l-kampanja elettorali ntemmet u l-elezzjoni ġenerali għaddiet ukoll. Tul dawn il-ħames ġimgħat, Malta rat diskussjonijiet, dibattiti u battibekki, bħal kull kampanja elettorali oħra. Għalhekk il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn l-aktar mumenti sbieħ u koroh ta' din il-kampanja u dawk il-mumenti li se jibqgħu mfakkra fl-istorja ta' Malta. It-tiġrija bdiet nhar il-Ħadd 20 ta' Frar, wara ġimgħat ta' għajdut jekk Robert Abela hux se jxolji l-Parlament jew le. Pjuttost li ħadd ma kien qiegħed jistenna li l-elezzjoni kienet tinsab daqstant viċin, speċjalment biż-żjara tal- Papa Franġsiku wara l-bieb. Wara l-aħbar ta' elezzjoni - dirett minn fuq il-Fosos - il- Partit Nazzjonalista kien pront quddiem id-Dar Ċentrali għall- ewwel rally. "Ħasbu li se jaqbduna fuq sieq waħda u ma konniex se nkunu preparati," qal il-Kap tal- Oppożizzjoni Bernard Grech. Huwa minnu li l-Partit Nazzjonalista kien ta' l-ewwel li ħareġ il-manifest elettorali iżda tul dawn il-ħames ġimgħat il-kampanja kienet mimlija botti għax minkejja li l-PN kien minn tal-ewwel, ħafna rrimarkaw li l-emendi kontinwi f 'dan il-manifest ikkontribwew biex dan ħa daqqa ta' ħarta kbira. Din tat opportunità biex il-PL jibni kampanja sħiħa fuq l-akkuża ta' nuqqas ta' kredibilità tal- Oppożizzjoni, tant li l-Ministru Owen Bonnici stess kiteb fuq l-ILLUM li l-PN, "mhux kapaċi jlesti manifest, aħseb u ara kif se jmexxi pajjiż!" Ta' min isemmi li għalkemm il- manifest elettorali Nazzjonalista kien wieħed varjat li jolqot diversi miri ambizzjużi naqas milli jagħmel referenza għall-kunċett tradizzjonali għall-aħħar li wieħed jista' jgħid huwa dak li jagħmilna Maltin, il-festi tar-raħal. Għal ħafna dilettanti din kienet inkwetanti, inkluż għall-qarreja ta' din il-gazzetta. Madankollu meta ndirizza l-Mass Rally fil-Padiljun ta' Kordin, Grech ħabbar diversi proposti fosthom li jagħti aktar għajnuna diretta lill-organizzaturi tal-festi u jnaqqasilhom l-ispejjeż. Huwa semma fost l-oħrajn li l-ispejjeż tal-meters tal-elettriku li jkollhom bżonn jintużaw waqt il-festi, fosthom biex jinxtegħlu t-toroq, se jibdew jitħallsu minn Heritage Malta. U xi ngħidu issa għall-manifesti tal-PL? Diversi nies laqgħu tajjeb l-1,000 proposta tal-Partit u filwaqt li rrikonoxxew li kien hemm għadd ta' proposti għat-titjib tal- kwalità tal-ħajja; fosthom ammont sostanzjali mediċini b'xejn, jekk wieħed janalizza l-1000 proposta, isib li persentaġġ qawwi minnhom huma tlestija ta' proġetti li diġà bdew taħt amministrazzjoni Laburista stess fl-aħħar snin. Int irċivejtu ċ-ċekk? La qed nitkellmu fuq il-manifesti u l-kaċċa għall-voti, irridu insemmu l-famużi ċekkijiet ta' stimulu li l-Prim Ministru Abela u l-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana ħabbru 17-il jum qabel ma' tħabbret l-elezzjoni ġenerali u bdew jitqassmu 22 ġurnata wara li bdiet il-kampanja. "Lili ma tixtrinix!" Kien hemm diversi nies li kkritikaw b'qawwa, it-tqassim ta' dawn iċ-ċekkijiet, minkejja li quddiem l-ATMs tal-banek lokali ħafna nnutaw kjuwijiet twal biex in-nies setgħu jsarrfu tali ċekkijiet. Saħansitra rajna persuni jaħarqu ċ-ċekkijiet fuq il-midja soċjali u oħrajn li tawh donazzjoni lill-Partit Nazzjonalista, bħalma għamlet Eve Borg Bonello, kandidata tal-PN fuq id-disa' u l-10 distrett. Il-kritika ma kinitx ġejja biss minn sezzjoni tal-pubbliku iżda wkoll minn kandidati oħra fosthom il-Kap tal-PN Bernard Grech u saħansitra Arnold Cassola, li huwa voċiferu fuq kwistjonijiet ta' ksur ta' etika u moralità. Cassola, kandidat indipendenti fuq l-10 u l-11-il distrett ħa din il- kritika pass oltrè u għamel rapport uffiċjali quddiem il-Kumissjoni Elettorali u l-OSCE, tim ta' esperti li qed jimmonterjaw l-elezzjonijiet f 'Malta, kontra Robert Abela u Clyde Caruana. Fl-imejl tiegħu Cassola saħaq li ma jagħmilx sens li f 'nofs kampanja elettorali qed jitqassmu miljuni lill- votanti Maltin. Tant li nsista li din mhi xejn ħlif "prattika korrotta" ċara. "Infakkar li bħalissa dawn it- tnejn huma parti minn "caretaker government" u ma għandhom l-ebda dritt li jqassmu flus il-poplu f 'nofs kampanja elettorali li huma stess qed jieħdu sehem fiha bħala kandidati," insista Cassola. Minkejja dan, iċ-ċekkijiet intbagħtu u ħafna diġà ssarfu u l-flus intefqu wkoll! Malta… Fil-ġenna jew fl-infern? Irridu nirrimarkaw li minkejja li din l-elezzjoni ma kinitx waħda splussiva f 'termini ta' eċitament bħalma aħna mdorrijin naraw, il-partiti l-kbar għamlu żewġ kampanji negattivi li jekk jirbaħ il- partit oppost, bħal donnu d-dinja se tieqaf u Malta se tegħreq. Wieħed jgħajjat li jekk jitla' l-PN fil-Gvern, Malta tmur lura fil-passat u l-ieħor jgħid li l-PL m'għandux viżjoni, li qegħdin f 'dittatorjat u li l-pajjiż jista' joħroġ mill-inkwiet biss bi tmexxija Nazzjonalista. Lil se temmen? 'Il-PN partit mifrud!' 'Le mhux vera!' Xi ngħidu issa fuq il-ġlied u l-konfoffi? Ħafna jemmnu li l-aktar mument xokkanti għall- Partit Nazzjonalista kien meta erba' kandidati irtiraw mit-tellieqa proprju fl-ewwel jum. Clyde Puli, Kristy Debono, Mario Galea u anke Claudio Grech - b'Mario Galea saħansitra jgħid li l-PN għamillu "ħajtu infern." Telaq ukoll is-Sindku tal-Għasri Daniel Attard, li ġie elett f 'isem il-PN u li spiċċa jindirizza attività tal-Partit Laburista. "Stallett" ieħor kien meta l-eks Deptutat X'kienu l-aktar proposti li spikkaw? Għal ħafna l-aktar proposta tal-PL li ntlaqgħet tajjeb kienet dik tal-estensjoni tal-IVF biex koppji jkollhom it-tieni wild tagħhom. Apparti minn hekk il-PL qed jipproponi li titwessa' x-xjenza biex jiġu mgħejjuna koppji li sofrew, temmew ċikli tal-IVF jew li għandhom storja ta' kumplikazzjonjiet. Minn naħa l-oħra l-aktar proposta tal-PN li ntlaqgħet tajjeb kienet dik metaverse, jiġifieri dinja online 3D, fejn in-nies jiltaqgħu virtwalment biex iwettqu attivitajiet ordinarji. Dan jinkludi wkoll intelliġenza artifiċjali bħar-robotika, logħob diġitali, eSports, stampar 3D fost oħrajn. Il-proposta tal-PN kienet ukoll li toħloq 10 setturi ġodda u li jinħoloq kors ġdid fl-MCAST biex l-istudenti jkunu jistgħu jitgħallmu aktar fuqu. X'kienu l-aktar proposti li ma ntogħġbux? L-aktar proposta li qajmet furur għall-PN kienet dik taċ- ċitazzjonijiet. Li permezz tagħha, persuna li teħel ċitazzjoni jkollha l-multa iffriżata għal sitt xhur u jekk il-persuna ma teħilx ċitazzjoni oħra f 'dan il-perjodu, tinħafer l-ewwel multa. Ħafna ma qablux u qalu li b'din il-proposta hemm il-probabbilità li diversi nies jabbużaw u li mhux ġust li persuna tikser il-liġi u ma tiġix penalizzata, anke jekk ikun każ ta' ipparkjar ħażin. Minn naħa l-oħra il-proposta tal-PL ta' sħubija mantadorja ta' impjegati mal-unjin preferuta tagħhom, kienet waħda li ma ntlaqgħet xejn tajjeb minn min iħaddem. L-Assoċjazzjoni ta' min Iħaddem (MEA), il-Kamra tal-Kummerċ għall-Intrapiżi u l-Industrija u l-Kamra Maltija għan-Negozji Żgħar u Medji (SMEs), lkoll talbu biex din il- proposta tiġi ritrata. Intant waqt id-dibitattu ma' Bernard Grech, organizzata mill- Kamra tal-Kummerċ, Abela ħa pass lura u rrimarka illi din il-proposta hija biss proposta ta' diskussjoni kif tista' tiġi implimentata fil-futur. Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech waqt Mass Rally

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 March 2022