Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462899
02 elezzjoni2022 IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2022 • illum 'Jekk hemm xi ħadd li jrid jaħdem ukoll, merħba bih' – Bernard Grech dwar l-elezzjoni għall-Kap F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech saħaq li hu qatt ma qal li se jkun qed jaħrab f'mument diffiċli u għalhekk insista li r-responsabbilità tiegħu titlob li jibqa' jaħdem YENDRICK CIOFFI Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal- Partit Nazzjonalista, Bernard Grech saħaq li meta ssir l-elezzjoni għall-Kap, jekk hemm xi ħadd li jrid jagħti sehmu wkoll f 'din it-tiġrija jista' jagħmel dan u huwa milqugħ. Grech qal dan f 'kummenti mal-gazzetta ILLUM waqt iż- żjara tiegħu fiċ-Ċentru tal- Għadd tal-Voti fin-Naxxar. Dan is-sit fakkar lil Grech li l-istatut tal-PN jgħid iswed fuq l-abjad li wara li l-partit jitlef Elezzjoni Ġenerali, ma ssirx sempliċiment konferma imma elezzjoni għall-Kap. Dan ifisser li aktar nies jistgħu jikkontestaw din l-elezzjoni. Għalhekk, l-ILLUM tistaqsih jekk dan jistax iwassal biex il- PN jerġa' jispiċċa maqsum bejn aktar minn fazzjoni waħda u terġa' tirritorna l-kwistjoni tal- firda. Bernard Grech ikkonferma dak li qal immedjatament wara li kkonċeda t-telfa, jiġifieri li se jkun qed jitfa' ismu biex ikun ikkonfermat bħala Kap. "Ftit aktar minn sena ilu jiena ddeċidejt li nagħti s-servizz tiegħi lil dan il-partit u dan il-pajjiż. Qatt ma għidt li wara sena se nkun qiegħed naħrab jekk l-affarijiet ma jmorrux tajjeb. Jiena fil-mument diffiċli ħriġt biex nagħmel xi ħaġa u f 'dan il-mument diffiċli nagħmel hekk ukoll," insista Grech. Kien hawn li saħaq li jekk ikun hemm min jersaq 'il quddiem, merħba bih. Insista li dan huwa l-mument fejn aktar nies jersqu lejn il-PN biex mhux biss jaraw x'seħħ ħażin imma anke x'jistgħu jagħmlu. "Dan biex mhux il-partit biss ikun aktar b'saħħtu imma anke l-pajjiż u d-demokrazija," insista Grech. Kien immedjatament wara li tħabbar ir-riżultat li Bernard Grech qal, f 'messaġġ irrekordjat, li se jkun qed jitlob 'mandat b'saħħtu' biex jibqa' jmexxi lill- Partit Nazzjonalista minkejja t-telfa kbira u ddiżapuntanti li ġarrab. "Se nibqa' hemm u naħdem bis-sħiħ. Se nibqa' hemm u se nibqa' nagħti ħilti kollha," saħaq Grech. Għalhekk ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin se jmur quddiem l-istrutturi tal- Partit Nazzjonalista biex ikun ikkonfermat bħala Kap. 'Il-Partit Nazzjonalista għadu b'saħħtu' Dwar id-distakk, il-Kap Nazzjonalista saħaq kif minkejja t-telfa, "il-Partit Nazzjonalista għadu b'saħħtu" u għadu relevanti. Insista kif minkejja li l-Partit Laburista kien qed ibassar rebħa ta' aktar minn żewġ terzi, dan ma seħħx. "Nirringrazzja lill-eluf kbar ta' votanti li għażlu u taw fiduċja lill- PN minkejja kull attentat, inkluż fl-aħħar ġimgħa u nofs, anke meta nħarġu ċekkijiet biex ikun influwenzat l-elettorat," insista Grech. "Għamilna kampanja pożittiva u li permess tagħha wassalna l-viżjoni tagħna." Insista li l-PN se jibqa' jaħdem biex jagħti vuċi lil "dawk l-eluf " li taw l-appoġġ tagħhom lill-Partit Nazzjonalista u anke lil dawk li fi kliemu huma d-distakkati mill-politika għax ma ħarġux jivvotaw. Fiż-żjara tiegħu fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti, xi ħaġa li l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil ma kienx għamel (fl- 2017), Bernard Grech sellem wieħed wieħed lid-delegati, lill- kandidati u lill-voluntiera kollha tal-Partit Nazzjonalista. Huwa sellem u awgura lid-delegati tal- Partit Laburista. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista waqt iż-żjara tiegħu fis-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar Bernard Grech sellem , wieħed wieħed, lid-delegati u lill-voluntiera tal-PN u anke ħa l-okkażjoni biex isellem u jawgura lid-delegati tal-Partit Laburista