06
elezzjoni2022
IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2022 • illum
Ir-rebħa tal-Partit Laburista
Il-mument li tħabbret ir-rebħa fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar. Kien għall-ħabta
tal-11:00am, meta wara ftit inqas minn sagħtejn, minn meta beda l-għadd, ir-rebħa tal-
Partit Laburista kienet waħda ċara. Ritratti ta' James Bianci
Il-President tal-Partit Laburista, Ramona Attard mgħollija fuq l-ispallejn ftit ħin wara
li tħabbar ir-riżultat u sar magħruf li l-Partit Laburista reġa' kiseb maġġoranza kbira.
Ritratti ta' James Bianci
Minnufih malli tħabbret ir-rebħa mijiet ta' persuni marru quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali
Laburista fejn kien hemm diġà ċelebrazzjoni u spettakklu ppreparat. Ritratt: Ray Attard
Diversi persuni ċċelebraw abbord trailers u trakkijiet armati bit-tema tal-kampanja
elettorali tal-Partit Laburista u ritratti tal-Prim Ministru Robert Abela
Il-Prim Ministru Robert Abela jasal fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar biex isellem
lid-delegati, lill-kandidati u lill-voluntira kollha tal-Partit Laburista
Il-folla quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista tiċċelebra r-rebħa ftit qabel wasal il-
Prim Ministru biex jindirizzaha