Illum previous editions

ILLUM 28 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462899

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 11

05 elezzjoni2022 illum • IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2022 u għat-tielet darba rregala rebħa kbira lil dak il-partit li jidhirlu illi għadda mit-test ekonomiku. Il-Labour jirriġenera: Il- Partit Laburista irnexxielu b'mod sorprendenti u b'mod inkredibbli wkoll jirriġenera lilu nnifsu fi żmien qasir. Ilbieraħ, fost iċ-ċelebrazzjonijiet, iċ- ċapċip u l-entużjażmu hekk kif il-Labour għamel rebħa ta' proporzjonijiet daqstant kbar, malajr intesa' li dan huwa l-istess partit li fl-2019 kien qed jiffaċċja kriżi, riżenja ta' mexxej u riżenji ta' wħud mill-aktar persuni b'saħħithom fi ħdanu. Intesa' li dan kien l-istess partit li fl-2019 - sentejn u nofs ilu biss - kellu sħaba sewda fuqu. Dan seħħ għax il-Partit Laburista rnexxielu jirriġenera lilu nnifsu f 'partit mhux biss b'mexxej ġdid, imma bi tmexxija ġdida u mingħajr dawk in-nies li xekkluh minħabba azzjoniethom. Abela rnexxielu, anke jekk b'diffikultà, jiddistakka biżżejjed lilu nnifsu mill-era ta' Muscat mingħajr ma jweġġa' wisq lil dawk il-Laburisti kruċjali li forsi għadhom iqisu lil Muscat bħala l-aqwa mexxej li qatt kellu l-PL, anke jekk dik l-immaġini issa ġiet sfidata bil- kbir mir-riżultat rekord li kiseb il-Partit Laburista. Il-Labour bena ħafna pontijiet ma' setturi kruċjali: Kif qal il-Lettur u analista politiku George Vital Zammit ma' din il-gazzetta l-Labour bena pontijiet kruċjali ma' diversi setturi tal-popolazzjoni. Rajna qabel l-elezzjoni l-qrubija mal-kaċċaturi - li jgħoddu l-eluf, matul il-leġiżlatura rajna lill-Gvern jgħin diversi drabi lill-għaqdiet tal-festi u jidħol għall-każini tal-baned, rajna lill-Gvern jilleġiżla l-użu tal-Kannabis u anke jilleġiżla favur persuni LGBTIQ. Rajna wkoll lill-Gvern jħallas setturi differenti flus li kien imisshom minħabba inġustizzji, ħlas ta' overtime lill-Pulizija u l-Forzi Armati u aktar. Pero' l-PL bena wkoll pontijiet importanti mal-klassi tan- negozju - negozji kbar pero' oħrajn kbar ħafna wkoll li għandhom saħħa ekonomika. Dawn sostnew lill-Partit Laburista bil-vot u hemm min jallega li anke finanzjarjament. U l-lista tkompli. Il-Labour jidher aktar frisk u żagħżugħ: Id-dehra mhux kollox, imma d-dehra u l-immaġini importanti ferm, speċjalment jekk trid tattira lill-votanti żgħażagħ. Il-Partit Laburista kellu immaġini li tattira liż-żgħażagħ, mhux biss permezz tal-immaġini, ta' kunċerti, ta' kuluri u ta' koordinazzjoni, imma wkoll huwa Gvern li wettaq diversi bidliet li attiraw votanti aktar liberali u forsi votanti iżgħar. Il-Forum Żgħażagħ Laburisti jidhru aktar organizzati mill- MŻPN, imma mhux biss. Huma fergħa li apparti li hija attiva, hija wkoll promotur ta' ħafna kwistjonijiet li imbagħad jitpoġġew fuq l-aġenda tal- pajjiż. Laburista Laburista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 March 2022