Illum previous editions

ILLUM 28 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462899

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 11

04 elezzjoni2022 IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2022 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Partit Laburista reġa' rebaħ l-elezzjoni bil-kbir, mill-ġdid. Din hija t-tielet rebħa tal- Partit Laburista li tiżboq it- 30,000 vot vantaġġ f 'elezzjoni ġenerali pero hija l-ħames elezzjoni fuq bażi nazzjonali illi fiha l-istess partit kiseb maġġoraanza daqstant kbira, bid-distakk saħansitra jaabeż it-42,000 fl-2019 fl-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew u jerġa' jaqbeż l-40,000 vot distakk fl- aħħar. Dan xi jfisser? Xi jfisser li partit jikseb maġġoranzi ta' dawn id-daqs b'mod daqstant kostanti? Ir-raġunijiet huma bosta għalkemm hawnhekk se nipprovaw nifhmu għaliex u kif il-Labour baqa' daqstant popolari. Il-Labour baqa' qrib in-nies u l-bżonnijiet (leġittimi jew le, tagħhom): Minkejja l-akkużi tal-arroganza Ministerjali u minkejja li jiġi akkużat diversi drabi - inkluż minn ħafna Laburisti li inqata' mir-realtà tal-poplu, il-verità hi - u din il- kampanja kienet testimonjanza ċara ta' dan - li l-Partit Laburista għandu mekkaniżmu effiċjenti u effettiv, li jara, jifhem u fejn jista' jaqdi l-bżonnijiet tan-nies. Naturalment dan jiftħu għall- akkużi ta' nepotiżmu, xi ħaġa li fil-fatt l-istess PL jiġi akkużat ħafn drabi. Jitfgħu wkoll f 'dell partikolari ta' abbuż mill-poter qabel elezzjoni biex jingħataw impjiegi jew pjaċiri qabel elezzjoni. Dan iwassal ukoll biex l-istess prassi tipperpetwa sistema nepotista li minnha nnifisha hija inġusta għax mibnija fuq lil min taf, iktar milli kemm taf. Jibqa' fatt iżda li l-makkinarju Laburista ta' customer care huwa b'saħħtu u l-maġġoranza tan-nies jħossu li huwa normali u li "tinqeda" jew li "tingħata l-għajnuna" huwa dritt jew hija xi ħaġa normali. Inkunu qed nitqarrqu jew inqarrqu jekk ngħidu li din is-sistema ta' għajnuna, imbuttatura jew inkella ta' qadi bdiet mal-Labour. Imma l-Labour ipperfezzjonaha u allura jassigura li permezz tagħha jibqa' jżomm porzjon ta' nies li jibqgħu midjunin lejh jew lejn l-għajnuna li ngħataw. L-għajnuna mhux neċessarjament tkun illeġittima. Imma jista' jkun illi tkun fuq kwistjonijiet burokratiċi, jew inkella dwar proċessi li jdumu jew inkella ħtiġijiet li diġà huma moqdija mis-sistema u fejn persuna ikollha boss bżonn ta' gwida. Il-Labour wera għal darba, tnejn, tlieta li huwa maniġer ekonomiku tajjeb: Il-Partit Laburista wera' sa mill-2013 illi fejn jirrigwarda l-ekonomija tal-pajjiż huwa maniġer tajjeb. L-ewwelnett f 'dawn d-disa' snin il- Labour mexxa' Gvern li amministra pajjiż bl-inqas rata ta' qgħad, sena wara sena. Pajjiż li kien qed jikber ekonomikament u jkabbar il-Prodott Gross Domestiku, li f 'termini reali jfisser aktar xogħol, aktar turiżmu, aktar flus, aktar ġid u allura aktar negozji li jagħmlu l-flus u jkabbru. Kellna snin ta' rekords fit-turiżmu, fil-kostruzzjoni, bejgħ ta' proprjetà u anke konsum fis- snin ta' qabel il-pandemija u anke fil-pandemija innifisha - f 'dawk ix-xhur illi matulhom tnaqqsu r-restrizzjonijiet. Gvern Laburista mhux biss kellu l-approvazzjoni meta mexxa fi żmien ta' ġid ekonomiku iżda - aktar u aktar - meta ġiet il- pandemija. Il-miżuri li ħa l-Gvern u li permezz tagħhom kienu salvati eluf ta' impjiegi u eluf ta' negozji baqgħu fil-wiċċ, probabbilment huma l-għerq ta' ħafna mill-appoġġ li rnexxielu li jattira Robert Abela f 'din l-elezzjoni. Mhux ta' b'xejn allura li l-PL għafas tant fuq il-kompetenza ekonomika tiegħu u hija din li jaf kienet parti kbira mir-raġuni għaliex inkisbet rebħa daqstant kbira. Jidher li l-poplu mill-ġdid Il-Partit Laburista Laburista Tlettax-il sena jkaxkar; Għaliex? Il-Partit Laburista reġa' rebaħ u rebaħ bil-kbir biex issa ilu jirbaħ bil-kbir u litteralment ikaxkar lill- PN għal 13-il sena sħaħ, f'sitt elezzonijiet nazzjonali (apparti dawk kollha tal-Kunsilli Lokali). Kif? Għaliex? X'qed jagħmel il-Labour biex jibqa' l-aktar moviment politiku popolari li qatt kellha Malta?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 March 2022