Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462899
12 elezzjoni2022 IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2022 • illum 'Se mmut niġġieled imma jien ma ngħix skjav' – Arnold Cassola 'Personalment sodisfatt, iżda mhux kuntent għal Malta'... Cassola b'rekord fil-voti li kiseb ANTHEA CACHIA Ilbieraħ il-battalja fis-sala tal- għadd tal-voti fin-Naxxar ma kinitx biss bejn l-aħmar u l-blu. Preżenti kien hemm ukoll il-partiti ż-żgħar kif ukoll il- kandidati indipendenti. Dan jinkludi l-Arnold Cassola, li għal dawn l-aħħar 32 sena ikkontesta l-elezzjonijiet ġenerali. Il-karriera politika ta' Cassola dejjem kienet dwar il-ġlieda fuq kwistjonijiet etiċi u dan jirrifletti dak li qal mal-gazzetta ILLUM, bħala reazzjoni għan-numru rekord ta' voti li rċieva ilbieraħ. Huwa qal lil din il-gazzetta li sal-erbgħa ta' waranofsinhar fl-10 distrett kellu 2.02% tal- voti, b'11-il kaxxa mhux inklużi, filwaqt li fil-11-distrett, b'23 kaxxa tal-voti mhux inklużi kellu total ta' 2.11% tal-voti. Tajjeb li nfakkru li l-10 distrett jinkludi fih il-Gżira, in-Naxxar, Baħar iċ-Ċagħaq, in-Naxxar, Pembroke, San Ġiljan, Paceville, San Ġiljan u Ta' Sliema. Filwaqt li l-11-il distrett jinkludi fih l-Imdina, Ħ'Attard, il-Mosta, Burmarrad u San Pawl il-Baħar. "Personalment sodisfatt għax fi 32 sena ta' elezzjonijiet, sa' issa, dan huwa l-ogħla perestaġġ li qatt ħadt. Pero minix kuntent għal Malta," żied jgħid Cassola. "Se mmut niġġieled imma jien ma ngħix skjav," qal lill-ILLUM. Meta mistoqsi dwar x'jaħseb li wassal lill-PL biex jieħu lura postu f 'Kastilja, huwa qal, "minn kollox." Minn klijenteliżmu u nepotiżmu sa' flus imqassma, huwa ddeskriva dan kollu bħala prattika korrota. "Il-biża tiegħi hi li Joseph Muscat daħħal ħafna il-ħażen bħala normalità u kulħadd qed joħoda forgranted," qal Cassola. Rigward il-fehma tiegħu fuq l-Oppożizzjoni, huwa saħaq li l-PN tant għandu denbu bejn saqajh li jibża' jirreaġixxi għal dawn it-tip ta' prattiċi. Arnold Cassola L-ADPD se tikkontesta r-riżultat elettorali fuq żewġ mekkaniżmi kostituzzjonali: Kwota tal- proporzjonalità u l-kwota tal-ġeneru L-ADPD jikseb madwar 1.7% tal-voti u għalhekk iħabbar li l-ġimgħa ddieħla se jkun qed jikkontesta r-riżultat elettorali fuq żewġ mekkaniżmi kostituzzjonali MARIANNA CALLEJA L-ADPD ħabbar li l-ġimgħa ddieħla se jkun qed jikkontesta r-riżultat elettorali fuq żewġ mekkaniżmi kostituzzjonali. L-ewwel kawża se tidħol fuq l-aspett ta' proporzjonalità. "Bi ħsiebna naraw, din id- darba, li l-proporzjonalità elettorali taħdem anke fil- konfront tagħna," sostna Carmel Cacopardo, iċ-Chairperson tal-ADPD. Qal ukoll li kull vot għandu jgħodd mhux dak tal- Partit Nazzjonalista u Partit Laburista biss. Il-Partit tal-Ħodor ilu jitkellem dwar dan fuq aktar minn xahar. Cacopardo matul dan iż-żmien kemm il-darba tenna li se jkun ċert li jagħmel użu mir-rimedji kostituzzjonali li "għandhom jipproteġuna mid- diskriminazzjoni li ilna insofru s-snin." Sakemm il-gazzetta ILLUM attendiet il-konferenza tal- aħbarijiet tal-Partit tal-Ħodor, l-ADPD kien akkwista madwar 1.5% u 1.7% tal-voti ekwivilenti għal madwar 4,500 vot. Bil- maġġoranza tal-voti jiġu mit- 12-il distrett fejn ikkontestaw il-kandidati Luke Joe Caruana u Sandra Gauci. Carmel Cacopardo iċ- Chairperson tal-ADPD spjega kif dan ifisser li l-partit irkupra it-telf kollu li kellu fl-aħħar elezzjoni ġenerali, dik tat-2017 meta l-ADPD kienu ġabu 0.83% tal-voti ekwivilenti għal total ta' 2,564 vot. Carmel Cacopardo