Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462899
elezzjoni2022 11 illum • IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2022 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt R obert Abela ilu sentejn Prim Ministru ta' Malta. Sentejn mhux faċli, mimlijin sfidi u ħtieġa ta' deċiżjonijiet diffiċli. Imma minkejja kull test, anke test ta' governanza wara li l-predeċessur tiegħu ħallielu biċċa uġigħ ta' ras mhux ħażin. Minkejja kollox iżda u minkejja li Abela kellu jieħu deċiż- jonijiet mill-aktar diffiċli u iebsa - deċiż- jonijiet li jidher illi ngħataw l-approvazz- joni assoluta ta' maġġoranza qawwija mill-poplu - Abela kien għad fadallu ħaġa waħda nieqsa. U din hija l-leġittimità, jiġi- fieri l-awtorità morali li persuna tmexxi pajjiż. U dan huwa riżultat tal-fatt li hu qatt ma kien iffaċċja lill-poplu u qatt ma kien talbu mandat. Imma dak kien il-passat hekk kif il- poplu, nhar is-26 ta' Marzu mhux biss ta mandat lil Abela iżda tah l-akbar mandat li qatt ta dan il-poplu lil kwalunkwe partit politiku mill-Indipendenza lil hawn. Mhux ċajta, li disa' snin minn kemm ilu fil-Gvern il-Partit Laburista jirnexxilu jikseb maġġoranza ta' kważi 42,000 vot. Mhux ċajta li din il-maġġoranza inkisbet wara pandemija li weġġgħat mhux it lill- ekonomija, wara leġiżlatura li kellha taqlib konsiderevoli fiha u wara li ħames snin ilu inqatlet ġurnalista. Mhux ċajta li minkejja kull aspettativa popolari l-Labour baqa' jappella għal tant u tant nies u għal tant u tant setturi differenti tal-poplu, inkluż sezzjoni tal-poplu li qatt ma kellha xi affinità partikolari lejn il-Partit Laburista. Jiġfieri l-leġittimità Abela kisibha u kif ! Imma issa dak il-passat ukoll. Il- mistoqsija issa u għal ħames snin li ġejjin se tkun, Robert Abela x'se jagħmel b'din il-leġittimità? Se jisma' aktar? Se jkun aktar intolleranti lejn min ma josservax regoli ta' etika fil- Grupp Parlamentri? U finalment u l-aktar importanti - Se jagħti priorità vera lill-ambjent u mhux biss iwettaq dak li wiegħed imma aktar? Jew issa li għaddiet l-elezzjoni ninsew kollox? Se jżomm sod mal-wegħdi finanzjarji tiegħu? Jew se jsib xi skużi - kif kien għamel għad-detriment politiku tiegħu - Lawrence Gonzi? Issa ġej il-vera test ta' Robert Abela! Issa se jibda l-ewwel mandat tiegħu li se jurina verament kif isarraf l-appoġġ li jingħatalu! Issa li kiseb l-akbar leġittimità politika Abela għandu jużaha bilgħaqal!