Illum previous editions

ILLUM 3 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1463652

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films IL-ĦADD 3 TA' APRIL 2022 • illum Carmel Bonnici Barabba Mill-Bibbja (t-Testment il-Ġdid), it li xejn nafu fuq Barabba. Nafu li dan il-bniedem kien ħabsi, forsi għax kien ribelluż u pprova jqajjem xi rewwixta kontra r-Rumani u forsi wkoll kien xi qattiel jew brigant. Nafu wkoll meta Pilatu, l-Gvernatur tal-Palestina, qal lill- miġemgħa quddiemu lil min iridu jeħilsu mill-mewt minn Ġesu' jew Barabba, il- poplu mxaħħam mill-Fariżej għażel lil dan tal-aħħar. L-awtur Żvediż Par Fabian Lagerkvist kiteb novella dwar dan il-bniedem enigmatiku, li forsi wara li ra lil dak li se jmut innoċentement msallab floku, għadda l-bqija ta' ħajtu jipprova jipprova jirremdja għal dan il-mument. Par Lagerkvist twieled f 'Vaxjo' (Smaaland) nhar it-23 ta' Mejju 1891. Hu miet ta' 83 sena fil-11 ta' Lulju 1974 fi Stokkolma. Fi tfulitu rċieva edukzzjoni reliġjuża tradizzjonali u wara kien isostni li kien iffortunat li trabba f 'dar fejn il-kotba kienu biss il-Bibbja u l-Ktieb tal-Innijiet. F'żogħżitu ntrefa mit- tagħlim Kristjan imma, mhux bħall-kittieba l-oħra ta' żmienu, qatt ma sar kritiku tat- twemmin reliġjuż. Għalkemm politikament kien soċjalist, qatt ma ħaddan l-idea li r-reliġjon hi "l-opju tal-poplu". Il-parti kbira tal-kitba tiegħu hi dwar l-interess ta' ħajtu fil-bniedem u s-simboli tiegħu u l-pożizzjoni tal-bniedem f 'dinja fejn dak Divin m'għadux preżenti. Dan l-awtur beda jikteb poeżiji, reċti, novelli, stejjer u kompożizzjonijiet ta' qawwa espressiva u nfluwenti minn meta kellu fuq l-20 sena sakem laħaq is-70. Waħda mit-temi ċentrali tiegħu kienet il- mistoqsija fundamentali tat-tajjeb u l-ħażin li hu eżamina fuq il-figuri bħal Barabba, r-raġel li nħeles flok Ġesu' u Ahasuerus, il-Lhudi li dejjem baqa' jitlajja (e Wandering Jew). Bħala moralist, Lagerkvist kien juża mottivi reliġjużi u figuri mit-tradizzjoni Kristjana, mingħajr ma kien jimxi fuq id-duttrina tal- knisja. F'żogħżitu kien bniedem pessimist imdejjaq mill-biża' tal-mewt, tal-Ewwel Gwerra Dinjija u minħabba kriżi personali. Mix-xogħlijiet li kiteb aktar 'il quddiem f 'ħajtu jidher li ma baqax daqshekk pessimist fejn wera fidi fl- umanità. Hu abbanduna l-espressjoniżmu ta' dulur u l-effetti qawwija tax-xogħlijiet ta' qabel u stinka għas-sempliċita', preċiżjoni klassika u narrativa nadifa. Wieħed kritiku Żvediż irrimarka li Lagerkvist u Ġwanni l-Evanġelista huma żewġ surmastrijiet kif jesprimu affarijiet profondi b'għażla restrittiva ta' kliem. L-ewwel novella tiegħu li ġabitlu attenzjoni internazzjonali kienet dik tal-1944 e Dwarf (in-Nanu), ħrafa ironika ta' tfittxija dwar il-ħażen. Barabbas, miktub fl-1950 mill- ewwel faħħruh bħala kapulavur letterarju u probabbli hu l-aktar xogħol famuż tiegħu. L-ipotesi ta' bniedem ħażin meħlus u ieħor tajjeb ħa l-kastig fatali minfloku u kif dan forsi ried ikun jaf l-għaliex, affaxxina lil Lagerkvist bil-kbir. Fis-sena 1961 ħareġ il-film Barabbas ibbażat minn fuq il-ktieb tiegħu, b'Anthony Quinn bħala l-protagonist. Fl-1951 dan l-awtur rċieva l-Premju Nobel għall- letteratura. Fl-1953 inħadem film Żvediż dirett minn Alf Sjoberg li kien ippreżentart fil-festival ta' Cannes. Kif semmejt, din in-novella nħadmet film minn Dino De Laurentiis fl-1961. Fl-2012, xogħol Amerikan/Taljan dirett minn Roger Young inħadem għat-televiżjoni. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej) Par Fabian Lagerkvist

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2022